Il-għala ma saru ebda arresti?

By
2019-10-10T07:34:07+02:00Sun, 6th Oct '19, 15:50|

Il-rapporteur li nħatar mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa biex jissorvelja dak kollu li qed iseħħ f'Malta għamel tweet b'reazzjoni għall-istorja li xandret is-Sunday Times of Malta. Dan għamel mistoqsija li l-awtoritajiet biss jistgħu u huma fid-dmir li jwieġbu. L-awtoritajiet ilhom aktar minn sena li saru jafu dak li sirna nafu biħ illum. Persuni li huma taħt [...]

L-assassinju ta’ Daphne: pass ieħor lejn il-verità

By
2019-10-07T13:30:17+02:00Sun, 6th Oct '19, 13:07|

L-istorja ewlenija li xandret is-Sunday Times of Malta ta' dalgħodu hi mportanti ħafna u ħaqqha li tiġi analizzata sew. Jeħtieġ li naħsbu il-għala qegħdin naqraw din l-istorja proprju issa. L-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia seħħ sentejn ilu. Sena ilu, Michael Farrugia ħareġ b'biċċa informazzjoni - li aktar tard ġiet irtirata - fis-sens li l-pulizija kienet [...]

Avukati tad-ditta Chetcuti Cauchi ma jattendux id-Delta Conference hekk kif jibda’ s-smiegħ quddiem il-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja

By
2019-10-07T13:29:05+02:00Fri, 4th Oct '19, 15:53|

Membri tad-ditta legali Chetcuti Cauchi m'attendewx u baqgħu ma ndirizzawx id-Delta Conference - dan ma kien xejn ħlief sinjal li l-iskandlu li nkixef permezz tal-kamera moħbija tal-M6 heżżet lil waħda mill-aktar aġenziji tal-bejgħ tal-passaporti li għamlu suċċess fil-pajjiż. Priscilla Mifsud, waħda mis-sħab mad-ditta legali, kellha tkun fuq il-panel tad-diskuzzjoni iżda baqgħet m'attendietx għall-konferenza dalgħodu biex [...]

Il-vera tifsira tal-indiema ta’ Konrad Mizzi

By
2019-10-07T13:27:50+02:00Fri, 4th Oct '19, 10:13|

It-Times of Malta tal-lum tikkwota lil Konrad Mizzi fejn jgħid li huwa jisgħobbieħ li kien fetaħ kumpannija sigrieta bl-assistenza ta' Mossack Fonseca fil-Panama. M'għandix dubju li għandu l-għali. Iżda għandu l-għali għaliex il-ħajja politika tiegħu kienet tkun ħafna aktar faċli li kieku ma nqabadx fil-fatt. Konrad Mizzi diġà qed jixjieħ fil-gvern u kull ġurnata li [...]

Sfida lill-Kummissarju-elett Helena Dalli

By
2019-10-03T15:32:28+02:00Thu, 3rd Oct '19, 13:35|

Fi triqitha lejn Brussel, Helena Dalli ġralha bħal ma kien ġralu San Pawl fi triqtu lejn Damasku - dawl qawwi għamiha, waqgħet minn fuq iż-żiemel li kienet riekba u f'widnejha dewa' leħen il-verità u s-sewwa. Intebħet li kienet ippersegwitat lill-innoċenti u issa qed tgħid li klieku kienet fiż-żarbun ta' Konrad Mizzi, Keith Schembri u Joseph [...]

Il-ħniena tal-“kink” Joseph

By
2019-10-03T08:39:35+02:00Wed, 2nd Oct '19, 15:14|

Imma dan kemm jaħseb li aħna boloħ? Jumejn ilu, xi gwardjani tas-sigurtà fl-Università waqqfu protesta li saret mill-Moviment Graffitti fuq il-kampus. Għall-bidu din il-mossa dehret bħallikieku kienet inizjattiva li ttieħdet minn xi gwardjan tas-sigurtà. Iżda aktar tard l-Università ħareġt stqarrija li fiha qalet li ma kienx bi ħsiebha tittollera protesti politiċi matul il-freshers’ week għaliex [...]

Ktieb

By
2019-10-02T08:39:11+02:00Tue, 1st Oct '19, 15:06|

Carlo Bonini, ġurnalist ma' La Repubblica u msieħeb fid-Daphne Project, John Sweeney li kien jippreżenta BBC Newsnight u Panorama u jien flimkien ktibna ktieb li jirrakkonta l-istorja ta' Daphne Caruana Galizia: dwar ħajjitha u dwar ix-xogħol tagħha, l-assassinju tagħha u x'seħħ minn dakinhar 'l hawn. Min jirrakkonta l-istorja ta' Daphne jkun qed jirrakkonta l-istorja ta' [...]

Murder on the Malta Express: Who Killed Daphne Caruana Galizia?

By
2019-10-02T08:40:03+02:00Tue, 1st Oct '19, 12:27|

  Jekk niġu ġġudikati skont x'ikunu jsarrfu l-għedewwa tagħna, allura Daphne Caruana Galizia għandha tkun kunsidrata bħala eroj ta' żminijietna. Kienet ġurnalista Maltija li ma kienet tibża' minn xejn sakemm xi ħadd li għandu s-saħħa u l-flus iddeċieda li għandu jsikkitha għal dejjem. L-assassinju tagħha kien daqqa ta' ħarta lis-sewwa. Murder on the Malta Express: [...]

It-tifsira tal-kelma “konsultazzjoni” skont il-gvern

By
2019-10-02T08:36:59+02:00Tue, 1st Oct '19, 08:35|

Fis-27 ta' Ġunju, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa għaddiet riżoluzzjoni li permezz tagħha talbet lil Malta turi li għamlet ħilitha fil-ġlieda kontra l-impunità li hawn fil-pajjiż li tippermetti lill-politiċi korrotti u lill-imħuħ wara l-assassinju ta' Daphne li jgħadduha lixxa. Malta ma ngħatax żmien biex issib tarf dawn il-kwistjonijiet. Iżda ingħatat żmien biex turi li qed tagħmel [...]

Go to Top