Ċappa żejt oħra għadha kemm telgħet fil-wiċċ

By
2020-04-30T14:13:31+02:00Thu, 30th Apr '20, 08:54|

L-apparenza fiżika ta' Neville Gafà taf tingannak. Għandi dubji serji dwar kemm is-sinċerità li tkellem biha bħal sajjetta fil-bnazzi kienitx riżultat ta' xi konverżjoni damaxxena. Id-deċiżjoni tiegħu li jikxef lill-prim ministru u li jixlieħ li kien ħareġ ordni llegali biex immigranti jitreġġgħu lura lejn il-Libja (aqraw ir-rapport li xandar in-Newsbook il-bieraħ filgħaxija) ma kienitx daqshekk [...]

Il-lejl li għadda l-vapur Mae Yemenja salpa mill-port ta’ Malta hekk kif intlemħet dgħajsa fil-baħar b’60 immigrant riekbin fuqha

By
2020-04-29T15:18:45+02:00Wed, 29th Apr '20, 14:17|

Il-bieraħ filgħaxija il-vapur li għandu sid Malti iżda li jtajjar il-bandiera tal-Libja Mae Yemanja telaq mill-Port il-Kbir ta' Malta bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin li ajruplan Malti tar fuq il-post fejn kien jinsab dinghy mgħobbi b'madwar 60 immigrant fl-ibħra Maltin. Dalgħodu l-NGO Alarm Phone ġibdet l-attenzjoni dwar din id-dinghy u qalet li l-control room [...]

X’qed jiġi diskuss fil-laqgħat li qed isiru mal-Libja?

By
2020-04-29T11:26:55+02:00Wed, 29th Apr '20, 10:32|

Erġajna koppi. Qed nirċievu aħbarjiet dwar laqgħat li qed ikollu l-gvern Malti minn għejjun fil-pajjiż li fihom qed isiru dawn il-laqgħat. Dan x'aktarx iseħħ meta l-gvern ma jkunx iridna nsiru nafu s-suġġett li jkun qed jiġi diskuss f'dawn il-laqgħat. Evarist Bartolo jingħad li kellu laqgħat mad-deputat prim ministru tal-Libja u jeżistu rapporti mhux konfermati li [...]

Ftakru f’isimhom

By
2020-04-29T10:31:42+02:00Wed, 29th Apr '20, 09:45|

Il-ġurnal Kattoliku Taljan L'Avvenire semma' l-ismijiet tat-12 il-ruħ li mietu fuq dgħajsa li tħalliet għal riħha fl-ibħra Maltin minkejja l=fatt li l-forzi armati Maltin kienu lemħuhom meta kienu għadhom ħajjin. Omar, Mogos, Hzqiel, Hdru, Huruy, Teklay, Nohom, Kidus, Debesay, u tlitt irġiel bl-isem Filmon ilkoll mietu bil-għatx, bil-ġuħ u mgħarrqin fl-ibħra Maltin. Ħdax minn dawn [...]

Skiet

By
2020-04-29T09:36:33+02:00Wed, 29th Apr '20, 08:29|

Ma smajna xejn aktar dwar 62 immigrant mill-4.30 ta' dalgħodu kemm ilhom li dawn għamlu talba urġenti biex jingħataw l-għajnuna lill-NGO Alarm Phone hekk kif id-dgħajsa li kienu riekbin fuqha bdiet tagħmel l-ilma. Tal-Alarm Phone qed igħidu li x'aktarx li d-dgħajsa ntlemħet il-bieraħ wara nofsinhar mill-Frontex waqt titjira ta' sorveljanza. L-aġenzija qed tgħid li qed [...]

Wasal iż-żmien li jittieħdu ċerti deċiżjonijiet

By
2020-04-27T13:00:17+02:00Mon, 27th Apr '20, 10:33|

M'hemmx dubju li Robert Abela jrid li tgħaddi tiegħu. Minkejja ll-fatt li l-Kummissjoni ta' Venezja interveniet u talbet li ssir riforma, se jkun hu li ser jagħżel lill-kummissarju tal-pulizija li jmiss u se jżommu taħt probation għal sena, li jfisser li f'għeluq is-sena jkun jista' jkeċċieħ mingħajr ma jkun fid-dmir li jagħti spjegazzjoni lil ħadd. [...]

Mietu 12 il-ruħ. Il-każ għalhekk huwa serju.

By
2020-04-27T12:01:21+02:00Mon, 27th Apr '20, 10:27|

Il-bieraħ il-prim ministru qal li tort tal-logħob politiku tagħha Repubblika “pparalizzat lill-armata”. Diskors bħal dan ma tantx igħin biex iserraħ l-imħuħ li l-pajjiż għandu armata li għandha l-ħila li tiddefendi lill-poplu mit-terroristi, mit-traffikanti u mill-kriminalità organizzata. Għaliex ġaladraba ċorma ta' "Nazzjonalisti ndannati ta’ Simon Busuttil" għandhom il-ħila li jżarmaw l-armata tagħna dan kollu għaliex dawn [...]

Deċiżjoni li kienet ilha li nħmiet

By
2020-04-25T14:01:22+02:00Sat, 25th Apr '20, 10:21|

Bil-għan li jqanqal l-appoġġ għad-deċiżjoni tiegħu li jikser il-liġijiet internazzjonali billi jreġġa' lura lill-immigranti lejn il-Libja, pajjiż mifni bil-gwerer u bil-ġellieda jiġu mat-toroq, il-gvern ta' Robert Abela sejjes l-argument tiegħu fuq l-iskuża tal-epidemija Covid-19. Iżda wieħed jeħtieġ li jżomm f'moħħu li l-pjan biex ireġġa' lura lir-refuġjati kien ilu li nħema. Dan il-pjan kien inkixef fi Frar [...]

Kuxjenza kwieta?

By
2020-04-25T11:14:29+02:00Sat, 25th Apr '20, 09:42|

Il-Prim Ministru Robert Abela għamel emfasi kbira li għandu kuxjenza kwieta. Jidher li għandu l-istess nuqqas ta' ħila patoloġika li kellu dak ta' qablu li jerfa' r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet tiegħu stess. Iżda Joseph Muscat kien ammetta li kellu kriżi ta' kuxjenza dakinhar li pprova - mingħajr ma rnexxielu - jreġġa' lura lejn il-Libja immigranti li kienu [...]

Tal-UNHCR ‘ma semgħu xejn’ dwar it-30 tunnellata ta’ ikel li l-gvern Malti qed igħid li kkonsenja lejn Tripli

By
2020-04-25T09:45:41+02:00Sat, 25th Apr '20, 08:10|

Kelliem għall-Kummissarju Għoli dwar ir-Refuġjati (UNCHR) qalli li, wara li saret indaġni, "ma kienu semgħu xejn dwar konsenja ta' provvisti minn Malta bħala għajnuna”. Il-mistoqsija dwar in-natura ta' din l-għajnuna saret lill-UNCHR wara li "sorsi infurmati" tal-gvern din il-ġimgħa qalu lil informa lil TVM li “l-gvern Malti bgħat b'kemm jesa' vapur ta' għajnuna umanitarja li [...]

‘Provi dwar kollużjoni Maltija ma’ Libjani li jittorturaw lill-immigranti jistgħu iwasslu għal responsabbiltà kriminali għal reati kontra l-umanità’ – espert dwar il-liġijiet internazzjonali

By
2020-04-24T17:31:19+02:00Fri, 24th Apr '20, 08:42|

Hu u jiġi intervistat mill-ġurnal Kattoliku Taljan L’Avvenire, kelliem għall-aġenzija tal-Unjoni Ewropea Frontex għadda informazzjoni li turi li s-servizzi tas-salvataġġ tal-Italja, ta' Malta u tal-Libja kienu ngħataw l-informazzjoni kollha li kienu jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jsalvaw lill-immigranti li kienu riekbin fuq dinghy li minnhom 5 għerqu u 7 oħra ħadd ma jaf x'sar minnhom. Dawk [...]

Vapur mingħajr isem. Iżda bi skop preċiż

By
2020-04-24T16:50:12+02:00Fri, 24th Apr '20, 08:05|

Minkejja l-isforzi li saru biex jiġu mistura l-isem, l-identità u l-istorja tal-vapur li għabba lill-immigranti li ġew salvati  fl-ibħra Maltin fi żmien il-Għid, mill-internet irriżultaw stejjer interessanti dwar dan il-vapur. Huwa mifhum li l-vapur in kwistjoni jġib l-isem Mae Yemanja. Kelliem għall-UNHCR qalli li l-aġenzija mhix ċerta għal kollox li l-vapur li kien għabba l-passiġġieri [...]

Ħarbu minn infern u reġgħu spiċċaw f’ieħor

By
2020-04-24T15:57:49+02:00Thu, 23rd Apr '20, 16:30|

Photo: Arezo Malakooti Kif diġà ġie rappurtat aktar kmieni llum, l-immigranti involuti fid-diżastru li seħħ fi żmien il-Għid meta huwa mifhum li 12 il-ruħ għerqu fil-baħar kienu telqu mil-Libja lejliet il-Ġimgħa l-Kbira wara li kienu ilhom jistennew għal madwar tlitt ijiem fuq ix-xtajta miżmumim mit-traffikanti mingħajr ikel u ilma. Wara tlitt ijiem fuq [...]

L-Għid fuq il-baħar

By
2020-04-23T16:15:59+02:00Thu, 23rd Apr '20, 13:15|

Investigazzjonijiet li saru minn Nello Scavo ta' L’Avvenire u minn Sergio Scandura ta' Radio Radicale kixfu aktar dettalji dwar l-identità ta' dawk li kienu riekbin fuq dinghy li kienu ġew identifikati mill-awtoritajiet Maltin l-għada tal-Għid u li tkaxkru lura lejn il-Libja jumejn wara minn vapur bla isem u bla bandiera. Hemm xhieda li ġew intervistati [...]

Kemm tassew hemm sigurtà fil-bażi militari ta’ Tripli?

By
2020-04-23T13:30:49+02:00Thu, 23rd Apr '20, 11:27|

Sigħat qabel l-immigranti ttieħdu lura lejn il-Libja bis-saħħa ta' operazzjoni organizzata minn Malta, vapur tal-flotta navali Taljana kellu jagħmel evakwazzjoni minħabba l-periklu ġej minn bombi sparati mill-artillerija. Nhar it-Tnejn f'nofs ta' lejl, l-awtoritajiet Maltin ħarġu avviż hekk kif lemħu il-55 immigrant li eventwalment inġarrew lura lejn il-Libja – jigifieri dawk li kien fadal mill-grupp li [...]

Min hu sid il-vapur mingħajr isem?

By
2020-04-23T10:42:00+02:00Thu, 23rd Apr '20, 08:05|

Wara li għaddew ġranet sħaħ ta' skiet perfett u li fihom il-gvern u l-armata baqgħu ma wieġbux għall-kritika dwar il-mod kif twettaq is-salvataġġ fuq il-baħar fi żmien l-Għid, it-TVM beda' jxandar stejjer dettaljati ta' verżjoni mhux uffiċjali tal-operazzjoni tas-salvataġġ tal-armata. Tat-TVM qed igħidu li l-istorja qed "jinvestigawha" iżda minn dak li qed jixxandar jidher li [...]

Nagħtikom parir taqraw dan li ġej

By
2020-04-25T18:41:05+02:00Wed, 22nd Apr '20, 10:32|

Qed jippruvaw jitimgħu lill-poplu l-qerq dwar dak li seħħ mill-Għid 'l hawn: id-deċiżjoni tal-gvern li jabbanduna lil dawk li kienu fil-periklu tal-mewt bl-għarqa fl-ibħra tagħna, l-impatt li kellha din id-deċiżjoni fuq mill-inqas żewġ dgħajjes mgħobbijin bin-nies, l-imwiet ta' 12 minnhom, is-sejħa ta' Repubblika biex titnieda investigazzjoni dwar l-inċidenti u r-reazzjoni bla preċedent tal-prim ministru. Saħansitra [...]

Go to Top