About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

‘Jeħtieġ tħallas jekk tridni nżomm is-skiet’ – darba minnhom hekk kien qal Saviour Balzan

By
2019-07-31T15:14:50+02:00Tue, 30th Jul '19, 10:03|

Ma jistax ma jiddispjaċinix għal Matthew Vella u għal Kurt Sansone li flimkien kitbu editorjal wara li l-kjass li nqala' wara li tal-Lovin Malta kixfu li kumpannija tal-Malta Today, li sidha huwa d-direttur maniġerjali ta' dan il-ġurnal, kienet tqabbdet biex tagħmel xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi u ta' reklamar għall-gvern dwar il-qtugħ tas-siġar fit-triq li hemm [...]

L-ottimiżmu bla sens ta’ min hu finanzjarjament inkompetenti

By
2019-07-26T15:15:37+02:00Fri, 26th Jul '19, 14:17|

Mur applika biex taħdem ma' xi bank, ma' xi gaming company jew ma' xi sales office u tkixxef biex tara jekk is-sidien ikunux disposti li jistaqsuk mistoqsijiet li tant trolls fil-Facebook qegħdin jiktbu li huma personali wisq biex jiġu mwieġba minn Adrian Delia. Jekk is-sidien jintebħu li int dejjem tard fil-ħlas tad-dejn tiegħek, kunu ċerti [...]

Politiċi li jippruvaw jaħbu, jeħtieġ li jinkixfu

By
2019-07-26T10:16:07+02:00Fri, 26th Jul '19, 02:12|

L-istqarrija tal-PN li tiddefendi lill-Kbir Mexxej mill-“attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia” tagħmel ħafna għaġeb mill-fatt li l-istejjer li xxandru llum dehru ftit jiem qabel il-vot ta' fiduċja ta' nhar is-Sibt li ġej dwar it-tmexxija ta' Adrian Delia. It-titlu kollu tal-istqarrija jġib dan il-kliem: "Attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia lejliet vot importanti [...]

“Attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia” minn “blogger”

By
2019-07-26T10:14:45+02:00Fri, 26th Jul '19, 01:59|

L-istqarrija tal-PN li xlietni b'“attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia” ma ssemminix b'ismi. Tirreferi għalija bħala “blogger” li huwa t-tieni l-agħar insult li jista' joħroġ bih Adrian Delia. Min jaf għadx jagħtini "promozzjoni" u jibda' jsejjaħli “biċċa blogger”? Il-bieraħ filgħaxija lil udjenza ta' madwar 50 Kunsillier tal-PN f'Ħal Tarxien, Adrian Delia għamlilhom pantomima ta' [...]

L-iskuża ta’ Adrian Delia: ma rċeviex ittra biex tfakkru li kien xahrejn lura fil-ħlas ta’ dejnu

By
2019-07-26T10:13:42+02:00Fri, 26th Jul '19, 01:53|

Nifhem li Adrian Delia jaf li bosta huma dawk li tassew jixtiequ li jemmnuh. Iżda min jaf kemm hemm minn fost dawn li għalihom ma jkun ġara' xejn jekk żewġhom ikellimhom b'dan il-mod. Il-lejl li għadda tkellem dwar kif jien ħriġt b'“attakk viljakk u personali fuq Adrian Delia” meta kulma għamilt kien li ktibt rapport [...]

Bosta kienu dawk li basru l-inkwiet finanzjarju li kien qed jistieden Adrian Delia. Ħlief hu.

By
2019-07-26T01:05:49+02:00Thu, 25th Jul '19, 19:02|

Ftit huma dawk li skantaw hekk kif feġġet l-aħbar li Adrian Delia għandu ma' wiċċu problemi finanzjarji serji ħafna. Ilhom ifeġġu mistoqsijiet dwar kif inhu possibbli li jiffinanzja l-livell tal-għajxien tiegħu u l-impenji tiegħu bil-paga li għandu ta' Kap tal-Oppożizzjoni mħallsa mill-Istat. Fis-7 ta' Jannar it-Times of Malta tkellem dwar id-disparità qawwija bejn id-dħul kull [...]

Il-medjazzjoni fil-każ ta’ separazzjoni ta’ Adrian Delia ma tħallix frott. Mistenni li tinfetaħ kawża “fil-ġranet li ġejjin”.

By
2019-07-26T01:04:22+02:00Thu, 25th Jul '19, 18:02|

Mill-protest ġudizzjarju li ppreżenta llum l-avukat ta' Nickie Vella de Fremeaux, mart Adrian Delia, jirriżulta li fallew l-isforzi li saru biex ikun hemm medjazzjoni bil-għan jintlaħaq ftehim bonarju dwar is-separazzjoni ta' bejniethom. Jirriżulta li Nickie Vella de Fremeaux talbet u akkwistat il-permess tal-qorti biex tibda' kawża kontra żewġha - kawża li mistennija tinbeda' "fil-ġranet li [...]

Dokumenti tal-Qorti juru li Adrian Delia naqas li jħallas flejjes fuq self, credit cards u overdraft

By
2019-07-26T01:04:58+02:00Thu, 25th Jul '19, 17:00|

Il-kobor tal-problemi finanzjarji li għandu ma' wiċċu Adrian Delia komplew joħorġu fil-beraħ skont kif jirriżulta minn dokumenti tal-qorti li huma pubbliċi u li ġew fil-pussess tiegħi. Permezz ta' protest ġudizzjarju ppreżentat illum kontra Adrian Delia mill-avukat Albert Libreri, li huwa l-konsulent legali ta' mart il-Kap tal-Oppożizzjoni Nickie Vella de Fremeaux, huwa ġie mfakkar dwar ħames [...]

Il-kliem mimlijin ħlewwa u l-fatti ma jaqblux

By
2019-07-26T01:02:01+02:00Thu, 25th Jul '19, 09:09|

Il-bieraħ Adrian Delia deher fuq l-istazzjon tat-televiżjoni li jinsab taħt il-kontroll tiegħu biex jitkellem bħallikieku jinsab f'nofs l-ewwel kampanja li kkontesta biex jinħatar kap tal-partit, għalkemm it-ton tiegħu kien xi ftit aktar trankwill. Il-messaġġ li ried iwassal kien li, wara l-vot li ser jittieħed nhar is-Sibt, bi ħsiebu jibda' paġna ġdida fl-istorja tal-partit. Qal li [...]

Ilmaħtuha l-ironija?

By
2019-07-25T08:31:43+02:00Tue, 23rd Jul '19, 08:18|

F'artiklu li xandret Louise Tedesco llum fit-Times of Malta, lill-kritiċi tal-kap Nazzjonalista Adrian Delia ssejħilhom il-'Barra Brigade'. Dan il-kliem kien intuża mill-PN fiż-żmien meta kienu nkixfu l-Panama Papers u kien deher ċar li Malta kien ser ikollha l-uniċi politiċi fid-dinja demokratika li ma dabbrux rashom hekk kif inqabdu b'strutturi sigrieti f'pajjiż ieħor biex ikollhom fejn [...]

Tal-Moneyval iħoll u jorbot

By
2019-07-23T12:33:36+02:00Mon, 22nd Jul '19, 11:43|

Malta ma rnexxilhiex tgħaddi mill-għarbiel tal-proċess Moneyval li bis-saħħa tiegħu wieħed ikun jista' jiġbed konklużjonijiet dwar kemm Malta tassew għandha r-rieda kif ukoll il-ħila li tiġġieled kontra l-ħasil tal-flus maħmuġin. Edward Scicluna u Joseph Muscat ilhom sena sħiħa jħejjuk għal dan ir-riżultat permezz tal-ħruġ ta' skużi mill-aktar irrilevanti u banali bil-għan li jippruvaw inaqqsu s-sinjifikat [...]

Issa għandek għalxiex titbissem Edward Scicluna?

By
2019-07-23T08:24:46+02:00Sat, 20th Jul '19, 08:32|

Edward Scicluna għadu kemm ħarrek lil Simon Busuttil fuq malafama u qal li Simon Busuttil gideb f'tweets li xandar. Dawn huma t-tweets li xandar Simon Busuttil. REBĦA KBIRA fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni! TLIET ministri taħt investigazzjoni kriminali minħabba t-trasferiment oxxen ta' TLIET sptarijiet pubbliċi minn wara daharna. U @JosephMuscat_JM m'għandux is-saħħa li jkeċċihom, lanqas sakemm dawn [...]

Inkixfu messaġġi li juru li qed jintbagħtu spiji mid-Dar Ċentrali biex isegwu l-passi ta’ deputati tal-PN

By
2019-07-20T07:19:54+02:00Fri, 19th Jul '19, 14:34|

Għadhom kemm inkixfu screenshots ta' messaġġi permezz tal-Whatsapp miktuba minn Julian Micallef, l-id il-leminija ta' Adrian Delia, li permezz tagħhom jagħti ordnijiet lill-voluntiera sabiex isegwu l-passi ta' deputati Nazzjonalisti u biex jiġibdulhom ir-ritratti waqt laqgħat privati li jkunu fihom. Dawn l-iscreenshots, li ġew konfermati bħala awtentiċi minn diversi xhieda, jirreferu għal “JA” (Jason Azzopardi) u [...]

Kampjun tal-online trolling tal-id il-leminija ta’ AD

By
2019-07-20T07:17:03+02:00Wed, 17th Jul '19, 18:15|

Agħtu daqqa t'għajn lejn din l-istorja mxandra dalgħodu dwar Julian Micallef, bniedem li huwa meqjus bħala l-id il-leminija ta' Adrian Delia. Julian Micallef u Adrian Delia ilhom jafu lil xulxin żmien twil. Eżatt bħal Adrian Delia, Julian Micallef qatt ma kellu rabtiet mal-PN. Kull min kien jafu f'żogħżitu, jafu bħala persuna li kien jappoġġja lill-Partit [...]

Il-kumpens li ordnat il-qorti, Johann Buttigieg ser iħallsu minn butu?

By
2019-07-17T18:25:44+02:00Wed, 17th Jul '19, 11:30|

Skont is-sentenza li nqatgħet il-bieraħ mill-Qorti Kostituzzjonali, l-Awtorità tal-Ippjanar kienet kisret id-drittijiet fundamentali tal-familja Caruana Galizia meta għal darba darbtejn neħħiet strixxun li huma tellgħu mal-proprjetà tagħhom stess u li fih talbu li jiġu magħrufa l-fatti wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Mill-proċess tal-qorti jirriżulta li kien Johann Buttigieg, chairman eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, li kien [...]

Adrian Delia “għamel l-arja, għajjat u sabbat” iżda ma setax iwaqqaf mozzjoni ta’ sfiduċja fit-tmexxija tiegħu

By
2019-07-17T13:23:18+02:00Wed, 17th Jul '19, 10:14|

Membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN li kienu preżenti għal laqgħa tal-bieraħ tkellmu miegħi dwar Adrian Delia li jinsab taħt pressjoni u dwar l-imġieba tiegħu mimlija rabja u stmerrija fil-konfront tal-kritiċi tiegħu. Il-laqgħa tal-bieraħ filgħaxija ssejjħet mill-President il-ġdid tal-Kumitat Eżekuttiv Alex Perici Calascione u dan wara li qamet kwistjoni dwar kif kellhom jitfasslu l-kliem tal-mozzjoni li għandha [...]

L-“id il-leminija” ta’ Adrian Delia mixli li qabbad galoppin biex jispjuna fuq mart il-kap tal-PN u li għamel użu ta’ profili foloz biex jagħti fastidju lil deputati tal-PN

By
2019-07-20T07:19:04+02:00Wed, 17th Jul '19, 09:46|

Julian Micallef Julian Micallef, eks-xufier tal-Kap tal-PN u issa magħruf bħala l-"id il-leminija" ta' Adrian Delia, ġie mixli minn attivist tal-PN li għamel arranġamenti biex mart Adrian Delia, Nickie Vella de Fremaux, tiġi segwita u jinġibdu videos fuqha minn wara darha. Ix-xilja saret permezz ta' dikjarazzjoni ffirmata mibgħuta lill-kap tal-partit Adrian Delia. F'din [...]

Ġenn spjetat u ħdura mxajtna

By
2019-07-17T13:22:29+02:00Tue, 16th Jul '19, 10:00|

Il-bieraħ ktibt dwar il-fantasiji li jbati bihom Frank Portelli dwar Daphne Caruana Galizia. Wieħed u għoxrin xahar wara l-assassinju tagħha permezz ta' karrozza-bomba, qed igħid li skopra li kienet titħallas biex tinfluwenza l-opinjonijiet permezz ta' kitbietha. M'għandniex xi ngħidu, ma ta ebda ħjiel dwar fuqiex tinsab imsejsa din l-idea. Mhux biss ma jġibx l-iċken prova. [...]

Araw x’qalu tliet imħallfin

By
2019-07-17T10:29:07+02:00Mon, 15th Jul '19, 19:42|

Is-sentenza li nqatgħet dalgħodu m'hi xejn ħlief dikjarazzjoni ċara dwar kemm ma jiswew xejn l-hekk imsejjħa riformi fil-ġudikatura ta' Own Bonnici. Il-gvern, permezz ta' Owen Bonnici, il-u jgħid li tal-Labour kienu saħħew l-indipendenza tal-ġudikatura permezz tal-emendi li saru fil-Kostituzzjoni fl-2016 u bil-ħolqien tal-"Kumitat dwar il-Ħatriet fil-Ġudikatura". Il-gvern ried ibellagħha li ġaladarba l-Kumitat dwar il-Ħatriet fil-Ġudikatura [...]

Go to Top