About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7949 blog entries.

Edward Scicluna jissielet biex isalva ġildu

By
2018-07-18T22:11:19+02:00Wed, 18th Jul '18, 09:39|

Edward Scicluna qed jissielet biex isalva ġildu. Dak li kiteb fit-Times of Malta tal-lum jista' jitqies bħala attentat biex iżomm fil-wiċċ bis-saħħa ta' l-użu ta' lingwaġġ klassiku Laburista u lemini ‘tajjeb jew ħażin, l-ewwel pajjiżi’. X'aktarx li dam xi ftit biex tniffes għaliex - sforz l-iskola li għandu kif ukoll għax għadu relattivament ġdid fil-politika [...]

Tal-MFSP ifittxu l-kenn

By
2018-07-17T15:43:16+02:00Tue, 17th Jul '18, 10:10|

Ta' min jinnota li l-MFSP, kumpannija tal-investment management li ħadet ħsieb id-depożiti ta' flejjes kbar mingħand Keith Schembri mingħajr ma għarblet sew il-flus minn fejn kienu ġejjin, issa jidher li qed tfittex il-kenn f'każ li tinħareġ ordni li ġġiegħlha tagħlaq. Il-FIAU, l-aġenzija li xogħolha hu li tgħasses kontra l-ħasil tal-flus, diġà mmultat lill-MFSP iżda huwa [...]

Direttur ieħor tal-Pilatus Bank imħarrek fl-Istati Uniti

By
2018-07-17T15:41:54+02:00Mon, 16th Jul '18, 14:24|

Wara investigazzjoni li saret mill-FBI, Mustafa Cetinel - sal-lum direttur tal-Pilatus Bank - qed jiġi mħarrek fil-qrati federali tal-Istati Uniti. F'April, il-Financial Times irrappurtat li Mustafa Cetinel kien ġie investigat mill-FBI, iżda ma kienx hemm aħbar dwar taħrika. Minn spezzjoni li saret fir-reġistru tal-qrati federali ta' Manhattan irriżulta li l-prosekutur federali ppreżenta taħrika kontra Mustafa [...]

U ejja, come on …

By
2018-07-16T14:21:56+02:00Mon, 16th Jul '18, 11:50|

Sena u nofs ilu lil Jonathan Ferris dabbrulu rasu. Niftakru li Edward Scicluna, qabel lissen il-famużi kliem ‘u ejja come on’, kien qal lill-ġurnalisti li wieħed għandu jistaqsi jekk ir-rapporti tal- FIAU dwar il-Pilatus Bank ‘kinux inkitbu biex imbagħad jixxandru baxx baxx’. Inqas minn ġimgħa wara li ntqal dan id-diskors lil Jonathan Ferris u Charles [...]

In-Noddy itiha għad-diplomazija internazzjonali. Imma x’aktarx ma terġax tkun.

By
2018-07-16T13:12:12+02:00Thu, 12th Jul '18, 16:52|

Ibqgħu ċerti li lil Owen Bonnici tal-Ġnus Magħquda mhux se jiġru warajh biex isolvilhom il-kriżi tal-Lvant Nofsani. Ta' żatat li hu reħielha lejn Leeuwarden, belt Olandiża ta' 100,000 ruħ, u bħal donnu stenna li n-nies ta' hemmhekk se joqgħodu jidilkuh bix-xema' bħalma tidilku ommu u jidilkuh il-mijiet ta' ammiraturi tiegħu fil-facebook. Il-fatt biss li ħaseb [...]

Min qed jagħmel l-għassa fuq TVM?

By
2018-07-16T13:13:34+02:00Thu, 12th Jul '18, 16:34|

The Malta Independent kellu raġun biex ibiegħ meta lmenta dwar il-fatt li TVM qabad u njora stqarrija tal-European Banking Authority fis-sens li tal-FIAU ħallew lis-sistema finanzjarja ta' Malta sservi ta' forċina għall-kriminalità. Stennejniha mbagħad li TVM, b'partiġġjaniżmu stupidu liema bħalu, xandar biss it-tweġiba puwerili tal-FIAU. Iżda għalkemm stennejna dan l-aġir, ma jfissirx li għandna noqgħodu [...]

Jonathan Ferris għandu jiġi kumpensat

By
2018-07-16T13:15:00+02:00Thu, 12th Jul '18, 09:35|

Meta l-European Banking Authority ikkonkludiet li tal-FIAU kisru l-liġijiet meta naqsu mir-risponsabbiltà tagħhom li ma jippermettux li s-sistema finanzjarja sservi ta' forċina għall-kriminalità, ikkonfermat ukoll l-istħarriġ ta' Jonathan Ferris. Jonathan Ferris kien jaħdem mal-FIAU għal ftit xhur qabel tkeċċa. Kien biss meta ħaddem il-ħiliet li għandu bħala investigatur - ħiliet li akkwistahom minn snin ta' [...]

Jaqa’ s-skiet

By
2018-07-16T13:10:25+02:00Thu, 12th Jul '18, 07:26|

Għad ma kien hemm ebda reazzjoni minn naħa tal-gvern għar-rapport imxandar mill-Aġenzija Bankarja Ewropea  - l-"EBA" - li kkonkluda li l-FIAU ta' Malta kisret il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar l-użu tas-sistema finanzjarja għall-ħasil ta' flus maħmuġin u għall-iffinanzjar tat-terroriżmu. Minn naħa tagħha l-FIAU ħarġet stqarrija għall-istampa li b'mod patetiku esprimiet id-"diżappunt" tagħha għad-deċiżjoni tal-EBA bħallikieku din [...]

Tikkonfondi xejn Saviour, jien hawn għadni!

By
2018-07-12T08:53:41+02:00Mon, 9th Jul '18, 18:26|

Saviour Balzan mistagħġbin kemm għamel f'qalbu sakemm jien domt imsiefer. F'artiklu mhux iffirmat li xxandar fil-ġurnal Illum żewġt iĦdud ilu, Saviour dendel geddum sal-art għax ma kienx qed jaqra' posts ġodda fuq din il-website. Jidher li għalih dawn il-ġimgħatejn kienu qishom sentejn. Fil-ħajja verament ma tista' qatt tkun taf minn fejn jistgħu jitfaċċaw l-ammiraturi. Insomma, [...]

Xandir biex igħatti l-ixtur

By
2018-07-12T07:39:27+02:00Mon, 9th Jul '18, 18:05|

Dan huwa l-editorjal ta' The Malta Independent li jesprimi diżappunt bir-rappurtaġġ tal-mezzi tax-xandir tal-PN. Il-ġurnali jipparaguna dan ir-rappurtaġġ mal-propaganda ta' żmien il-komuniżmu fir-Russja u dan il-paragun ċertament ma sarx b'tifħir. Il-PN issa ilu għal bosta snin sid tal-mezzi tax-xandir tiegħu. Il-ġurnali tiegħu huma meqjusa bħala l-leħen tal-partit u dejjem servew biex iwasslu l-fehma tal-partit lin-nies. [...]

GUEST POST: Dinja tal-boloħ

By
2018-07-09T17:55:56+02:00Mon, 9th Jul '18, 09:31|

Din l-ġejja ntbagħtitli ftit ilu minn persuna magħrufa minni: Xi drabi jgħaddi dan il-ħsieb minn moħħi: "x'kien jiġri li kieku s-servers ta' Mossack Fonseca ma ġewx hacked?"  Immaġinaw ftit. L-ismijiet 17 Black, Hearnville, Tillgate u Egrant ma kienu jfissru xejn. F'moħħna l-Panama kien jibqa' biss dak il-pajjiż imbiegħed li xogħlu hu li jaqdi mill-koxxa l-barunijiet [...]

“M’intomx kapaċi tagħmlu dak li hu sewwa”

By
2018-06-20T23:33:46+02:00Wed, 20th Jun '18, 23:33|

Ħadd m'għadu jiddubita li f'Malta l-investigazzjoni ta' reati kriminali b'laqta politika huma politikament ikkontrollati. Dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia mhux biss hemm il-konsegwenzi politiċi. Dan kien ukoll assassinju politiku: inħasdet il-ħajja ta' persuna bil-għan li jintlaħqu miri politiċi u b'riżq il-qadi ta' interessi politiċi permezz ta' qattiela imqabbda minn politiċi. Għalkemm il-Partit Laburista bħala [...]

Neville Gafà jissemma fuq Rai Uno fil-programm Porta a Porta, u jkun hemm min jistaqsi: Malta x’inhi tagħmel fl-UE?

By
2018-06-20T23:29:59+02:00Tue, 19th Jun '18, 19:37|

Dan huwa estratt mill-programm ta' Rai Uno Porta a Porta li kien fiħ rapport dwar ix-xhieda mogħtija minn Ivan Grech Mintoff fil-qorti dwar il-ħadma enormi li seħħet fil-Libja li permezz tagħha allegatament "inbiegħu" aktar minn 80,000 visa mill-konsolati ta' Malta fil-Libja lil dawk li kienu lesti li jħallsu għalihom, kompriżi t-terroristi u membri tal-milizzji. Aqra [...]

Tal-Pilatus Bank iħallsu lil Maria Efimova … wara sentejn

By
2018-06-20T23:32:01+02:00Tue, 19th Jun '18, 14:20|

Tal-Labour office ta' Malta għamlu kuntatt ma' Maria Efimova sabiex jinfurmawha li tal-Pilatus Bank kienu ħallsu l-paga li kellha tieħu għaż-żmien meta ħadmet għal tliet xhur bħala assistenta eżekuttiva ta' Ali Sadr. L-ironija hi li tal-Pilatus Bank effettivament ammettew li l-ilment li Maria Efimova kienet għamlet kontra tagħhom kien wieħwd ġustifikat u li kien minnu [...]

Il-ħbieb li jaħbulek flusek

By
2018-07-09T17:53:07+02:00Tue, 19th Jun '18, 14:11|

Nexia BT — Mossack Fonseca (Malta) — Kasco Group. Dawn huma t-tliet pilastri li Keith Schembri jserraħ fuqhom hu u joħloq skemi frawdolenti biex jaħbi d-dħul ta' flejjes illeċti u biex jevadi l-ħlas tat-taxxi filwaqt li jagħmel użu mill-kariga pubblika tiegħu għall-benefiċċju personali tiegħu. Ir-raba' pilastru huma tal-MFSP, l-aġenzija ta' investiment magħmula minn erba' sħab, [...]

L-egħbusija tar-ras ta’ min qed jiżloq fin-niexef

By
2018-07-09T17:54:56+02:00Tue, 19th Jun '18, 13:59|

It-tmexxija tal-PN qiegħda tiżloq fin-niexef. Huwa ċar li fid-Dar Ċentrali teżisti mentalità testarda ta' min jikkonsidra lilu nnifsu perpetwament assedjat, ta' min jaħseb li n-nies se toqgħod għall-ordnijiet u għall-għajjat u ta' min jikkonsla bil-mili bix-xema' u bil-manjanimità immaġinarja tal-għadu, hekk kif dawk li tradizzjonalment dejjem appoġġjaw lill-Partit qed isibu ruħħom bħall-orfni. Mingħajr ma kkummentajt, [...]

Neville Gafà: Xhieda beżgħana li jpattuhielhom

By
2018-07-09T17:52:40+02:00Tue, 19th Jun '18, 13:42|

Neville Gafà lit-Times of Malta qalilha li qiegħed “jiċħad l-allegazzjonijiet kollha tas-Sur Grech Mintoff u li qed jirriserva d-dritt li jieħu passi legali”. Din kienet ir-reazzjoni tiegħu għad-dokumenti li ssottometta Ivan Grech Mintoff f'kawża ċivili li fiha stqarr li xhieda potenzjali li kienu xaħħmu lil Neville Gafà biex jakkwistaw viża għal Malta huma beżgħana li [...]

Clyde Puli, oqgħod attent.

By
2018-06-19T11:06:38+02:00Sun, 17th Jun '18, 15:22|

Araw dan il-video ta' Net News. Clyde Puli inqada' bit-televiżjoni biex jirrepeti dak li kien stqarr lil The Malta Independent. Jagħmel spjegazzjoni dwar il-proċess tal-għażla tal-kandidati u jikkritika "sezzjoni tal-media" - identifikata mill-ġurnalist bħala t-Times of Malta - talli daħket bil-qarrejja tagħha. https://youtu.be/OZd9TQl50vs Iżda ma kenitx biss it-Times of Malta li tkellmet dwar l-intervista li [...]

Tixrid tal-mibgħeda minn taħt il-maskra tal-kultura

By
2018-06-19T11:03:42+02:00Sun, 17th Jun '18, 14:33|

Frederick Testa, wieħed minn ta' "Tagħna Lkoll" li xeba' jerda' minn fuq il-fondi pubbliċi, uffiċjalment huwa cultural liaison officer mal-Kunsill Malti tal-Arti. Ingħata din il-kariga għar-raġuni li huwa tipaċċ bħal Mario Azzopardi li t-tnejn għenu mhux ftit biex taw lil tal-Labour immaġni pederastika. F'kummenti fil-Facebook kiteb li David Casa jmissu jiġi mitmugħ lill-klieb kumbinazzjoni fl-istess [...]

L-id li trid tgħamik

By
2018-06-19T11:07:09+02:00Sun, 17th Jun '18, 14:23|

Dan ir-ritratt inġibed minn Darrin Zammit Lupi għar-Reuters. Kuntistabbli tal-pulizija ittanta jostakola lil min ried jiġbed ritratt minkejja l-fatt li dan iddikjara li huwa ġurnalist li kien fuq il-lant tax-xogħol. Kif wieħed jista' jobsor, il-pulizija kien qed jipprova jiċċensura l-protesta tal-Kenniesa li ħarġu b'figuri tal-kartun ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi libsin ilbies tal-ħabsin. [...]

Go to Top