Jaqueline Alexander arrestata wara investigazzjoni dwar kriminalità organizzata u ħasil ta’ flus u talba tagħha għal-libertà proviżorja miċħuda minn Qorti fil-Panama

By
2018-08-02T09:38:10+02:00Wed, 1st Aug '18, 15:01|

Qorti speċjali fil-Panama ċaħdet talba ta' Jaqueline Alexander għal libertà proviżorja waqt li jinsabu għaddejjin investigazzjonijiet dwar is-sehem tagħha f'atti ta' ħasil ta' flus maħmuġin. L-inkjesta Egrant straħet fuq stqarrija li għamlet Jaqueline Alexander fil-Panama stess biex setgħet ġiet attakkata l-kredibilità ta' provi dokumentati li ġew mgħoddija lill-Maġistrat li jindikaw li Michelle Muscat hi s-sid [...]

Tal-Malta Today u l-konfoffa tal-prim ministru

By
2018-08-02T09:36:06+02:00Wed, 1st Aug '18, 14:41|

Jeħtieġ li jiġi ċċarat punt li qed joħloq ċerta konfużjoni f'moħħ in-nies: l-inkjesta Egrant ma ntalbitx mill-prim ministru skond il-prerogattiva li għandu taħt il-liġi speċjali li tirregola l-inkjesti. Minflok għamel dan, il-prim ministru, kontra kull prassi, qabbad lill-kummissarju tal-pulizija biex jitlob li ssir inkjesta maġisterjali b'termini ta' riferenza imposti minn min suppost qed jiġi investigat: [...]

Jaqueline Alexander ffirmat prokura għal klijent li kien ilu 500 jum mejjet

By
2018-08-01T10:14:01+02:00Wed, 1st Aug '18, 08:20|

Jaqueline Alexander, li l-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja dwar min hu sid l-Egrant Inc. serrħet fuq dak li qalet meta din ċaħdet li dokumenti li jindikaw lil Michelle Muscat bħala sid kumpannija sigrieta fil-Panama, fl-2015 kienet iffirmat prokura favur raġel li dak iż-żmien kien diġà ilu mejjet għal kważi sentejn. Din l-istorja nkixfet mill-Panama Papers u [...]

Go to Top