Joseph Muscat dwar għażliet demokratiċi li ma tmurx lura minnhom

By
2019-01-15T09:06:08+01:00Mon, 14th Jan '19, 09:33|

Ħaġa tal-iskantament meta tisma' lil Joseph Muscat jitkellem dwar forzi tad-dlam fi ħdan il-PN li qed jisfidaw id-deċiżjoni demokratika li permezz tagħha nħatar Adrian Delia bħala kap. “Din hi mentalità li fiha d-demokrazija tibqa' rilevanti biss sakemm dak li għażlu n-nies jgħodd għalik”. 4 xhur ilu biss fuq BBC Radio 4 qal li r-Renju Unit [...]

L-għodda meħtieġa se tkompli tonqos

By
2019-01-11T18:07:35+01:00Wed, 9th Jan '19, 16:51|

Ftit jiem ilu il-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN lil The Sunday Times of Malta qalilha li l-Kumitat Eżekuttiv se jiddiskuti l-qagħda preżenti fil-Partit li, m'għandniex xi ngħidu, għandha tinkludi dibattitu dwar jekk Adrian Delia għandux iżomm postu bħala kap. Skond rapporti oħra fil-ġurnali, Mark Anthony Sammut kellu laqgħa ma' Adrian Delia flimkien ma ' David Stellini [...]

Jeħtieġ li nibqgħu ninsistu

By
2019-01-11T18:05:30+01:00Wed, 9th Jan '19, 14:03|

Meta l-ġustizzja tiġi mċaħħda, jeħtieġ li nibqgħu intambru sakemm isseħħ. Ma nistgħux naqtgħu qalbna. L-għatx għall-ġustizzja m'huwiex logħba, jaħsbuha kif jaħsbuha tal-Partit Laburista u dawk li jaħsbuha bħalhom fil-Partit Nazzjonalista. Il-ġustizzja la taf b'rebbieħa u lanqas b'telliefa. Jekk il-ġustizzja tibqa' ma ssirx mal-kriminali għax dawn huma setgħana u għax il-liġijiet ma jgħoddux għalihom, nistgħu ngħidu [...]

Is-sentenza ta’ l-Imħallef Grixti tagħmel l-inkjesti f’tagħżiq fl-ilma; u impossibbli ssib kundanni dwar ħasil ta’ flus

By
2019-01-09T17:05:50+01:00Wed, 9th Jan '19, 06:48|

Il-konsegwenzi koroħ tas-sentenza tal-bieraħ tal-Imħallef Giovanni Grixti se jibqgħu jidwu. Araw il-mod li bih ikkonkluda li Panama Papers u d-dokumenti li nkixfu mis-servers ta' Mossack Fonseca huma “hack” u li allura inkjesta ma tistax tissejjes fuqhom. Bil-kejl tal-Imħallef Giovanni Grixti, l-Imħallfin u l-prosekuturi minn madwar id-dinja issa jkollhom jarmu l-baħar sensiela ta' kundanni li diġà [...]

Sitwazzjoni tal-waħx

By
2019-01-09T17:03:47+01:00Wed, 9th Jan '19, 06:23|

Jista' jkun li għadkom ma sibtux il-ħin biex taqraw id-diskors sħiħ li kien għamel ftit ġimgħat ilu l-Imħallef Vincent De Gaetano dwar is-saltna tad-dritt f'Malta. Kien qed jitħaddet dwar l-istat tas-saltna tad-dritt f'Malta: mid-diskors kollu dan li ġej hu ta' min jixtarru: "X'aktarx li Malta hi l-unku pajjiż fid-dinja ċivilizzata fejn, ħlief għal meta l-Pulizija [...]

Star Comment: Wara s-sentenza tal-Qorti tal-lum

By
2019-01-09T17:01:36+01:00Tue, 8th Jan '19, 17:20|

Dan il-kumment bgħatuli Chris b'reazzjoni għal dak li ktibt aktar kmieni llum dwar is-sentenza tal-Imħallef Giovanni Grixti's li fi ftit kliem tgħid li min jagħmel ilment lill-Qorti li l-Pulizija m'hix taqdi dmirha u tinvestiga reat kriminali, irid l-ewwel ijnvestiga u jipprova l-eżistenza tar-reat hu stess. Ħabat tajjeb li l-memorja tal-qarrejja tiegħi hi aħjar minn tiegħi. [...]

Il-klikka tal-Panama se tgħid li din tal-lum illiberathom. Ikunu qed jigdbu.

By
2019-01-09T17:02:46+01:00Tue, 8th Jan '19, 16:23|

Il-Qorti tal-Appell irrevokat ordni li kienet tat il-Qorti tal-Maġistrati biex issir inkjesta dwar dak li nkixef permezz tal-Panama Papers. Dik l-ordni kienet ingħatat mill-Maġistrat Ian Farrugia f'Lulju 2017 wara talba li kienet saret minn Simon Busuttil li fiha lmenta li mill-2016, il-Pulizija ma kinitx investigat dak li nkixef mill-Panama Paper. Il-Qorti tal-Maġistrati kienet iddeċidiet li [...]

Xi drabi t-tweġiba jkollha tkun le

By
2019-01-07T13:07:45+01:00Mon, 7th Jan '19, 09:11|

Matul il-ġranet u l-ġimgħat ta’ wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, kienu bosta dawk li ngħaqdu flimkien bil-għan li tissokta l-ġlieda favur is-sewwa u l-ġustizzja. Din id-deċiżjoni kienet ukoll ittieħdet minħabba l-għażliet li kien qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista. Niftakar sew meta marti kienet kellmet lil ħbieb tagħha u ħajjrithom jikkampjaw qrib Kastilja biex jipprotestaw. Fi [...]

Aqbad ma’ ta’ mparek

By
2019-01-09T17:00:22+01:00Sun, 6th Jan '19, 17:27|

M'hemmx dubju li f'Malta lill-għaqdiet tas-soċjetà ċivili li jagħmlu kampanji favur id-drittijiet demokratiċi, kontra l-korruzzjoni u favur l-eżemplarjeta' fil-politika, l-partit politiċi jarawhom żejda. L-istorja li tal-PN xandru dalgħodu f'Il-Mument wara li tfaċċat nhar l-Erbgħa fuq One TV u saħansitra anki fuq il-Facebook page uffiċjali tal-PN, m'hi xejn ħlief att ta' disprament ta' min jinsab dahru [...]

Mark Anthony Sammut juri li s-sens komun ma spiċċax għal kollox

By
2019-01-09T16:58:47+01:00Sun, 6th Jan '19, 17:14|

Ftit jiem ilu kittieb mistieden fuq dan il-blog fakkar li, skont l-istatut tal-PN, l-uffiċjali tal-Partit għandhom ir-responsabbiltà li jiġbdu l-attenzjoni kull meta jiżgarra f'azzjonijietu l-Kap tal-Partit. Dan l-awtur iffoka fost oħrajn fuq Mark Anthony Sammut bħala president tal-kumitat eżekuttiv tal-PN. Dan il-kumitat jiġbor fih rappreżentanti tal-fergħat kollha tal-Partit: tal-kumitati mxerrda madwar il-pajjiż, tal-uffiċjali eletti fil-kunsilli, [...]

Guest Post: Bdejna mexjin f’triq li se twassal għar-rovina

By
2019-01-09T16:57:49+01:00Sun, 6th Jan '19, 09:42|

Persuna li naf li okkupat pożizzjoni għolja fil-PN tikteb dan l-artiklu b'mod anonimu. Tal-PN donnhom qed jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex isiru partit irrelevanti. Il-Partit li biddel lil Malta, li bena' ekonomija moderna, li firex l-edukazzjoni, li ħoloq klassi medja u li wassalna fl-Unjoni Ewropea jidher mhux biss ipparalizzat iżda qed jegħreq malajr f'ħofra mingħajr [...]

Kif jintebaħ bil-videos fuq il-WhatsApp, f’dagħdigħa Adrian Delia jikkaġuna ħsarat lill-għamara tal-uffiċċju

By
2019-01-06T17:40:44+01:00Sun, 6th Jan '19, 09:24|

Impjegati tal-Partit Nazzjonalista u tal-kumpannija tal-Partit Media Link bil-patt li ma nikxifhomx qaluli li nhar il-Ħamis filgħodu Adrian Delia nstema' jgħajjat bir-rabja u jidgħi b'mod faħxi x'aktarx meta sema' bil-kontenut ta' WhatsApp videos li qed jiċċirkolaw, li wħud minnhom inġibdu bil-moħbi meta kien għadu qed igħix fid-dar tiegħu fis-Siġġiewi. Dawn l-impjegati qaluli li setgħu jisimgħu [...]

Guest Post: lealtà bla tarf?

By
2019-01-06T08:35:15+01:00Fri, 4th Jan '19, 15:19|

Minn awtur mistieden li jien naf li fl-imgħoddi kien f'karigi differenti fil-PN: Dik hi dilemma morali: meta jkollok tagħżel bejn prinċipji jew valuri li għandhom l-istess importanza. Mhux faċli ssib tarf ta' sitwazzjoni bħal din. Dan kollu ġieni f'moħħi jien u naqra l-aħħar akkużi li saru fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni li, jeħtieġ niftakru, qed jokkupa kariga maħluqa mill-Kostituzzjoni. Dan ġieni f'moħħi mhux minħabba n-natura tal-akkużi, iżda [...]

Repubblika: Alleanza bejn it-televiżjonijiet tal-partiti qed toħnoq il-kelma ħielsa

By
2019-01-04T12:57:41+01:00Fri, 4th Jan '19, 12:55|

Din hi stqarrija ta' Repubblika maħruġa aktar kmieni llum: Il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista qed jużaw it-televiżjoni u l-mezzi medjatiċi tagħhom biex joħonqu l-espressjoni ħielsa u jgħaffġu d-dritt tal-protesta. Repubblika tesprimi t-tħassib tagħha għar-ritaljazzjoni goffa u inġusta tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista li użaw u qed jużaw il-mezzi medjatiċi tagħhom biex b’gideb jew tgħawwiġ tal-fatti jfittxu li jiskreditaw u jintimidaw attivisti mis-soċjeta’ ċivili. [...]

Attivisti dwar id-drittijiet tan-nisa jgħidu li l-akkużi dwar vjolenza domestika jeħtieġ li jiġu investigati. X’għandha xi tgħid Simone Cini?

By
2019-01-06T08:41:06+01:00Fri, 4th Jan '19, 12:10|

Il-bieraħ filgħaxija il-Konfederazzjoni Maltija tal-Organizzazzjonjiet tan-Nisa ħarġet stqarrija li tgħid li, hu min hu l-akkużat, kull akkuża ta’ vjolenza domestika għandha tittieħed bis-serjetà u tiġi investigata. “Min hu vittma tal-vjolenza domestika jeħtieġ li jkollu ħafna kuraġġ biex jasal biex jagħmel rapport u biex jipprova jtemm is-swat. Għal din ir-raġuni, dawk li jallegaw li qalgħu s-swat [...]

Erba’ biċċiet bloggers

By
2019-01-04T13:00:59+01:00Thu, 3rd Jan '19, 17:37|

Pierre Portelli għandu raġun biex ibiegħ. Il-Partit Nazzjonalista mhuwiex dawk il-qabda bloggers li jippretendu li l-Partit huwa tagħhom. Ċertament li m'huwiex tagħhom. L-istqarrija li għamel illum fil-Facebook m'hi xejn ħlief attentat biex it-tifħir li ngħata Adrian Delia dwar il-karattru tiegħu kemm mill-eks-sieħbu fl-uffiċċju legali li kellu, kif ukoll minn ħatnu, jiġi trasferit għax-xena politika. Mhux [...]

Ġirja lejn il-qiegħ

By
2019-01-04T12:59:41+01:00Thu, 3rd Jan '19, 09:49|

Fl-2015 Anton Borg, dak iż-żmien President tal-Kamra tal-Kummerċ, kien laqa' lil Simon Busuttil flimkien ma' delegazzjoni tal-PN sabiex jiġi diskuss il-programm ekonomiku tal-Partit. M'għandniex xi ngħidu, l-Oppożizzjoni kienet qed tipprova twassal il-messaġġ li hi gvern alternattiv. Iżda Anton Borg espriema ruħu fuq affarijiet oħra: “fejn tidħol il-governanza tajba, is-saltna tad-dritt u l-livelli, m'għandu qatt ikun [...]

Mistoqsija li għadha mhux imwieġba

By
2019-01-02T16:07:45+01:00Wed, 2nd Jan '19, 14:57|

Lejliet l-ewwel tas-sena n-National Public Radio tal-Istati Uniti xandar link dwar stejjer importanti li seħħew fl-2018 li setgħu qabżu lill-qarrejja u lis-semmiegħa f'nofs "iċ-ċiklu ta' aħbarijiet li kellna matul din is-sena". Ċerti stejjer huwa bil-wisq importanti biex inħalluhom jiġu njorati saħansitra anki fi żmien meta Donald Trump qed jisfida l-kunċetti bażiċi tal-filosofija liberali tal-punent. It-titlu [...]

Qed innaffru lil tal-Kuwajt

By
2019-01-02T16:07:05+01:00Wed, 2nd Jan '19, 10:02|

Then Foreign Minister George Vella visiting the Emir of Kuwait al-Sabah in 2015 Kien hemm żmien meta tal-Kuwajt kienu saru jafu b'Malta meta l-Malti li kien il-President tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti kien qabeż għalihom hekk kif l-Iraq invada u okkupa lil pajjiżhom. The Arab Times — ġurnal bl-Ingliż tal-Kuwajt — jinsab imħasseb minħabba raġunijiet oħra. [...]

Dawn m’huma xejn ħlief allegazzjonijiet

By
2019-01-02T16:06:31+01:00Wed, 2nd Jan '19, 09:29|

Rob Porter with Donald Trump. Picture: Reuters. F'dik li hi kontabilità pubblika, l-White House ta' Donald Trump żgur m'hix xi waħda li tagħti l-eżempju tajjeb li wieħed jistenna. Insejtuh dan l-episodju li seħħ sena ilu? Huwa biss wieħed fost ħafna. David Sorensen kien irriżenja mill-kariga tiegħu fil-White House bħala kittieb tad-diskorsi wara li martu allegat [...]

Go to Top