Lawrence Cutajar qed jigdeb? Jew inkella nesa’?

By
2020-06-16T14:05:29+02:00Tue, 16th Jun '20, 12:56|

Għiduli li tridu imma dan li ġej inħoss li hu rilevanti. Mill-intervista li għamel Ivan Martin lil Lawrence Cutajar: L-assassinju ta' ġurnalista seħħ fiż-żmien meta kont Kummissarju int. Bħala kap tal-pulizija, int kellek ir-responsabbiltà li tħares is-sigurtà pubblika. Dan l-assassinju kien wieħed mill-akbar diżappunti tal-karriera tiegħi. Iżda hemm xi ftit tal-konsolazzjoni, xi ftit tas-sodisfazzjon, u [...]

Kontradizzjonijiet

By
2020-06-16T11:35:02+02:00Tue, 16th Jun '20, 09:27|

Il-kontradizzjonijiet fit-tweġibiet li ta Lawrence Cutajar lil Ivan Martin f'intervista lit-Times of Malta huma lampanti. Dan insista li lil Edgar Brincat “il-Ġojja” bil-kemm kien jafu. Qal li kien ilu ma jkellmu għal żmien twil u kien jafu miż-żmien meta kien serva ta' spettur tal-pulizija. Dan Brincat kien ikun fil-korsa tat-tiġrijiet taż-żwiemel u kien jarah hemm. [...]

Qed nifhmu aħjar il-ħxuna tal-gideb li gidbu l-kapijiet tal-Pulizija ta’ Malta

By
2020-06-15T20:20:36+02:00Mon, 15th Jun '20, 15:33|

F'April 2018, jiġifieri sitt xhur wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, l-mexxejja tal-Europol kienu waslu biex jinbidlu. Id-direttur tagħha Rob Wainwright kien jeħtieġ li jwieġeb għal ittra li kienet bgħatitlu l-eks membru parlamentari Ewropea Ana Gomes li fiha talbitu informazzjoni dwar fejn kien wasal il-proċess tal-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Għalkemm Rob Wainwright [...]

L-isem tajjeb tal-Partit Laburista

By
2020-06-15T09:57:23+02:00Mon, 15th Jun '20, 08:31|

Għal ftit ma jaqbdekx id-daħk int u tara lil Chris Cardona jinjora l-pressjoni pubblika li l-mexxej tiegħu Robert Abela għamel fuqu biex iwarrab minn deputat mexxej tal-partit tiegħu u tarah jgħid li m'għandu ebda intenzjoni li jwarrab.  U dan minkejja l-fatt li Robert Abela ġie kwotat li qal li jinsab ċert li Chris Cardona kien [...]

Edward Scicluna, il-“farsa” huwa int

By
2020-06-12T12:17:24+02:00Fri, 12th Jun '20, 09:00|

m Edward Scicluna qarraq bil-kbir f'intervista li ta llum lit-Times of Malta. Huwa stqarr li l-inkjesta li qed issir dwar l-imġieba tal-ministri tal-kabinett fejn jidħol l-użu ta' flejjes pubbliċi biex issir propaganda fuq il-media soċjali u fuq il-Facebook, m'hi xejn ħlief "farsa". U għamel tiegħu l-iskuża li kien ġab Robert Abela meta l-Kummissarju l-Istandards fil-Ħajja [...]

Anġlu Gafà x’bi ħsiebu jagħmel bi Chris Cardona?

By
2020-06-12T10:52:50+02:00Fri, 12th Jun '20, 08:37|

Il-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ddeċidew li jibbojkottjaw is-seduta parlamentari li ser tgħarbel in-nomina Angelo Gafà għall-kariga ta' kummissarju tal-pulizija. Għalkemm kien hemm min ma qabilx mal-bojkott, nista' nifhem il-għala ttieħdet din id-deċiżjoni. Kif naraha jien, jekk issir taf li int fiċ-ċentru ta' ħadma, ikun aħjar jekk twarrab. Għax jekk int tipparteċipa f'ħadma, issir parti minnha u [...]

Wiċċ sfiq

By
2020-06-09T20:55:27+02:00Tue, 9th Jun '20, 18:29|

Net TV xandar ritratt ta' Konrad Mizzi ħiereġ mis-sala tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Qabel ġie lura Malta, seta' wera xi ftit tad-diċenza u ta żmien biex il-ħatra ta' Angelo Gafà tiġi konfermata. Konrad Mizzi ilu żmien twil jibgħat ċertifikati mediċi mir-Renju Unit li jiċċertifikaw li ma kienx f'sikktu biżżejjed għall-ivvjaġġar biex seta' jaqdi d-dmirijiet parlamentari [...]

Tikxfu xejn dwar il-festini fil-ħabs

By
2020-06-10T12:23:36+02:00Tue, 9th Jun '20, 18:19|

L-awtoritajiet tal-ħabs qed jagħmlu kaċċa għal min qed iwassal stejjer lill-ġurnalisti u dan wara li xxandar rapport fin-Newsbook dwar festini, xalar u ħruq illegali ta' nar fil-ħabs    Jien rajt ritratti ta' gwardjani tal-ħabs jixorbu xorb alkoħoliku f'festini organizzati fil-ħabs mid-direttur tal-ħabs Alexander Dalli. Ir-ritratti tqasqsu biex ma jintgħarfux il-gwardjani tal-ħabs li mxew fuq l-ordnijiet [...]

Wasal iż-żmien li nerġgħu nqumu

By
2020-06-09T17:45:41+02:00Tue, 9th Jun '20, 16:46|

Qatt ma kien il-ħsieb tagħna li noqgħodu jdejna fuq żaqqna wara li warrab Joseph Muscat. Minkejja x-xettiċiżmu li ħassew, kienu bosta li fehmu li Robert Abela kien jistħoqqlu li jingħata ċans li jwettaq il-wegħdiet li kien għamel li jeqred l-impunità. M'għandniex xi ngħidu, l-kliem bħaċ-ċirasa. Ta' qablu kien stqarr li kien ser jagħmel minn kollox [...]

Il-Kbir ta’ Ħal Luqa

By
2020-06-08T21:11:35+02:00Mon, 8th Jun '20, 17:46|

Byron Camilleri keċċa lil Lawrence Cutajar  wara li ġie żvelat li “l-kbir ta’ Ħal Luqa” - kif sejjaħlu Melvyn Theuma llum fil-qorti - kien jikkanċella l-multi mill-iskrivanija tiegħu fil-kwartier ġenerali tal-pulizija u kien jimmina xogħol l-uffiċjali investigattivi billi jtarraf lill-kriminali b'informazzjoni dwar l-arrest imminenti tagħhom. Robert Abela kien aċċetta r-riżenja ta' Lawrence Cutajar bħala Kummissarju [...]

Min għadu qed igħaddiha lixxa, ma jridx protesti fit-toroq

By
2020-06-08T16:52:21+02:00Mon, 8th Jun '20, 15:51|

Il-bulijiet tas-soltu reġgħu rħewlha għall-Facebook u qed jheddu lil kulħadd biex ara ma jmurx igħaddilhom minn rashom biex jibdew il-protesti fil-Belt Valletta. Il-faxxisti m'humiex kuntenti li l-attivisti għamlu sejħa biex in-nies tinġabar fil-Belt Valletta biex jitfakkar Lassana Cisse, raġel iswed li nqatel għal xejn b'xejn minn uffiċjali libsin l-uniformi. Il-ġustizzja ma' Lassana għadha ma saritx u [...]

Angelo Gafà: kif ser iġib ruħu biex jeqred l-impunità?

By
2020-06-08T16:11:02+02:00Mon, 8th Jun '20, 13:32|

Il-proċess tal-għażla ta' Kummissarju tal-Pulizija ġdid sar aktar kumplikat milli qatt kien. Iżda wieħed seta' jbassar min kien ser jinħatar. L-għażla ta' Angelo Gafà ma kienitx sorpriża, bl-applikazzjoni ta' pulizija li kien isawwat lis-sieħba tiegħu u li kien warrab skreditat, b'kollox. Dan huwa pajjiż tal-lagħba. Il-proċess tal-għażla tal-kap tal-pulizija huwa mmexxi mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku li l-membri [...]

Kif jippretendu li n-nies tobdi l-liġijiet meta huma stess jiġu jaqgħu u jqumu minnhom?

By
2020-06-06T12:46:28+02:00Sat, 6th Jun '20, 12:10|

Agħtu daqqa t'għajn lejn dan ir-ritratt. Jidher li Robert Abela ma fehemx il-għala inżebgħet mal-art bl-abjad dik il-marka. Inżebgħet biex iżomm żewġ metri 'l bogħod mill-iSpeaker. Qatt sema' dan bit-tifsira taż-żamma tad-distanzi soċjali? U dan ir-ritratt t'hawn isfel iserrħilna moħħna li tal-Oppożizzjoni qed jagħmlu għassa stretta fuq il-Gvern. Ngħid jien, x'kien ma stiednux lill-Professor Charmaine [...]

Il-għala dan id-dewmien kollu?

By
2020-06-05T17:57:47+02:00Fri, 5th Jun '20, 15:19|

Hi u tagħti d-digriet tagħha fuq rikors li kien għamel il-Koħħu biex jingħata l-libertà proviżorja, l-Imħallef li qed tmexxi l-proċess kontra dawk li huma suspettati li qatlu lil Daphne, stqarret li “huwa evidenti li x-xibka ta' kriminalità li kellha x'taqsam mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia għadha ma ġietx ikkontrollata għal kollox u għad hemm min [...]

Kien hemm ukoll sensar ieħor?

By
2020-06-04T17:37:03+02:00Thu, 4th Jun '20, 13:55|

Il-possibilità li Chris Cardona seta' kien imdaħħal fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia reġgħet feġġet wara li din il-ġimgħa Melvyn Theuma wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu fil-qorti. Jason Azzopardi, li fil-qorti qed jidher parte civile għall-familja ta' Daphne Caruana Galizia, nhar it-Tnejn staqsa lil  Melvyn Theuma jekk qattx kien sema' bi ħlas li kien għamel Chris Cardona [...]

L-“espert” tal-inkjesta huwa l-avukat personali tal-maġistrat u soċju fl-uffiċċju legali ta’ ħu l-istess maġistrat.

By
2020-06-03T15:40:54+02:00Wed, 3rd Jun '20, 13:42|

L-inkjesta maġisterjali dwar il-mewt fil-baħar ta' 12 il-ruħ wara li l-lanċa li dawn kienu riekbin fuqha tħalliet għal riħha għal diversi jiem qabel tniediet operazzjoni ta' salvataġġ fl-ibħra Maltin qed tkompli tegħreq fil-kontroversja. Dalgħodu The Shift News irrapporta li l-Maġistrat Joe Mifsud għadda lil Robert Abela kopja tax-xhieda kollha li kienet nġabret mill-inkjesta u dan [...]

Joseph, l-alla ċkejken tan-Nadur

By
2020-06-03T13:27:04+02:00Wed, 3rd Jun '20, 12:06|

Fil-gżejjer Vanuatu hemm tribù li tqim lil Philip Mountbatten-Windsor, id-Duka ta' Edinburgh. Din il-qima, l-antropologi jsejjħulha cargo cult. Il-leġġendi antiki li jemmnu fihom l-abitanti kienu twaħħdu mal-protokoll rjali li kienu mdorrijin isegwu b'għajnejhom kull meta xi membru tal-familja rjali kien iżur dawn il-gżejjer, li fis-snin 50 u 70 kienu magħrufin bħala New Hebrides. Il-kap tal-abitanti, [...]

Ftaħar u ħaraq l-inċens quddiem ix-xbieha tiegħu stess

By
2020-06-02T11:17:28+02:00Tue, 2nd Jun '20, 10:31|

Robert Abela qed jitgerbeb f'ilsienu. U issa li hu l-prim ministru, ftit huma dawk li qed jittantaw iwaqqfuh milli jibqa' jtaqtaq. Kull darba li jiġi mħabbar li bi ħsiebu jindirizza lin-nazzjon, in-nies tibda' tgorr minn taħt l-ilsien. U qabel jixgħalu sett tat-televiżjoni, n-nies tistenna' 7 minuti mill-ħin li fih suppost għandu jibda' jitħaddet għaliex issa [...]

Erħilu l-Facebook, Clint. Aħjar tiffanga fil-kannelloni

By
2020-06-02T16:26:30+02:00Tue, 2nd Jun '20, 09:00|

Mingħajr ma rridu, l-kannelloni ifakkruna fl-ikel Taljan. Iżda l-istorja li ġejja dwar il-kannelloni hi marbuta mal-gżira ta' Għawdex. Il-kitba li tidher hawn taħt, ittellgħet fil-Facebook minn uffiċjal għoli li jaħdem mal-ministru Anton Refalo. Kevin Mompalao lil Yorgen Fenech m'għadux iniżżlu. U kien beda' jeħillu fi ġriżmejh minn meta rriżulta li dan in-negozjant għani, li jinsab [...]

M’għandux il-ħila jżomm iebes

By
2020-06-01T10:40:03+02:00Mon, 1st Jun '20, 07:14|

Il-bieraħ rajna b'għajnejna lil Robert Abela bin-nuqqas ta' esperjenza tiegħu, bin-nuqqas ta' fiduċja li għandu fih innifsu u bil-populiżmu kollu tiegħu. In-nuqqas ta' esperjenza ntweriet mill-fatt li dan mingħalih li qed jiggverna għal dawk li jagħmlulu l-ilmenti. L-istejjer li rrakkonta l-bieraħ dwar xi ħadd li weħel multa talli resaq viċin wisq lejn vann tal-ħaxix jew [...]

Go to Top