AĠĠORNATA: L-inkjesta tal-VGH: rapporti ta’ rejds mill-Pulizija

By
2021-09-11T18:00:52+02:00Sat, 11th Sep '21, 01:39|

Aġġornata: 10:45 am bit-tweġiba ta' Kevin Deguara Ninsab infurmat li l-Pulizija għamlu rejd fl-uffiċċji u fir-residenza tal-avukat Kevin Deguara, wieħed mis-sħab ta' DF advocates kif ukoll wieħed mill-azzjonisti tal-proġett Shoreline fi Smart City. Hu mifhum li dawn ir-rejds saru b'rabta mal-investigazzjonijiet u mal-inkjesta maġisterjali li qed iseħħu bħalissa dwar allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u ta' reati [...]

Il-partiti politiċi wkoll għandhom ikunu l-bidla

By
2021-09-10T18:40:25+02:00Fri, 10th Sep '21, 14:15|

Il-klabbijiet tal-futbol ma jistgħux jiddejnu. L-NGOs huma obbligati jagħtu rendikont lir-regolatur ta' kull ewro li jdaħħlu u li jonfqu. Kull min iħaddem huwa obbligat b'liġi li jnaqqas dak li huwa dovut bħala taxxa mis-salarju tal-impjegati. Kien il-Parlament li għadda dawn il-liġijiet. U huma l-membri parlamentari li jifformaw parti mill-partiti politiċi. U huma l-partiti politiċi li [...]

 Fornitur tal-logħob tal-każinò “jissospendi” s-servizzi lit-Tumas Group

By
2021-09-08T20:28:01+02:00Wed, 8th Sep '21, 08:52|

  Fornitur ewlieni ta’ slot machines u ta' logħob tal-kasinò Novomatic “issospenda" s-servizzi mogħtija lis-swali tal-logħob Portomaso u Oracle tat-Tumas Group wara li qorti ddeċidiet li Yorgen Fenech u uffiċjali għolja oħra tat-Tumas Group għandhom iwieġbu għal akkużi li użaw is-swali tagħhom għall-ħasil tal-flus. Sorsi fit-Tumas Group qaluli li Novomatic, kumpannija bażata fl-Awstrija, informat it-Tumas [...]

Myriam Spiteri Debono tagħmel sejħa favur fidwa nazzjonali wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

By
2021-09-07T15:33:50+02:00Tue, 7th Sep '21, 14:50|

Il-bieraħ in-Nutar Myriam Spiteri Debono għamlet diskors quddiem il-mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-anniversarju ta' tmiem tal-assedju tal-1565 . Myriam Spiteri Debono hi l-unika mara li qatt serviet bħala Speaker tal-Parlament Malti u hi veterana tal-Partit Laburista. Id-diskors tagħha ma ġiex imxandar mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. Hi għalqet id-diskors tagħha b'sensiela ta' riferenzi għal Daphne Caruana [...]

AĠĠORNAT: M ma kinitx ikkwotat is-sors tagħha

By
2021-09-08T11:44:45+02:00Tue, 7th Sep '21, 14:13|

Aġġornat fis-14:20 Simon Mercieca mingħalih li qabad lil Jason Azzopardi jikkopja l-kliem ta’ M, karattru fil-films ta’ James Bond. Fil-film Skyfall (2012), M tkun qed tixgħed quddiem kumitat parlamentari ostili u, b’mod drammatiku, l-attriċi Dame Judi Dench tlissen versi li Simon Mercieca sab f’diskors li kien għamel Jason Azzopardi waqt konferenza tal-Partit xi 5 snin ilu. [...]

Lejlet elezzjoni l-kalkoli politiċi jieħdu prijorità

By
2021-09-08T07:26:52+02:00Tue, 7th Sep '21, 09:25|

Aħfruli jekk ninstema' qisni diska bil-labra mwaħħla, imma ma nistax nagħmel mod ieħor. M'għandix dubju li l-President George Vella tassew jixtieq li l-pajjiż jibda proċess ta' fejqan wara t-trawma li ġab miegħu l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Iżda jidher li l-President qed jagħmel il-pressjoni tiegħu fuq dik is-sezzjoni żgħira tal-poplu li jaf li huma lesti [...]

Il-President għandu l-ħila li jgħaqqad permezz tal-imġieba tiegħu

By
2021-09-07T07:09:26+02:00Mon, 6th Sep '21, 10:40|

Fost affarijiet oħra, l-President George Vella qiegħed pubblikament iċanfar lil dawk li jikkritikawh għax, skont kif hu qiegħed kliemu, qed ixerrdu “l-impressjoni falza” li l-biċċa l-kbira ta' dawk li għandhom kariga pubblika huma korrotti, b'xi mod jinsabu mimsusin u qed jaħdmu b'risq ċerti interessi moħbijin. Il-President espriema l-appoġġ tiegħu għal kull min għandu kariga pubblika [...]

Jidher li Josè Herrera ħasibna boloh

By
2021-09-06T16:06:10+02:00Mon, 6th Sep '21, 10:40|

Josè Herrera ħabbar li ser jonfoq Eur200,000 f'attivitajiet kulturali fil-Marsa. Ħejja nasba li mingħalih li konna ser naqgħu fiha. Ħaseb li konna ser nixluh li qed juża l-flus allokati lill-Ministeru tiegħu biex jidher ħelu mal-kostitwenti. Għaliex li kieku kellna nixluh b'dan, kien jinqeda bina biex iwassal messaġġ lill-kostitwenti li dawn jaqblilhom jerġgħu jivvutawlu jekk iridu [...]

John Dalli ser jitressaq il-Qorti mixli b’korruzzjoni marbuta mal-iskandlu tat-tixħim dwar it-tabakk li seħħ 9 snin ilu

By
2021-09-06T11:29:13+02:00Mon, 6th Sep '21, 10:15|

L-eks Kummissarju Ewropew John Dalli, li fl-2012 kien ġie mġiegħel jirriżenja mill-kariga wara li kienet inbdiet investigazzjoni tal-OLAF dwar allegazzjonijiet li galoppin ta' John Dalli kien talab il-ħlas baxx baxx ta' €60 miljun mingħand kumpannija Svediża, fil-ġranet li ġejjin ser jitressaq il-Qorti biex iwieġeb għal akkużi li ser isiru kontrih. Dan il-każ ta' John Dalli [...]

AĠĠORNATA: Il-kampanja ta’ qerq online terġa’ tqajjem rasha

By
2021-09-06T16:30:14+02:00Mon, 6th Sep '21, 09:51|

Aġġornata bil-kummenti tal-President tal-IĠM Matthew Xuereb. (10:36) Emails mibgħutin lil xi mezzi tax-xandir il-lejl li għadda, taparsi mibgħuta mill-kont tal-email ġeneriku ta’ Lovin’ Malta, jinkludu links li jwasslu għal website falz ta’ Lovin' Malta li fih wieħed għandu jsib artiklu li jipprova jiskredita lid-Deputat tal-Oppożizzjoni u l-avukat parte civile tal-familja Caruana Galizia, Jason Azzopardi. Din [...]

Baqa’ jċiċċi b’idejh fuq żaqqu

By
2021-09-03T20:28:39+02:00Fri, 3rd Sep '21, 11:32|

M'hemmx għami akbar minn dak li ma jkunx irid jara. Bħala gvernatur tal-Bank Ċentrali, xogħol Edward Scicluna jikkonsisti fit-tbassir tax-xejriet ekonomiċi u fit-teħid ta' passi bil-għan li l-ekonomija tibqa' timraħ fil-wiċċ u ma tegħriqx. Ikun jeħtieġ li jmexxi bank li jkollu l-fiduċja tal-banek. Huwa l-għassies tal-ġid ta' pajjiżna. Xogħlu hu li jagħmel riklam tajjeb lill-pajjiż. [...]

Għal darb’oħra jkollna ngħidu li Daphne kellha raġun

By
2021-09-03T20:36:02+02:00Thu, 2nd Sep '21, 14:15|

Ngħidha bla tlaqliq. Forsi iva, kieku kienet għadha ħajja, kien ikollha ġustifikazzjoni totali. Iżda r-raġun la ser igħin lilha u lanqas lil qrabatha għat-telfa li se jibqgħu jsofru għal għomorhom. Tifkira żgħira li #DaphneWasRight 🌿 @occupyjusticema @Manwel_Delia pic.twitter.com/xK5ktvhRz8 — repubblika 🇲🇹 #JusticeForDaphne 🌿 (@repubblikaMT) September 2, 2021 Inxebbagħ lil bosta persuni maċ-ċagħaq. L-ilma jilħaqhom, ixarrabhom, [...]

Jidher li Ali Sadr mhux ser iċedi kif ġieb u leħaq dwar il-Pilatus Bank

By
2021-09-02T15:56:47+02:00Thu, 2nd Sep '21, 11:57|

Sayed Ali Sadr Hashemi Nejad, permezz tal-kumpannija Alpene Limited irreġistrata f'Hong Kong, għadu kemm għamel ilment kontra Malta fl-International Centre for the Settlement of Investment Disputes tal-Bank Dinji. L-ilment, li ġie preżentat f'Lulju li għadda, jgħid li Pilatus Bank itteħidlu minn taħt idejħ b'mod abbużiv u dan wara li kien ġie mixli fl-Istati Uniti talli [...]

Id-deċiżjoni dwar il-Pilatus Bank għandha twassal għal 10 konklużjonijiet

By
2021-09-02T09:39:46+02:00Wed, 1st Sep '21, 11:27|

Tal-FIAU għadhom kemm waħħlu multa rekord ta' ftit anqas minn €5 miljuni lil Pilatus Bank plc talli dan il-Bank intuża biex jaħsel flus maħmuġin u bħala għodda għall-iffinanzjar tat-terroriżmu. Ippermettuli li nagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin. 1. Damu 3 snin sħaħ biex jikkonfermaw dak li kien minn ewl id-dinja mill-bidu nett Il-multa li weħel il-Bank kienet [...]

Go to Top