Byron Camilleri għandu jwarrab
Issa li l-prosekuturi fetħu kawża kontra gwardjani tal-ħabs dwar il-mewt ta' priġuniera li seħħet taħt għajnejhom, tfeġġ il-kwistjoni dwar min għandu jerfa' r-responsabbiltà politika. F'dan pajjiżna bħallikieku ngħixu kuljum maħkumin mid-deni tal-elezzjoni. Saħansitra anki sa erba' snin qabel elezzjoni, l-gvern tant ikun imwerwer li ser jitlef xi vot li lanqas biss jazzarda jammetti li wieħed [...]
Ir-rappreżentanta tagħna fi New York
Issejaħlu multi-tasking. Imma fil-fatt, l-Ambaxxatriċi Maltija f'New York, Vanessa Frazier, fuq l-Instagram tagħha qed turi d-disprezz tagħha lejn l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Xebgħet tisma', qagħdet issegwi l-futbol fuq il-mobajl u ħalliet l-ambaxxaturi tad-dinja jreddnu hi u tinjorahom. Kif jgħid il-Malti: din fiha u ma fihiex. Imma mbagħad wriet id-disprezz tagħha mal-kumplament tad-dinja lejn id-dmirijiet tagħha. [...]
Illejla: Velja għall-Verità u l-Ġustizzja
Il-passi kbar 'il quddiem li għamilna għandhom iqawwulna qalbna biex inkomplu fit-triq minkejja t-tentazzjoni li tħajjarna nieqfu. Fadlilna wisq x'nitgħallmu u għadha 'l bogħod wisq il-ġustizzja. U l-ġustizzja mhix ser iseħħ jekk noqogħdu b'idejna fuq żaqqna. Il-velja tal-lejla fis-7pm fil-misraħ tal-Assedju l-Kbir il-Belt Valletta hi sejħa oħra għat-twettiq tal-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia. Ma nserrħux [...]
AĠĠORNATA: L-inkjesta tal-VGH: rapporti ta’ rejds mill-Pulizija
Aġġornata: 10:45 am bit-tweġiba ta' Kevin Deguara Ninsab infurmat li l-Pulizija għamlu rejd fl-uffiċċji u fir-residenza tal-avukat Kevin Deguara, wieħed mis-sħab ta' DF advocates kif ukoll wieħed mill-azzjonisti tal-proġett Shoreline fi Smart City. Hu mifhum li dawn ir-rejds saru b'rabta mal-investigazzjonijiet u mal-inkjesta maġisterjali li qed iseħħu bħalissa dwar allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u ta' reati [...]
Il-partiti politiċi wkoll għandhom ikunu l-bidla
Il-klabbijiet tal-futbol ma jistgħux jiddejnu. L-NGOs huma obbligati jagħtu rendikont lir-regolatur ta' kull ewro li jdaħħlu u li jonfqu. Kull min iħaddem huwa obbligat b'liġi li jnaqqas dak li huwa dovut bħala taxxa mis-salarju tal-impjegati. Kien il-Parlament li għadda dawn il-liġijiet. U huma l-membri parlamentari li jifformaw parti mill-partiti politiċi. U huma l-partiti politiċi li [...]
Fornitur tal-logħob tal-każinò “jissospendi” s-servizzi lit-Tumas Group
Fornitur ewlieni ta’ slot machines u ta' logħob tal-kasinò Novomatic “issospenda" s-servizzi mogħtija lis-swali tal-logħob Portomaso u Oracle tat-Tumas Group wara li qorti ddeċidiet li Yorgen Fenech u uffiċjali għolja oħra tat-Tumas Group għandhom iwieġbu għal akkużi li użaw is-swali tagħhom għall-ħasil tal-flus. Sorsi fit-Tumas Group qaluli li Novomatic, kumpannija bażata fl-Awstrija, informat it-Tumas [...]
Myriam Spiteri Debono tagħmel sejħa favur fidwa nazzjonali wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia
Il-bieraħ in-Nutar Myriam Spiteri Debono għamlet diskors quddiem il-mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-anniversarju ta' tmiem tal-assedju tal-1565 . Myriam Spiteri Debono hi l-unika mara li qatt serviet bħala Speaker tal-Parlament Malti u hi veterana tal-Partit Laburista. Id-diskors tagħha ma ġiex imxandar mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. Hi għalqet id-diskors tagħha b'sensiela ta' riferenzi għal Daphne Caruana [...]
AĠĠORNAT: M ma kinitx ikkwotat is-sors tagħha
Aġġornat fis-14:20 Simon Mercieca mingħalih li qabad lil Jason Azzopardi jikkopja l-kliem ta’ M, karattru fil-films ta’ James Bond. Fil-film Skyfall (2012), M tkun qed tixgħed quddiem kumitat parlamentari ostili u, b’mod drammatiku, l-attriċi Dame Judi Dench tlissen versi li Simon Mercieca sab f’diskors li kien għamel Jason Azzopardi waqt konferenza tal-Partit xi 5 snin ilu. [...]
Lejlet elezzjoni l-kalkoli politiċi jieħdu prijorità
Aħfruli jekk ninstema' qisni diska bil-labra mwaħħla, imma ma nistax nagħmel mod ieħor. M'għandix dubju li l-President George Vella tassew jixtieq li l-pajjiż jibda proċess ta' fejqan wara t-trawma li ġab miegħu l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Iżda jidher li l-President qed jagħmel il-pressjoni tiegħu fuq dik is-sezzjoni żgħira tal-poplu li jaf li huma lesti [...]
Il-President għandu l-ħila li jgħaqqad permezz tal-imġieba tiegħu
Fost affarijiet oħra, l-President George Vella qiegħed pubblikament iċanfar lil dawk li jikkritikawh għax, skont kif hu qiegħed kliemu, qed ixerrdu “l-impressjoni falza” li l-biċċa l-kbira ta' dawk li għandhom kariga pubblika huma korrotti, b'xi mod jinsabu mimsusin u qed jaħdmu b'risq ċerti interessi moħbijin. Il-President espriema l-appoġġ tiegħu għal kull min għandu kariga pubblika [...]
Jidher li Josè Herrera ħasibna boloh
Josè Herrera ħabbar li ser jonfoq Eur200,000 f'attivitajiet kulturali fil-Marsa. Ħejja nasba li mingħalih li konna ser naqgħu fiha. Ħaseb li konna ser nixluh li qed juża l-flus allokati lill-Ministeru tiegħu biex jidher ħelu mal-kostitwenti. Għaliex li kieku kellna nixluh b'dan, kien jinqeda bina biex iwassal messaġġ lill-kostitwenti li dawn jaqblilhom jerġgħu jivvutawlu jekk iridu [...]
John Dalli ser jitressaq il-Qorti mixli b’korruzzjoni marbuta mal-iskandlu tat-tixħim dwar it-tabakk li seħħ 9 snin ilu
L-eks Kummissarju Ewropew John Dalli, li fl-2012 kien ġie mġiegħel jirriżenja mill-kariga wara li kienet inbdiet investigazzjoni tal-OLAF dwar allegazzjonijiet li galoppin ta' John Dalli kien talab il-ħlas baxx baxx ta' €60 miljun mingħand kumpannija Svediża, fil-ġranet li ġejjin ser jitressaq il-Qorti biex iwieġeb għal akkużi li ser isiru kontrih. Dan il-każ ta' John Dalli [...]
AĠĠORNATA: Il-kampanja ta’ qerq online terġa’ tqajjem rasha
Aġġornata bil-kummenti tal-President tal-IĠM Matthew Xuereb. (10:36) Emails mibgħutin lil xi mezzi tax-xandir il-lejl li għadda, taparsi mibgħuta mill-kont tal-email ġeneriku ta’ Lovin’ Malta, jinkludu links li jwasslu għal website falz ta’ Lovin' Malta li fih wieħed għandu jsib artiklu li jipprova jiskredita lid-Deputat tal-Oppożizzjoni u l-avukat parte civile tal-familja Caruana Galizia, Jason Azzopardi. Din [...]
Baqa’ jċiċċi b’idejh fuq żaqqu
M'hemmx għami akbar minn dak li ma jkunx irid jara. Bħala gvernatur tal-Bank Ċentrali, xogħol Edward Scicluna jikkonsisti fit-tbassir tax-xejriet ekonomiċi u fit-teħid ta' passi bil-għan li l-ekonomija tibqa' timraħ fil-wiċċ u ma tegħriqx. Ikun jeħtieġ li jmexxi bank li jkollu l-fiduċja tal-banek. Huwa l-għassies tal-ġid ta' pajjiżna. Xogħlu hu li jagħmel riklam tajjeb lill-pajjiż. [...]
Għal darb’oħra jkollna ngħidu li Daphne kellha raġun
Ngħidha bla tlaqliq. Forsi iva, kieku kienet għadha ħajja, kien ikollha ġustifikazzjoni totali. Iżda r-raġun la ser igħin lilha u lanqas lil qrabatha għat-telfa li se jibqgħu jsofru għal għomorhom. Tifkira żgħira li #DaphneWasRight 🌿 @occupyjusticema @Manwel_Delia pic.twitter.com/xK5ktvhRz8 — repubblika 🇲🇹 #JusticeForDaphne 🌿 (@repubblikaMT) September 2, 2021 Inxebbagħ lil bosta persuni maċ-ċagħaq. L-ilma jilħaqhom, ixarrabhom, [...]
Jidher li Ali Sadr mhux ser iċedi kif ġieb u leħaq dwar il-Pilatus Bank
Sayed Ali Sadr Hashemi Nejad, permezz tal-kumpannija Alpene Limited irreġistrata f'Hong Kong, għadu kemm għamel ilment kontra Malta fl-International Centre for the Settlement of Investment Disputes tal-Bank Dinji. L-ilment, li ġie preżentat f'Lulju li għadda, jgħid li Pilatus Bank itteħidlu minn taħt idejħ b'mod abbużiv u dan wara li kien ġie mixli fl-Istati Uniti talli [...]
Id-deċiżjoni dwar il-Pilatus Bank għandha twassal għal 10 konklużjonijiet
Tal-FIAU għadhom kemm waħħlu multa rekord ta' ftit anqas minn €5 miljuni lil Pilatus Bank plc talli dan il-Bank intuża biex jaħsel flus maħmuġin u bħala għodda għall-iffinanzjar tat-terroriżmu. Ippermettuli li nagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin. 1. Damu 3 snin sħaħ biex jikkonfermaw dak li kien minn ewl id-dinja mill-bidu nett Il-multa li weħel il-Bank kienet [...]
Dawn in-nies inġabru biex jiġġieldu għad-dritt tiegħek li tkun infurmat
Dawn ir-ritratti nġibdu l-bieraħ waqt id-dimostrazzjoni ta' solidarjetà minn Darrin Zammit Lupi.
Magħqudin flimkien, ngħelbu l-biża’
Nixtieq nirringrazzja mill-qalb lil kull min f'dawn l-aħħar ġranet bgħatli messaġġi ta' appoġġ u ta' solidarjetà. Kont taħt pressjoni kbira u kont appik wasalt biex inċedi l-armi. L-intimidazzjoni taf tkissrek. Ma nistax ma nroddx ħajr ukoll lill-ġurnalisti sħabi u lill-mexxejja ta' diversi mezzi tax-xandir li offrewli l-għajnuna kollha tagħhom u ma qagħdux jistennaw sakemm ikun [...]