Edward Scicluna jiċħad li l-IIP qed tiffinanzja lil Puttinu … imbagħad iħassar dak li kiteb

By
2018-04-02T19:39:07+02:00Sat, 31st Mar '18, 17:55|

Edward Scicluna, il-ministru responsabbli għall-infiq kollu li jagħmel il-gvern, illum ħareġ għonqu biex jiċċara li l-gvern kien ser jiffinanzja lil Puttinu direttament mill-baġit tal-istat u mhux mid-dħul mill-bejgħ tal-passaporti. Hu minn ewl id-dinja li l-ministru jkun jaf dan għax hu proprju hu li jiffirma d-dokumenti li jkunu meħtieġa. Għalkemm imissu jaf ukoll li l-mod kif il-gvern għandu [...]

Issa tard wisq għal min qed jippretendi li Ali Sadr m’għandux x’jaqsam ma’ Malta

By
2018-03-29T18:26:50+02:00Thu, 29th Mar '18, 14:54|

L-arrest ta' Ali Sadr għamel il-ħsara lil Malta. Il-fatt li m'huwiex mixli b'reati kriminali li seħħew f'Malta mhux daqstant importanti. U mhuwiex qed jiġi mixli b'reati kriminali li seħħew hawn Malta għax l-awtoritajiet Maltin ħallewħ igħaddiha lixxa. Qed jiġi mixli mill-awtoritajiet Amerikani fl-Istati Uniti talli kiser il-liġijiet ta' dal il-pajjiż. Il-fatt li m'huwiex qed jiġi mixli b'reati [...]

L-awdituri tal-bank

By
2018-04-02T19:41:38+02:00Thu, 29th Mar '18, 08:17|

Sabiex kollox jimxi ħarir ikun jeħtieġ li nserrħu fuq l-istħarriġ li jagħmlu d-ditti tal-awdituri biex jiġu verifikati u ċċertifikati talbiet li jsiru minn kumpannji. Hi tassew ħaġa minn ewl id-dinja - mhux f'Malta biss - li d-ditti tal-awdituri ħafna drabi jsibu ruħħom bejn ħalltejn meta jkollhom jew jagħżlu li jaġixxu fl-interess pubbliku bħala uffiċjali indipendenti jew inkella li jaġixxu fl-interess tal-klijenti tagħhom. [...]

Il-logħba ta’ Kaelin

By
2018-03-29T08:53:00+02:00Wed, 28th Mar '18, 05:24|

Aqra din il-blog post miktub minn Freddy Gray f'The Spectator. Għandu elf raġun. L-istorja dwar Cambridge Analytica mhix daqstant dwar il-pariri li dawn taw lill-klijenti tagħhom. Iżda hi aktar dwar kif Christian Kaelin ta' Henley and Partners's inqeda' b'Cambridge Analytica biex virtwalment spiċċa jikkontrolla u jiġbed l-ispag ta' mexxejja politiċi li jkunu rebħu l-poter f'pajjiżhom bil-għajnuna tagħhom. Alexander Nix, li [...]

MEPs lill-Bank Ċentrali Ewropew: Agħlaq lill-Pilatus!

By
2018-03-29T08:54:52+02:00Tue, 27th Mar '18, 06:26|

Membri tal-Parlament Ewropew, li qed ikomplu jinvestigaw fuq il-korruzzjoni u s-saltna tad-dritt f'Malta, kitbu lil Mario Draghi tal-Bank Ċentrali Ewropew u talbuh jagħlaq il-Bank Pilatus u jirtiralu l-liċenzja. Dan wara li l-gvern ma ħa l-ebda passi biex jagħlaq il-Pilatus minkejja l-fatt li l-uniku proprjetarju ta' dan il-bank spiċċa miżmum f'ħabs federali Amerikan mixli b'sitt kapi [...]

GUEST POST: Resqin lejn 6 xhur

By
2018-03-29T09:02:26+02:00Tue, 27th Mar '18, 05:39|

By Pat Azzopardi Preziosi: Rajt dan ir-ritratt u rġajt bdejt nibki. Bkejt it-tfulija li nsterqet lil dawn it-tliet subien li kellhom jgħixu bil-ħsieb li lil ommhom jobogħduha, waqqgħuha għaż-żufjett, u gidbu fuqha. Bkejt għaliex dawn it-tliet subien ma setgħux jitħabbu wisq mal-annimali għeżież tagħhom, għax kull darba kienu jivvalenawhomlhom jew iħanxrulhom għonqhom. Bkejt għall-ġenituri tagħha, [...]

Ali Sadr m’huwiex xi Oskar Schindler

By
2018-03-29T09:03:57+02:00Mon, 26th Mar '18, 07:44|

Filwaqt li huwa pjuttost faċli li wieħed jipprova jpinġi kerha lil mara Russa li wiċċha s'issa għadna ma rajnihx u li jdendel it-tabella tal-motivazzjoni politika mal-istqarrijiet ta' eks uffiċjal tal-pulizija, diffiċli ħafna li wieħed jipprova jpinġi lil Ali Sadr - sinjurun bla skrupli magħruf għas-swat sistematiku li kien jagħti lil martu u b'passaporti f'idu daqs kemm jesa' [...]

STAR COMMENT: Qatt tinsew ir-rabta ma’ Henley

By
2018-03-29T08:50:38+02:00Mon, 26th Mar '18, 07:24|

Minn Callixtus wara li xxandret il-post tiegħi dwar Luzerner Zeitung: Il-ġurnal Luzerner Zeitung jidher li ħarablu l-irbit Svizzeru ferm aktar importanti, jiġifieri, Christian Kaelin. Ali Sadr u martu kien l-mistiedna għall-festin li kien sar biex jiġi ċelebrat l-20 anniversarju tat-tieġ ta' Kaelin. U lest nilgħab imħatra li Christian Kaelin attenda għat-tieġ ta' Ali Sadr fl-Italja flimkien ma' Keith Schembri u Joseph Muscat (ħobża u sikkina!). [...]

Ali Sadr qed jiġbed l-ispag ta’ Edward Scicluna?

By
2018-03-25T06:52:47+02:00Fri, 23rd Mar '18, 14:56|

Fil-Parlament Edward Scicluna ħareġ jiddefendi d-deċiżjoni tal-MFSA li ma tissospendix il-liċenzja tal-Pilatus Bank. Fil-għerf bla tarf tiegħu, il-Profs bħal speċi xtaq jgħallimna li hemm differenza bejn Ali Sadr bħala Chairman u Direttur tal-Bank I l-bank bħala entità għalih.. Grazzi ħafna Profs. Allura Ali Sadr tneħħa minn Direttur tal-Bank mill-MFSA. U l-Bank tħalla jinnegozja sabiex is-sidien tal-Bank jibqgħu jimpalaw il-profitti. Grazzi ħafna Profs. https://youtu.be/jJVldUcKAVw U issa [...]

Meta Edward Zammit Lewis ħallas miljun ewro lill-kumpanija tal-ajru li ġġorr il-bagalji … bil-ħwejjeġ

By
2018-03-23T15:59:36+01:00Fri, 23rd Mar '18, 12:28|

Bħal din il-ġimgħa ħdax-il xahar, ilkoll konna qed insegwu l-aħbarijiet li kienu ħerġin minuta wara l-oħra. Daphne Caruana Galizia tirraporta li l-Egrant hi ta' Michelle Muscat.  Michelle Muscat tiċħad. Joseph Muscat jgħid li m'hemm xejn x'jiġi investigat. Lawrence Cutajar jiekol il-fenek moqli. Ali Sadr joħroġ inkiss inkiss mill-bank bil-bagalji. Jekk irridu nemmnu lil Edward Zammit [...]

Maria Efimova mill-ħabs: “Irringrazzja lil kull min qed jappoġġjani. Għejejt. Ma nafx kemm se nkampa.”

By
2018-03-23T16:02:56+01:00Fri, 23rd Mar '18, 11:30|

Maria Efimova ċemplitli minn payphone fil-ħabs tan-nisa f'Ateni dalgħodu, biex f'isimha nirringrazzja lil dawk kollha li appoġġjawha u għadhom qed jappoġġjawha.  Qaltli li ġiet infurmata bil-messaġġi ta' kuraġġ mill-bidu li nżammet f' Malta u barra minn Malta, u li tixtieq turi lil kulħadd kemm tħossha grata għal dan. Talbitni wkoll nirringrazzja speċifikament lil ulied Daphne [...]

Edward Zammit Lewis: Ali Sadr kien mgħobbi biss bi ħwejjeġ tal-ilbies

By
2018-03-23T12:39:46+01:00Fri, 23rd Mar '18, 07:58|

Edward Zammit Lewis il-bieraħ fuq it-televiżjoni ħareġ għonqu u insista li ħdax il-xahar ilu Ali Sadr kien biss qed iġorr miegħu xi bagalji mimlijn ħwejjeġ tal-ilbies meta dan inqabad ħiereġ inkiss inkiss b'bagalji kbar mill-bieb ta' wara tal-Bank fis-satra tal-lejl. Ħaġa verament tal-għaġeb li, hu u jiddefendi lil Michelle Muscat, Edward Zammit Lewis għażel li ma jillimitax ruħu għal dak li [...]

Meta l-gwerra ma tibqax bierda

By
2018-03-22T17:01:53+01:00Thu, 22nd Mar '18, 09:07|

Donnu qabadhom ġenn. Iżda dan l-istat ta' paniku m'għandux għax idum wisq. Jerġgħu isiru qishom m'humiex huma u jagħmlu tabirruħhom li din it-triq kienu diġà fassluha żmien qabel. Joseph Muscat issa jridha ta' mexxej ewlieni Ewropew wara li kien għamel żmien twil qisu in-Nigel Farage ta' Malta. Issa qed jittantaw iwaħħlu fil-PN għal dak li ġara' fil-Pilatus Bank. [...]

Azzjoni kontra l-Pilatus: proprju issa stembaħtu?

By
2018-03-22T12:07:30+01:00Wed, 21st Mar '18, 17:29|

Il-MFSA "keċċiet" lil Ali Sadr minn direttur tal-Pilatus Bank u ordnat li ma jibqgħux irisu transazzjonijiet la minnu, la mid-diretturi l-oħra, la mit-tmexxija tal-Bank u lanqas minn membri tal-familji tagħhom. Allura issa ma jistgħux isiru telefonati tard bil-lejl biex jinfetaħ kont ta' self ta' miljun f'isem oħt iċ-Chairman u biex isir trasferiment malajr ġo kont f'New York [...]

It-tmiem tal-bidu

By
2018-03-21T12:54:58+01:00Wed, 21st Mar '18, 03:18|

Mela ma kinitx qed tiġġennen wara kollox. Ma kenitx qed tigdeb. Ma kenitx saħħara moħħha biss biex tagħmel ħsara lil Labour għaliex ma felħitx tara s-suċċessi. Mhux għax kellu jiġri dak li ġara biex nikkonvinċu ruħna li tal-Pilatus Bank m'humiex ħlief bejta tal-ħallelin u bank għall-ħallelin immexxi mill-ħallelin għax kienet ilha li xanderet il-fatti u ppreżentat il-provi. Iżda għal [...]

Iċ-Chairman tal-Bank Pilatus arrestat fl-Istati Uniti

By
2018-03-21T12:49:57+01:00Wed, 21st Mar '18, 02:19|

Ir-Reuters qed jirrapporta li Ali Sadr Hasheminejad, iċ-Chairman tal-Bank Pilatus, qed jinżamm arrestat fl-Istati Uniti mixli li pparteċipa fi skema biex jiġu evitati sanzjonijiet imposti mill-Istati Uniti u biex aktar minn $115-il miljun li tħallsu taħt kuntratt tal-kostruzzjoni fil-Venezwela jiġu mgħoddija baxx baxx mis-sistema finanzjarja Amerikana. L-Istati Uniti ressqu akkużi formali fil-konfront ta' Ali Sadr, [...]

AĠĠORNATA: Maria Efimova tat lilha nfisha volontarjament f’idejn il-pulizija f’Ateni

By
2018-03-21T12:47:02+01:00Tue, 20th Mar '18, 11:10|

L-eks impjegata tal-Bank Pilatus Maria Efimova, li xehdet fl-Inkjesta Maġisterjali li għaddejja dwar il-kumpanija Egrant Inc, iddeċidiet li ma tibqax tistaħba fi Kreta u tat lilha nfisha b'mod volontarju lill-pulizija f'Ateni wara l-mandat ta' arrest internazzjonali li nħareġ kontriha minn Malta. Il-mandat ta' arrest kontriha kien inħareġ wara li ma attendietx għal seduti tal-qorti li [...]

Istituzzjoni prestiġġjuża tal-Istat ta’ New York tagħti l-premju tal-libertà tal-kelma lil Daphne Caruana Galizia

By
2018-03-20T10:19:32+01:00Tue, 20th Mar '18, 07:56|

Daphne Caruana Galizia se tkun onorata wara mewtha bil-Premju Tully 2017 għal-Libertà tal-kelma (2017 Tully Center for Free Speech) fl-Università ta' Syracuse. Iċ-Ċentru Tully għal-Libertà tal-Kelma li jinsab fis-Samuel Irving Newhouse School of Public Communications fl-Università ta' Syracuse f'Syracuse, New York, ingħata bidu fl-2006 bħala legat ta' Joan A. Tully, lawreata tal-istess skola fis-sena 1969, u promotriċi impenjata bis-sħiħ [...]

Go to Top