About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Adrian Delia: il-karnaġjon determinanti?

By
2018-10-08T15:04:41+02:00Mon, 8th Oct '18, 10:48|

Rimarka li għadda l-bieraħ Adrian Delia li allaħares ikollna għalliema mill-Pakistan u mill-Bangladexx igħallmu "lit-tfal tagħna” ma saritx bi żball. Nirrabja meta nisma' b'min jipprova jaqta' min minn dawk ta' madwar Adrian Delia din id-darba reġa' għaxxaqha.  M'hemm ebda skuża għal min ilissen diskors razzist u ta' mibgħeda bħal dan. U dan anki jekk tkun [...]

Il-ħobż ta’ Brussell ma jafux jikluh

By
2018-10-08T13:12:37+02:00Mon, 8th Oct '18, 09:10|

Wara l-ammissjoni imbarazzanti ta' Edward Scicluna meta wera' ma kienx xamm l-implikazzjonijiet tal-messaġġ ta' Vera Jourova li l-Kummissjoni Ewropea kienet ser iġġiegħel lil Malta tikolha minħabba n-nuqqasijiet serji li sabu fir-regolamentazzjoni bankarja, in-nies ta' taħtu -  nies imħallsin minni u minnek biex ifiehmuh dak li ma jkollux il-ħila jxomm hu - għalenija tkellmu mal-istampa lokali [...]

Ġejja u sejra, l-ġarra tal-għalliema fl-aħħar inkisret

By
2018-10-08T13:11:38+02:00Sat, 6th Oct '18, 18:12|

L-Għaqda tal-Għalliema - il-MUT - ġiegħlet lill-gvern iwarrab mill-Parlament ir-riformi li kien qed jipproponi. Kif stqarr Evarist Bartolo stess, dak li ġara' x'aktarx kien mingħajr preċedent. Mhux l-ewwel darba li smajna b'Ministru li jkun ikollu jreġġa' lura xi avviż legali li jkun sar bil-għaġġla. Iżda meta jitwarrab għal kollox abbozz ta' liġi li jkun diġà [...]

Il-Qorti Kostituzzjonali tal-Appell tikkonferma li l-gvern kiser id-drittijiet fundamentali tal-familja Caruana Galizia

By
2018-10-08T13:10:36+02:00Fri, 5th Oct '18, 10:35|

Il-Qorti Kostituzzjonali tal-Appell ikkonfermat sentenza ta' l-ewwel Qorti li kienet iddikjarat li l-fatt li Silvio Valletta tħalla jmexxi l-investigazzjoni dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jammonta għal ksur tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Din is-sentenza kkonfermat ukoll is-sentenza tal-ewwel qorti li kienet ordnat it-tneħħija ta' Silvio Valletta mill-investigazzjonijiet. Il-Qorti komposta mill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi u mill-Imħallfin [...]

Edward Scicluna, jaqaw ma kontx moħħok hemm?

By
2018-10-08T13:09:42+02:00Thu, 4th Oct '18, 14:27|

Aqraw dan il-bran (Brussels Playbook) meħud mir-rivista Politico ta' dalgħodu. Tistgħu taqraw l-artiklu kollu fil-link għat test oriġinali. “INĊIDENT DIPLOMATIKU: Il-Ministru tal-Finanzi ta' Malta Edward Scicluna ħa ħasda  kbira hekk kif beda' jaqra l-ġurnali ta' nhar l-Erbgħa u qara' wkoll din l-istorja fuq il-FT. Il-Kummissarju tal-Ġustizzja Vĕra Jourová ddikjarat li qiegħda tħejji ordni mandatarja lill-awtoritajiet [...]

Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga lil Chris Cardona fuq ġurament falz

By
2018-10-08T13:08:27+02:00Thu, 4th Oct '18, 14:01|

Chris Cardona għadu qatt ma xehed quddiem il-qorti biex igiddeb lil Daphne Caruana Galizia wara din kienet kitbet li hu kien ħa sehem f'orġja sesswali ma' prostituta mħallsa waqt li kien imsiefer fuq xogħol tal-gvern. Għal min ma jafx, meta tippreżenta kawża ta' libell fil-qorti jkollok tikkonferma bil-ġurament li dak li qed issostni huwa minnu. [...]

Il-“phone records” ta’ Chris Cardona ta’ dak il-lejl fil-burdell m’huma qatt se jinkixfu

By
2018-10-04T15:05:48+02:00Thu, 4th Oct '18, 10:00|

Joe Gerada, l-persuna l-oħra li ħa sehem f'orġja sesswali f'burdell Ġermaniż flimkien ma' Chris Cardona u ma' prostituta mħallsa, ċeda ż-żewġ libelli li kien għamel kontra Daphne Caruana Galizia meta din kienet għamlet l-allegazzjonijiet tagħha dwar din l-istorja. Bis-saħħa ta' din il-manuvra tant mistennija tal-ħabib u konsulent imħallas ta' Chris Cardona (biex inkun ċar, imħallas [...]

#Reżistenza: Sistemi korrotti jwelldu oxxenitajiet … f’Pembroke

By
2018-10-02T08:55:27+02:00Tue, 2nd Oct '18, 08:55|

Stqarrija ta' #Reżistenza: Huwa prinċipju bażiku rikonoxxut universalment li l-istituzzjonjiet ta’ l-iStat għandhom jippromwovu l-ġid komuni, u mhux l-interessi illeġittimi tal-ftit. Stat li ma jagħmilx dan jitlef l-awtorita’ tiegħu. Il-bejgħ mill-Gvern Malti bi prezz redikolu ta’ l-art li sa ftit tax-xhur ilu kienet okkupata mill-Institute of Tourism Studies u l-għoti tal-permess għall-bini ta’ torri fuq [...]

F*** off, qallu

By
2018-10-02T15:40:13+02:00Mon, 1st Oct '18, 13:15|

Se ngħid dak li nħoss anki jekk inkun l-uniku bniedem li ngħidu. Ieqfu aħsbu ftit fuq din il-biċċa tlablib żejjed u aħsbu wkoll dwar l-implikazzjonijiet. Ta' sikwit Daphne Caruana Galizia kienu jiġuha ħsibijiet dwar kemm kienet tinsab weħidha, għalkemm minn dak li naf b'ċertezza, qatt ma ddubitat it-twemmin tagħha. Jien m'għandix il-konvinzjoni tal-azzar li kellha [...]

STAR COMMENT: jien xhedt fl-inkjesta Egrant

By
2018-10-02T15:41:11+02:00Mon, 1st Oct '18, 10:32|

Dan li ġej inkiteb minn Godfrey Leone Ganado fil-kummenti ta' taħt il-post ta' dalgħodu ntitolat Min hu l-klijent tiegħek? Aqraw il-kumment. Jien ukoll ktibt xi ħaġa taħtu: Jekk Michelle Muscat kixfet pubblikament il-fatt li Michelle Buttigieg kienet dehret quddiem il-maġistrat Bugeja, u jekk Michelle Muscat għaddiet lill-pubbliku informazzjoni dwar dak li qalet Michelle Buttigieg lill-maġistrat, [...]

Jidhirlek li m’humiex affarik kwistjonijiet dwar kunflitt ta’ interess?

By
2018-10-02T15:44:39+02:00Mon, 1st Oct '18, 09:42|

Forsi int wieħed minn dawk li huma tal-fehma li l-kunflitti ta' interess li jista' jkollhom persuni pubbliċi m'humiex affari tiegħek ġaladarba dawn ikun qed jagħmlu "biċċa xogħol tajba" huma u jiggvernaw il-pajjiż. U forsi ma jinteressakx li Owen Bonnici huwa l-Ministru tal-Ġustizzja u l-avukat personali ta' min fl-istess waqt ikun is-suġġett ta' inkjesta kriminali. Iżda [...]

Il-klijent tiegħek min hu?

By
2018-10-01T15:18:36+02:00Mon, 1st Oct '18, 09:18|

Bil-mod il-mod, bosta huma dawk li qed jintebħu dwar kemm kienet gravi l-istqarrija li għamel Peter Grech meta kixef il-fatt li Owen Bonnici għadu jaħdem bħala avukat fl-istess żmien li qiegħed jiffunzjona bħala ministru. Ir-regolament li jipprojbixxi lill-ministri milli jaħdmu fil-professjoni tagħhom ma sarx biex iġiegħlhom jillimitaw fuq id-dħul finanzjarju tagħhom jew biex jassikura li [...]

MANIFESTAZZJONI GĦALL-VERITA’ U L-ĠUSTIZZJA: Valletta, 14 ta’ Ottubru, 2018.

By
2018-09-29T11:46:52+02:00Sat, 29th Sep '18, 11:46|

Stqarrija ta' #occupyjustice u manueldelia.com Il-governanza ħażina tolqotna lkoll. Il-korruzzjoni tolqotna lkoll. L-allokazzjoni t’art pubblika prezzjuża għal prezz assurd lill-Grupp dB, il-permess biex jibnu torri mostruż, id-disprezz lir-residenti u lil dawk li pprotestaw jiġu minn governanza ħażina u korruzzjoni. In-nies hi ġustament irrabjata. Is-segretezza u l-ħabi fl-infieq pubbliku huma ħżiena u jaħbu nfieq mhux ġustidikat [...]

Meryl Streep: “Il-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia hi xempju tal-kuraġġ veru”

By
2018-09-30T09:41:03+02:00Sat, 29th Sep '18, 10:04|

F'itta miftuħa mxandra fl-edizzjoni tax-xitwa ta' Porter magazine, l-attriċi Meryl Streep tfisser il-kliem "kuraġġ veru” hi u tikteb biex tiddefendi l-ġurnaliżmu ġenwin. “Il-kuraġġ huwa  wieħed tat-twerwir u attwali, iżda l-ftaħir dwar il-kuraġġ huwa biss sembjanza u teatrin. Naraw biżżejjed eżempji ta' min jagħmel l-almu kollu tiegħu biex jipprova jimpressjona għal għajn in-nies. Il-kuraġġ veru jinsab [...]

Owen: il-biċċa m’hix stramba biss

By
2018-09-30T09:39:55+02:00Sat, 29th Sep '18, 09:13|

Il-Kummissarju Parlamentari dwar l-Imġieba Korretta għamel l-ewwel stqarrija tiegħu. Mhux daqstant importanti li l-Kummissarju inzerta li hu wkoll li hu avukat u President tal-Kamra tal-Avukati. Il-Kummissarju kien qed jirreferi għal Ministru tal-gvern u Membru Parlamentari. Il-Ministru sfaċċatement kiser il-Kodiċi tal-Etika li jirregola l-imġieba tiegħu u tal-kollegi tiegħu anki tal-verżjoni tal-Kodiċi li fiħ dan il-gvern baxxa [...]

30 ġurnalist Taljan b’sejħa lil kollegi tagħhom biex jingħaqdu magħhom f’laqgħa li se ssir f’Malta fis-16 ta’ Ottubru

By
2018-09-30T09:56:22+02:00Fri, 28th Sep '18, 13:21|

Ftit jiem oħra tkun għaddiet sena mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Tletin ġurnalist Taljan ħarġu sejħa lil kollegi fl-istess professjoni biex fis-16 ta' Ottubru jkunu f'Malta. Il-ġurnalisti qed jinsistu li ssir ġustizzja ma' dawk li kkummissjonaw l-assassinju tagħha. Il-ġurnalisti Taljani għamlu dan l-appell fuq is-sit elettroniku tal-NGO anti-Mafja Liberainformazione li tmexxi kampanji favur il-protezzjoni tal-ġurnalisti [...]

Xi ħaġa oħra li m’għandekx dritt tkun taf biha

By
2018-09-30T09:56:57+02:00Fri, 28th Sep '18, 11:35|

Skont Chris Cardona s-salarji li nħallsu lill-membri tal-istaff tiegħu huma sigriet li m'għandniex dritt li niskopru. Qal ukoll lir-regolatur li mhux beħsiebu jaqsam dan is-sigriet miegħu biex dan ikun jista', skont il-liġi, jevalwa aħna għandniex dritt għal din l-informazzjoni. Chris Cardona qed iwaqqa' għaċ-ċajt il-liġi tal-protezzjoni tal-informazzjoni. Qed iħallas lill-konsulenti tiegħu skont deals li jinżammu [...]

Joe Brincat jerħilha lejn il-qorti

By
2018-09-30T09:55:40+02:00Thu, 27th Sep '18, 12:49|

Gustuż wisq dan Joe Brincat. Ħa l-briga biex jintervjeni fil-kawża kostituzzjonali li jien għamilt kontra Owen Bonnici fejn tlabt li l-ordni li dan ħareġ biex tiġi ċensurata protesta quddiem il-bini tal-qorti tammonta għal ksur tal-libertà tal-kelma.  Għal min ma jafx, dan Joe Brincat huwa fost il-kittieba tal-istorja tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżna. Huwa wkoll fost dawk li [...]

L-esperti tal-Fake News

By
2018-09-27T12:35:09+02:00Thu, 27th Sep '18, 11:20|

Il-verità llum m'għadhiex obbligatorja...saret optional. Huwa diffiċli ħafna li tipprova tiġġustifika l-fjask tal-jet privat. Jets privati li kienu qed jittrasportaw prim ministri -- Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi -- kienu s-suġġett ta' skandli fuq is-super one għal ġenerazzjonijiet sħaħ. Imma meta uffiċjal taċ-Ċivil f'kariga medja ntbagħat ajruplan privat biex jiġborha ħalli tevita milli tħassar [...]

Go to Top