M’hemmx kelma oħra aktar xierqa
Dan huwa l-palk li ntrama' faċċata tal-Berġa ta' Kastilja. Ingħaqdu magħna llejla.
Yorgen Fenech talab li tinħariġlu proklama ta’ immunità biex ikun jista’ jixhed dwar dak li jaf?
F'kumment li għamel lill-istampa dalgħodu, lill-prim ministru żelqitlu li t-talba ta' Melvin Theuma biex tinħareġ proklama ta' immunità kienet "l-ewwel proklama". Dlonk ikkoreġa ruħu u qal li ried ifisser "l-unika proklama" li qed jintalab li jirrakkomanda. Huwa ċar li Joseph Muscat qed jitlef ħafna rqad u seta' għamel żball ġenwin. Iżda ġaladarba qed joħroġ l-informazzjoni [...]
Ir-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa “mħasseb”: ma messux il-PM żamm pass lura?
Pieter Omtzigt, ir-rapporteur tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar is-saltna tad-dritt f'Malta, illum għamel tweet dwar il-kunflitt ta' interess sfaċċat ta' Joseph Muscat li qed jippreżenta ruħu bħala l-kap investigatur tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u bħala l-persuna li waħdu għandu l-jedd li jiddeċiedi dwar l-għoti ta' maħfriet presidenzjali li jistgħu ikollhom effett ħażin fuq il-kabinett [...]
Tridu taraw kif tkun karrozza li ssir ragħad?
Tiftakruh iż-żmien meta Joseph Muscat kien irreaġixxa għall-ewwel protesta minn grupp ta' nisa tal-Occupy Justice? Dawn kienu armaw numru ta' tined qrib l-uffiċċju tiegħu f'Misraħ Kastilja u għal numru ta' ljieli raqdu fihom. Azzjoni bħal din ma kinitx waħda li b'xi mod setgħat tixbaħ l-attakk fuq il-Bastille. Iżda tal-Labour kienu ħadu għalihom, ibda' b'Tony Zarb li [...]
Il-postijiet battala mtlew mill-prim ministru nnifsu
Konna ilna nissuspettaw li hemm postijiet battala fl-uffiċċju tal-kummissarju tal-pulizija u dak tal-avukat ġenerali. U issa l-prim ministru dawn il-postijiet imliehom. Bih innifsu. Huma ta' tħassib serju l-istqarrijiet li għamel kuljum il-prim ministru f'dawn l-aħħar tlitt ijiem. Il-prim ministru qed iforni dettalji dwar dak li qiegħdin igħidu jew dwar dak li mhux qiegħdin igħidu persuni [...]
PROTESTA: Il-Ġimgħa, 22 ta’ Novembru fis-6.30PM
Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com qed itennu l-protesta tagħhom u se jiltaqgħu quddiem il-Berġa ta’ Kastilja nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru fis-18:30 biex jitolbu r-riżenja tal-prim ministru Joseph Muscat. Joseph Muscat għandu responsabbiltà politika ċara. Kieku keċċa lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi meta l-Panama Papers ikkonfermaw ir-rappurtaġġ ta’ Daphne Caruana Galizia li dawn it-tnejn kienu fetħu kumpaniji sigrieti [...]
Il-borma fuq tlieta toqgħod
Inħossni tassew skomdu nsejjaħ lill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia bħala "opportunità". Il-qtil huwa ta' min jistmerru. Il-każ tagħha ma kienx wieħed ta' xi sagrifiċċju erojku. Hi kienet eroj u l-qtil tagħha kien sagrifiċċju enormi. Il-qtil tagħha u t-telfa li ġarrbet il-familja tagħha ma kienu meħtieġa għal ħadd. Kif qiegħed hawn nixtieq nikteb erba' kelmiet lil tal-Moviment [...]
Il-Pilatus. Is-Sata. U issa l-BoV.
Il-ġrajjiet li seħħew il-bieraħ tant iddominaw l-aħbarijiet li dan ir-rapport minn Reuters ftit kienu dawk li ndunaw bih. Dan huwa ħażin, għaliex it-theddida li teżisti fil-konfront tal-akbar bank f'Malta jista' jkollha riperkussjonijiet serji ħafna fuq l-ekonomija Maltija. U jekk issir ħsara lill-ekonomija Maltija, ma jkunux il-familji Gasan, Apap Bologna jew Fenech li jgħaddu minn tbatija. [...]
Lill-poplu smajtuħ ikanta?
Illejla nġbarna quddiem l-uffiċċju tal-prim ministru u għamilnilu talba sempliċi ħafna. Tlabna li ma nkunux iggvernati minn min huwa korrott. Aktar tard imxejna lejn il-bini tal-Qorti quddiem il-mafkar tal-Assedju li qed iservi ta' mafkar għal Daphne u sellimna lill-memorja ta' din il-ġurnalista li sofriet l-akbar inġustizzja li setgħet issofri. Kien hemm uħud li riedu juru [...]
Tat-Tumas Group keċċew lil Yorgen Fenech mill-bord tad-diretturi ġimgħa ilu
Jidher li d-diretturi tat-Tumas Group setgħu kienu qed jistennew li jseħħ l-arrest tal-membru tal-familja tagħhom Yorgen Fenech li mexxa' l-grupp ta' kumpanniji għal dawn l-aħħar snin. Għadu kemm ixxandar dokument li jindika li huwa kien irriżenja minn direttur tal-holding company tal-grupp fit-12 ta' Novembru. Id-dokument li jġib il-firma ta' Ray Fenech, iz-ziju ta' Yorgen Fenech, [...]
Is-soċjeta ċivili qed issejjaħlek biex tipprotesta llum
Joseph Muscat għandu jirreżenja jew il-Parlament għandu jkeċċih Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com qegħdin isejħulkom biex tinaghqdu magħhom illum. Jekk int membru tas-soċjeta’ ċivili, jekk tħoss li darba wara l-oħra, gidbulek, jekk inti tħoss li dawk li qegħdin fid-dover li jipproteġu lil pajjiżna u l-istituzzjonijiet tagħna ttradew il-pajjiżnaż, allura tridu tkunu Kastilja illum, 20 ta’ Novembru [...]
Joseph Muscat mingħalih li jista’ jgħaddiha lixxa. Dan ma nistgħux nippermettuh.
Il-kwistjoni hi waħda mill-aktar sempliċi. Fl-isfond tal-liġijiet kriminali, Yorgen Fenech huwa innoċenti sakemm ma jiġix pruvat li huwa ħati. Ma nistgħux inqisuh ħati qabel ma jgħaddi ġuri skont il-liġi u jinstab ħati mill-qorti. Iżda mhux bi ħsiebna li noqgħodu naħsbuha biex neżiġu l-kontabilità. Illum huwa ċar daqs il-kristall li Daphne nqatlet biex jitgħattew ix-xtur tal-korruzzjoni [...]
Yorgen Fenech jinsab taħt arrest
Yorgen Fenech, il-persuna suspettata bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, inġabar b'arrest mill-awtoritajiet hekk kif ittanta li jaħrab minn Malta wara li ssemma' bħala suspettat li kellu sehem fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. L-aħbar li ġie arrestat mill-awtoritajiet ġiet konfermata ftit ilu minn Matthew Caruana Galizia f'din it-tweet: Ikkonfermat: Yorgen Fenech kien fuq dgħajsa u ttanta [...]
Yorgen Fenech suspettat bil-qtil ta’ Daphne
Yorgen Fenech (right) with his brother in a picture recently posted on Facebook. Yorgen Fenech, sid il-kumpannija 17 Black, wieħed mis-sidien tal-konsorzju Electrogas u Kap tat-Tumas Fenech Group, huwa suspettat b'involviment fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Yorgen Fenech ġie identifikat wara li l-ġimgħa li għaddiet ġie arrestat l-allegat "sensar" fil-konfoffa li kienet saret [...]
Imħeġġeġ biex ikun jaf kif iżda biered dwar l-“għaliex”.
L-isem ta' Melvin Theuma ssemma' aktar kmieni llum mill-Malta Today bħala l-allegat "sensar" tal-konfoffa li ngħaqdet biex tiġi assassinata Daphne Caruana Galizia. Kif kitbet Caroline Muscat ftit sigħat wara, l-isem ta' din il-persuna kien ilu jissemma' minn xi ġurnalisti għal diversi ġimgħat. Bosta minna kienu jafu li, għal diversi xhur, wieħed mit-tliet irġiel mixlija bil-qtil, [...]
Maħfra
Il-Prim Ministru għadu kemm ikkonferma r-rapport li xandret dalgħodu t-Times of Malta u stqarr li l-ġimgħa li għaddiet kien hemm numru ta' persuni li ġew arrestati dwar ħasil ta' flus maħmuġin u li wieħed minn dawn il-persuni huwa suspettat li għandu x'jaqsam mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Joseph Muscat qal ukoll li għamel impenn bil-miktub [...]
Feġġet biċċa mill-verità
Ejjew nibdew billi d-dubji naqtgħuhom barra. Ir-rapport li xxandar dalgħodu fit-Times of Malta huwa korrett. L-identità tal-persuna li ġiet arrestata l-Ħamis li għadda issa ilha għal xi żmien magħrufa minn xi ġurnalisti minn qabel l-arrest tagħha. L-informazzjoni li tgħid li għandha din il-persuna hi importanti u tista' twassal biex jinstab tarf tad-delitt. Meta nsiru nafu [...]
Għadna lura
Ejjew ma neċċitawx ruħna żżejjed. Il-ġimgħa li għaddiet fil-qorti Keith Schembri x'aktarx xtaq l-art tibilgħu. Iżda kien dakinhar li nkixfu l-Panama Papers li kien ħass l-art titriegħed taħt saqajh. Il-pjan korrott li kellhom biex jistagħnew personalment ma kellu qatt joħroġ fil-beraħ. Pubblikament ikomplu jilbsu l-maskra tal-indifferenza fuq wiċċhom - iżda din il-maskra m'hix isservi biex [...]
Għajnejna msammrin fuq il-mira
F'dawn l-aħħar sigħat ta' tħejjijiet għall-protesta tal-lejla, kien hemm min nibixna biex, bħala organizzaturi, nirreaġixxu għall-iżviluppi li jkunu qed iseħħu. Hemm partit politiku li stqarr li ser jattendi. Ieħor stqarr li ser jattendi wkoll iżda bil-patt li lill-partit l-ieħor iqiegħdu f'pożizzjoni mbarazzanti. Hemm NGO waħda stqarret li taqbel mal-protesta iżda tippreferi li ma tattendix. U [...]