Euronews jintervista lil Maria Efimova

By
2018-06-01T06:43:57+02:00Wed, 30th May '18, 16:08|

Il-bieraħ Maria Efimova tkellmet f'konferenza tal-whistleblowers u ġiet intervistata mill-Euronews. Ara l-intervista hawn. "Lil dawn in-nies, li jħossuhom tant b'saħħithom u li tant huma sinjuri li jidhrilhom li jistgħu jagħmlu li jridu, rrid nurihom li dan m'huwiex il-każ. Hemm Alla li qiegħed hemm  biex jiġġuduikahom. Alla m'huwiex se jiġi hu stess fid-dinja biex jikkastiga li [...]

Manuel Mallia iqum bil-wieqfa fil-Parlament biex jagħmel skrutinju fuq ix-xogħol ta’ Manuel Mallia

By
2018-06-01T06:42:07+02:00Wed, 30th May '18, 07:36|

Din korruzzjoni wkoll. Mhix korruzzjoni fis-sens ta' tixħim. Iżda hi korruzzjoni li bis-saħħa tagħha jiġu mminati l-istituzzjonijiet, fejn il-kontrolli jinġiebu fix-xejn u fejn il-gvern tant ikun firex is-swaba tiegħu li wieħed kważi lanqas jibda' jinduna. Nhar it-Tnejn li għadda ma kienx biss b'kumbinazzjoni li d-Deputati tal-Oppożizzjoni Claudette Buttigieg u Marthese Portelli ġibdu l-attenzjoni li Manuel [...]

Korruzzjoni minn Kastilja: Keith Schembri jingħata 5,000 metru kwadru ta’ art pubblika lejlet l-elezzjoni tal-2017

By
2018-06-01T06:40:31+02:00Tue, 29th May '18, 21:26|

Kumpannija li s-sid tagħha huwa ċ-chief of staff tal-prim ministru Keith Schembri ngħatat żewġ biċċiet art imdaqqsin fil-Qasam Industrijali ta' Bulebel ftit jiem biss qabel il-prim ministru Joseph Muscat sejjaħ elezzjoni fl-2017. L-artijiet ingħataw b'ċens għal 65 sena b'seħħ mill-1 ta' Marzu 2017. Waħda mill-biċċiet ta' art għandha daqs ta' 2,475 metru kwadru. L-għotja saret [...]

Niġbru d-dejta … Malta style

By
2018-10-31T12:31:48+01:00Sat, 26th May '18, 08:43|

MTV Malta 2013 Kurt Farrugia qal li l-istorja tiegħi dwar app li ħarġet fl-2015 fuq il-Facebook kienet "kompletament finta".  Naturalment, l-app kienet teżisti verament.  U d-dejta mingħand dawk li jużawha ġabruha.  Imma Kurt Farrugia kompla jitfa' r-rappurtaġġ tiegħi fil-barmil tal-'istejjer ivvintati'.  Aħna mistennijin nemmnu li l-gvern ma nqediex b'din id-dejta għall-kampanja tiegħu, li [...]

Akkomodazzjoni soċjali: il-prezz huwa ġust?

By
2018-05-29T21:27:08+02:00Fri, 25th May '18, 10:03|

Forsi jkun aħjar kieku bħala regola ġenerali l-proċess ta' awditjar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) jibda jsir qabel proġett jiġi kkummissjonat aktar milli 7 snin wara li jitlesta.  Ilbieraħ ikkummentajt fuq ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq il-Mater Dei, li prinċipalment sab li m'hemmx biżżejjed dokumentazzjoni biex ikun stabbilit jekk l-affarijiet sarux kif suppost. Issa għandna quddiemna proġett [...]

Diġà?

By
2018-05-29T21:28:17+02:00Fri, 25th May '18, 08:45|

Jidher li l-Funtana tat-Tritoni diġà għandha bżonn il-manutenzjoni. Il-funtana kienet inawgurata mill-ġdid b'pompa kbira (kif xieraq) ftit ġimgħat biss ilu. Imma issa jidher li għandha xi tip ta' problema. Forsi r-raġel għarwien ta' ġol-gabarrè nesa xi ħaġa warajh?

Il-gvern liberali, sekulari u riformista tiegħek għadu kif nefaq €32,000 fuq kuruni tar-rużarju, bagħathom Ruma bl-ajru biex jitbierku u ġabhom lura biex iqassamhom bħala għotjiet tal-istat

By
2018-05-29T21:26:04+02:00Thu, 24th May '18, 19:45|

Imma possibbli min joħroġ b'dawn l-ideat? Il-Ministru Michael Falzon, id-dilettant tal-logħob tan-nar li l-karriera politika tiegħu b'xi mod irnexxielha tiskansaha mill-iskandlu ta' Gaffarena, illum qal lid-Deputat Karol Aquilina li 2,000 anzjan residenti fl-istituzzjonijiet ġerjatriċi tal-istat issa huma kburin li saru sidien ta' kuruni tar-rużarju mbierka mill-Papa nnifsu. Falzon kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari f'isem l-assistent [...]

Il-Bank Pilatus twaqqaf bis-saħħa ta’ flus miksuba mill-kriminalità – Kap Prosekutur Amerikan

By
2018-05-29T21:25:02+02:00Thu, 24th May '18, 10:32|

Il-Kap Prosekutur Amerikan li qed imexxi l-każ kontra Ali Sadr li jinsab mixli b'numru ta' akkużi fosthom frodi bankarja u ksur ta' sanzjonijiet qal lill-Qorti Federali Amerikana li kull kapital jew sehem li Ali Sadr għad għandu fil-Bank Pilatus tilef kull dritt għalih għax il-bank twaqqaf bis-saħħa ta' flus miksuba mill-kriminalità. Din hija l-aktar stqarrija [...]

Il-Euronews u l-European Business Society jagħtu l-“Contribution to Society Award” ad unur Daphne Caruana Galizia

By
2018-05-29T21:23:09+02:00Wed, 23rd May '18, 22:29|

Waqt iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-European Leadership Awards li saret illejla fi Brussell, il-Euronews u l-European Business Society ippreżentaw unur speċjali għall-Kontribut lis-Soċjetà lill-familja ta' Daphne Caruana Galizia. Dan l-unur jippremja l-ħidma tagħha fil-qasam tal-ġurnaliżmu investigattiv.   Ulied Daphne Caruana Galizia, Matthew u Andrew, irċivew l-unur mingħand il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani. "Huwa inaċċettabbli li ġurnalist jiġi [...]

Stqarrija ta’ manueldelia.com

By
2018-05-20T20:42:10+02:00Sun, 20th May '18, 17:06|

Din l-istqarrija kienet ippubblikata għall-ewwel darba fuq il-paġna Facebook tiegħek meta dan is-sit ma kienx aċċessibbli. manueldelia.com għada ma tistax tinqara minn ħafna minn dawk li qed jipprova jidħlu fiha. Dan minħabba attakk DdoS qawwi fuq fronti differenti fuq is-servers li tuża l-website. Dan hu t-tieni waqfien din il-ġimgħa u l-itwal wieħed fis-sena li ilu jeżisti [...]

Bħallikieku ma sofrewx biżżejjed

By
2018-05-20T20:39:04+02:00Sat, 19th May '18, 14:52|

X'aktarx bl-eċċezzjoni ta' erba' boloħ, kulħadd ħass sens ta' rabja, sogħba u niket wara li seħħ l-attakk insensat li wettaq ċakkar ixxellerat fuq kuntistabbli tal-pulizija. Iżda, fost din l-unanimità rari, xorta waħda għandek ssib nies ċiniċi li jaħtfu kull opportunità biex jużaw dan l-inċident vili għall-vantaġġ politiku tagħhom. Dawk li dalgħodu imxew fit-toroq tal-Belt Valletta [...]

Jeffrey jinsab trankwill

By
2018-05-20T20:44:54+02:00Fri, 18th May '18, 20:52|

Għandi rasi verament mistrieħa issa li rriżulta li ħadd ma kien poġġa pakkett suspettuż fuq l-għatba tad-dar ta' Jeffrey Pullicino Orlando. Tal-waħx li kieku ġara' hekk. U jiddispjaċini li spiċċa ħa qata' nobis. In-nies m'għandhomx jarmu ż-żibel tagħhom fejn ġie ġie. Nittama li jinsab tajjeb u li issa jista' jorqod trankwill. U nittama li fil-ġejjieni [...]

Ali Sadr lill-qorti Amerikana jgħidilha li għandu b’kemm jiswew $12.9 miljun f’ishma fil-Pilatus Bank. Igħid li qed jistenna li jieħu lura xi ftit minnhom.

By
2018-05-20T20:40:51+02:00Fri, 18th May '18, 05:02|

L-avukati ta' Ali Sadr qalu lill-qorti Amerikana li, jekk jingħata l-libertà proviżorja, l-klijent tagħhom kien lest li jagħmel pleġġ ta' 20 miljun dollaru Amerikan bħala garanzija li jidher fil-qorti meta jissejjaħ biex igħaddi ġuri. L-avukati spjegaw li parti mill-pleġġ ikun garantit mill-ġid personali tiegħu li jammonta għal 24 miljun dollaru li nofshom jikkonsistu f'ishma fil-Pilatus [...]

Bħalissa għaddejja kampanja ko-ordinata biex iġġiegħel lill-Facebook tqis lil dan l-artiklu bħala spam. Qis li taqrah.

By
2018-05-18T20:09:47+02:00Thu, 17th May '18, 21:55|

L-artiklu inkiteb minn Ranier Fsadni u xxandar fit-Times of Malta dalgħodu. Bħas-soltu, l-artiklu ta' dan l-awtur huwa miktub b'mod ċar u konvinċenti. Bosta kienu dawk li qiegħdu l-artiklu fil-Facebook iżda ftit wara tneħħa wara li l-Facebook irċeviet ilmenti li dan l-artiklu huwa spam. Qed niġġieldu battalja anki biex inkomplu nsiru nafu aktar. Jekk għadek ma [...]

Pulizija ferut? Ejjew inwaħħlu fl-attivisti.

By
2018-05-18T20:13:08+02:00Thu, 17th May '18, 21:25|

Bħalissa membri tal-familja ta' kuntistabbli tal-pulizija għaddejja minn kalvarju. Waqt li kien qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu, żagħżugħ ipprova joqtlu. Suppost għandi ngħid li allegatament ipprova joqtlu, iżda l-arrest u taħrika tiegħu fil-Qorti - għalkemm ma jnaqqas xejn mill-preżunzjoni tal-innoċenza - jammontaw għal suspett raġjonevoli. Aħna u nistennew li jintemm il-proċess kriminali, diġa' nistgħu naraw x'ġara' [...]

Aħfrulna li sparixxejna

By
2018-05-17T19:31:41+02:00Thu, 17th May '18, 07:23|

Din il-website ma kinetx qed taħdem għal kważi 15-il siegħa wara dak li jissejjaħ DDoS attack, att ta' sabutaġġ. Skont ma qaluli l-inġiniera ta' din il-website, l-attakk kien sforz kbir mhux ħażin, sforz bla ħniena, wieħed ippjanat sew u ffukat biex lil din il-website iżommha ma taħdimx kemm jista' jkun fit-tul. Mhux kumbinazzjoni li min [...]

Il-liġi ta’ Martin

By
2018-05-17T21:36:41+02:00Wed, 16th May '18, 13:19|

Ma naqbilx ma' min igħid li dan kollu għax Martin Scicluna inzerta li huwa anzjan, allura għandna nagħlqu għajn waħda u niskużaw xi ftit il-ħsibijiet li jmexxu kitbietu. Jidhrili li ġaladarba l-ipokresiji tiegħu jiktibhom, jitħoqqlu li jiġi mwieġeb. Mhuwiex rilevanti l-fatt li kien hemm żmien fl-imgħoddi meta kien isejjes argument fuq ħsibijiet loġiċi u meta [...]

Min hu sid 17 Black, Prim Ministru?

By
2018-05-16T12:17:02+02:00Wed, 16th May '18, 06:45|

Stqarrija minn #occupyjustice: Sbatax il-mara ilkoll libsin l-iswed telgħu t-taraġ ta' Kastilja, l-uffiċċju tal-Prim Ministru ta' Malta, b'kartelluni f'idejhom bil-kliem “Who Owns 17 Black?” u dan biex jitfakkar is-seba' xahar mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-protesta, organizzata minn attivisti ta' #Occupyjustice, kienet dwar il-kumpannija misterjuża li kienet qegħda tħallas €126,000 fix-xaħar fil-kontijiet tal-kumpanniji sigrieti fil-Panama [...]

Impunità

By
2018-05-15T14:48:46+02:00Tue, 15th May '18, 09:50|

Joseph Muscat u l-klikka tiegħu qed jistaħbew wara l-inkjesti maġisterjali biex jassiguraw lid-dinja li l-allegazzjonijiet dwar reati kriminali li huma involuti fihom qed jiġu investigati u li jekk jinstab li saret xi ħaġa ħażina, jittieħdu l-passi meħtieġa. Din mhi xejn ħlief gidba. F'Malta l-maġistrati ma jagħmlux xogħol il-pulizija. Mhumiex detectives. Ma jinvestigawx reati kriminali. U [...]

Araw kif għandhom ikunu protetti l-whistleblowers

By
2018-05-15T14:44:32+02:00Tue, 15th May '18, 07:36|

Il-Gvern ta' South Australia qed itejjeb il-liġijiet li jħarsu l-whistleblowers biex jipproteġi uffiċjali pubbliċi minn kull tip ta' konsegwenza meta dawn jiddeċiedu li joħorġu informazzjoni li jkollhom fil-pubbliku jekk ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni wara li l-ewwel ikunu ressqu lment internament. Jiġifieri, fi ftit kliem, jekk impjegat tal-istat ikun jaf b'xi ħaġa li tkun saret [...]

Go to Top