Riżenja? X’riżenja?
Għandu mnejn ikun jum interessanti fil-qorti llum. Lil Pierre Portelli għandha ssirlu kontro-eżami fil-kawża li jien kont għamilt f'Awwissu li għadda kontra l-PN għar-raġuni li huwa - b'ammissjoni tiegħu stess - iddeċieda li ma jxandarx stqarrija b'risposta għal rappurtaġġ qarrieqi minn naħa ta' Net TV. Dawn kienu qalu li jien kont gdibt dwar Adrian Delia [...]