Jinqala’ għall-Karlati

By
2018-09-11T23:17:07+02:00Fri, 31st Aug '18, 16:25|

Lil Karl Stagno Navarra minn dejjem niftakru bħala bniedem midjun li kien ikollu ruxxmata kredituri fferoċjati jiġru warajh għall-ħlas. Għalkemm huwa giddieb mill-kbar, Karl kapaċi ħafna li jurik id-debba biex imbagħad - ħelu ħelu - jqabbiżlek il-ħmara. F'din il-gżira ċkejkna ilu għomru u żmienu jgħaddi ż-żmien bin-nies u jisraqhom ħajjin fl-istess ħin. Meta sitta u [...]

17-Black: l-awtoritajiet diġà ilhom sitt xhur jafu min hu sidha. Iżda aħna ma nafux.

By
2018-09-11T23:15:26+02:00Fri, 31st Aug '18, 16:19|

L-aġenzija ta' kontra l-ħasil tal-flus tal-Latvja infurmat lil Ana Gomes li ilha sitt xhur li għaddiet infomazzjoni lill-awtoritajiet Maltin dwar il-kumpannija 17 Black. E-mails li xxandru dwar 17 Black juru li din hi waħda minn żewġ kumpanniji li kienet intrabtet li tgħaddi l-miljuni fil-kontijiet bankarji tal-kumpanniji ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi fil-Panama. U [...]

France 24: Ali Sadr u Iranjani oħra tal-isem biss

By
2018-09-11T23:18:17+02:00Fri, 31st Aug '18, 15:36|

Il-ġurnalista Denise Hassanzade Ajiri li tgħix New York xandret rapport fuq is-sit France 24 dwar "Iranjani tal-isem biss" li, bil-għan li jevitaw u jiksru s-sanzjonijiet Amerikani, jużaw il-passaporti ta' pajjiżi oħra. L-istorja li xandret tittratta dwar Ali Sadr Hasheminejad, bniedem imwieled l-Iran li xtara passaport tas-St Kitts and Nevis biex ikun jista' jinnegozja fl-Istati Uniti, [...]

Aħjar minn daqqa ta’ trakk

By
2018-08-31T09:39:07+02:00Fri, 31st Aug '18, 09:39|

Gvernijiet Laburisti m'għamlu xejn ta' barra minn hawn. Il-gvern li għandna llum żgur ma vvinta xejn ġdid. Gvernijiet Nazzjonalisti wkoll kienu jibgħatu ċekkijiet lil bosta persuni bħala rifużjoni ta' ħaġa jew oħra. M'hux daqstant importanti min jagħmel dawn l-affarijiet: din il-prattika hi waħda populista, mimlija ħela u bla skop. Illum il-Ministru tal-Finanzi ħabbar li l-gvern [...]

Dan mhuwiex xi spettaklu. Dan diżastru.

By
2018-09-11T23:21:22+02:00Fri, 31st Aug '18, 08:21|

Il-ħruq li seħħ fil-miżbla tal-Magħtab m'hi xejn ħlief diżastru. Minħabba d-dħaħen li żviluppaw, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed iwissi lin-nies biex jibqgħu f'darhom u biex iżommu t-twieqi maqfulin biex jiġi evitat kuntatt ma' dħaħen tossiċi. Nittamaw li d-dħaħen jittajjru mir-riħ għal fuq il-baħar. Jeħtieġ niftakru li fil-ġimgħat ta' qabel l-elezzjoni tal-2013, il-Partit Laburista kien għamel kruċjati [...]

Alfred Sant għandu raġun

By
2018-08-31T09:40:48+02:00Thu, 30th Aug '18, 13:37|

Ma segwejtx l-intervista oriġinali fuq Smash TV; qrajt biss dan is-sunt tagħha mxandar f'The Malta Independent. Ma nista' nsib xejn x'ingħid kontra dak li Alfred Sant ġie kkwotat illi qal. Huwa tkellem b'mod speċifiku dwar l-Oppożizzjoni Parlamentari. Jista' jaqbel jew ma jaqbilx miegħi li din m'hix l-unika istituzzjoni - li xogħolha hu li tgħasses il-ħidma [...]

Saċerdot li kien ġie kundannat talli ta fastidju lil sbatax il-tifel ingħata permess jiċċelebra l-Quddiesa mill-Knisja Maltija “f’okkażjonijiet speċjali“

By
2018-08-31T09:38:01+02:00Mon, 27th Aug '18, 16:28|

Felix Cini, saċerdat li fl-2004 kien ġie kundannat fl-Italja talli ta fastidju li 17 il-tifel u li kien inqabad mill-Pulizija jniżżel pornografija tat-tfal fil-kompjuter tiegħu, ingħata permess mill-Kurja Maltija biex jiċċelebra l-Quddiesa fil-parroċċa ta' Bormla "f'okkażjonijiet speċjali". Dawn ir-ritratti ttieħdu waqt il-Quddiesa u l-purċissjoni tal-Pentekoste ta' din is-sena li fiha Felix Cini u saċerdoti oħra [...]

Ix-xebħ bejn ix-xenati tan-nisa tal-mexxejja

By
2018-08-31T09:35:54+02:00Mon, 27th Aug '18, 14:02|

L-editorjal tat-Times of Malta tal-lum jittratta dwar ix-xebħ fil-mod kif iġibu ruħħom Michelle Muscat u Nickie Vella de Fremaux. L-editur isejjħilhom WAGs u jipparagunahom man-nisa ta' footballers professjonali li wħud minnhom huma magħrufa għall-vujtaġni tagħhom. U jikkritikahom talli jużaw il-pożizzjoni pubblika tagħhom biex iwaħħlu f'kulħadd - minflok fihom infushom - kull darba li jiżolqu fin-niexef. [...]

Din m’hi xejn ħlief storja dwar is-setgħa u dwar l-abbuż tagħha

By
2018-08-27T10:50:59+02:00Sun, 26th Aug '18, 08:33|

Sa ċertu punt, l-istorja li xandart jumejn ilu dwar is-saċerdot anzjan li ammetta li kien abbuża minn persuna taħt l-età xi snin ilu, tmur lil hinn mit-tema ġenerali li s-soltu jittratta dan il-blogg. Dan il-website inmexxieħ waħdi u mhux qed nippretendi li għandi l-ħila li nikkompeti mal-mezzi tax-xandir li għandhom il-mezzi kollha li jwasslulkom aħbarijiet [...]

Mhux bi ħsiebna nistrieħu

By
2018-08-27T10:49:59+02:00Sun, 26th Aug '18, 07:53|

Daphne Caruana Galizia bħal-lum kienet tagħlaq 54 sena. Niftakru l-kuraġġ straordinarju u l-ġurnaliżmu tagħha u m'hux bi ħsiebna nistrieħu qabel issir ġustizzja dwar l-assassinju tagħha. L-ispejjeż tad-disinn u tal-istampar ta' din il-kartolina saru minn Il-Kenniesa. Disinn: Aldo Gatt.

Reżistenza Malta: Malta midjuna ma’ Daphne Caruana Galizia

By
2018-08-26T07:47:38+02:00Sun, 26th Aug '18, 07:45|

Illum kien ikun eqħluq l-54 sena ta' Daphne Caruana Galizia. Din hi stqarrija li għamlet dalgħodu Reżistenza Malta: L-assassinju brutali ta’ Daphne Caruana Galizia seħħ wara perjodu twil ta’ demonizzazzjoni fil-konfront tagħha. Il-politiċi, ix-xandara w il-kummentaturi li ngħaqdu f’mantra sabiex ittimbrawha bħala “saħħara” lkoll ikkontribwew sabiex inħoloq atteġġjament ostili kontra tagħha. Minkejja dan hi ġġieldet il-korruzzjoni [...]

Saċerdot anzjan sospiż wara li ammetta li abbuża sesswalment minn minuri 16 il-sena ilu

By
2018-08-27T10:48:41+02:00Fri, 24th Aug '18, 18:38|

Membru anzjan tal-kleru Għawdxi, li llum huwa rtirat, ġie sospiż mill-qadi ta' dmirijietu bħala saċerdot wara li tfaċċaw allegazzjonijiet li abbuża sesswalment minn persuna taħt l-età fuq medda ta' erba' snin li ġiet fi tmiemha 16 il-sena ilu. Karistu Sultana serva bħala l-Arċipriet tax-Xagħra għal bosta snin u kien persuna rispettata ħafna mill-komunità Għawdxija. Huwa [...]

Karl Cini interrogat mill-Pulizija. Sentejn tard.

By
2018-08-24T14:06:06+02:00Fri, 24th Aug '18, 08:55|

Il-ftira kiesħa tajba. F'dak il-lejl meta Ali Sadr inkiss inkiss ħareġ mill-bieb ta' wara tal-Bank tiegħu mgħobbi b'bagalji li possibilment seta' kien fihom il-provi ta' reat kriminali, il-kummissarju tal-pulizija kien għadu kemm mela żaqqu b'ikla fenek f'ristorant, hemmhekk stess segwa lill-iskwadra favorita tiegħu tal-football fuq it-television u mar jorqod biex imbagħad l-għada filgħodu rċieva ordni [...]

L-Isqof ta’ Għawdex ihedded blogger fir-Renju Unit bi proċeduri legali

By
2018-08-24T14:05:08+02:00Thu, 23rd Aug '18, 10:15|

L-Isqof ta' Għawdex Mario Grech qabbad avukati biex ihedded blogger Kattoliku fir-Renju Unit bi proċeduri ċivili u kriminali fuq kummenti li dan għadda dwar allegazzjonijiet li kienu xxandru fl-2015 f'rapport fil-Malta Today.  Ir-rapport kien ittratta l-każ ta' qassis Għawdxi Joseph Bezzina u l-allegazzjoni li l-Isqof Mario Grech għattielu fuq allegazzjonijiet li seħħew xi abbużi fuq [...]

David Casa jikteb fl-EU Observer: tliet stadji ta’ kastigi għat-tradituri

By
2018-08-24T14:03:47+02:00Thu, 23rd Aug '18, 10:14|

Illum fuq l-EU Observer David Casa jikteb ‘dwar kif ġie attakkat minn Malta talli ddefenda s-saltna tad-dritt’ u jsemmi għal tliet stadji ta' kastigi. “Fl-ewwel stadju jsir theddid bil-kawżi fil-qorti. F'dawn l-aħħar xhur, jien ġejt mhedded pubblikament kemm mill-FIAU u mill-avukati ta' Schembri li kumbinazzjoni huma wkoll l-avukati ta' sid il-Pilatus Bank. “Fit-tieni stadju jintensifikaw [...]

L-Egrant l-oħra ta’ Raphael

By
2018-08-22T16:28:48+02:00Wed, 22nd Aug '18, 09:37|

Dalgħodu fil-Malta Today Raphael Vassallo tgħidx kemm semmieni (aktar 'l isfel issibu l-artiklu). Għallinqas kellu d-diċenza li jitfa' r-rabja tiegħu fuqi u mhux fuq il-mira preferita tal-imgħallmin tiegħu: Daphne Caruana Galizia u l-familja tagħha. Diċenza li Martin Scicluna, fl-artiklu li kiteb dalgħodu fit-Times of Malta, ma kellux. Iżda ta' min josserva li, meta jagħtu struzzjonijiet lill-portavuċijiet [...]

Aqraw kif tal-Mossack Fonseca kienu jħassru informazzjoni mill-komputer u minn telefonati biex igħattu xtur il-klijenti tagħhom

By
2018-08-20T14:25:13+02:00Mon, 20th Aug '18, 11:03|

Sar ħafna diskors dwar in-nuqqas ta' provi dwar komunikazzjoni li setgħet saret bejn tan-Nexia BT u tal-Mossack Fonseca fil-Panama dwar  sid l-Egrant.  Minn rapport dwar investigazzjonijiet li saru fl-Istat ta' Nevada fl-Istati Uniti dwar l-operat ta' Mossack Fonseca, jirriżulta li din id-ditta kienet tat struzzjonijiet lis-central computing system tagħha fil-Panama kif ukoll lill-kumpannija sussidjarja tagħha [...]

Għandna problema serja ma’ wiċċna

By
2018-08-21T08:47:56+02:00Mon, 20th Aug '18, 09:33|

Fiha u ma fihiex li Ministru tal-Finanzi jassumi r-rwol ta' promotur tal-interessi ta' Malta u jpinġi stampa sabiħa tas-sitwazzjoni. Iżda fiha meta jġib ruħu qisu bejjiegħ ta' vetturi sekondaman hu u jipprova jgħatti x-xemx bl-għarbiel. Meta Edward Scicluna kiteb lil tal-Financial Times u widdibhom talli kellhom l-ardir ixandru rapport dwar it-tħassib tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskema [...]

Matthew Caruana Galizia: Karl Cini ffalsifika dokumenti dwar Egrant

By
2018-08-20T10:35:50+02:00Sat, 18th Aug '18, 16:04|

Matthew Caruana Galizia huwa xhud ieħor li xehed fl-inkjesta Egrant li stqarr li kien ġie mwissi mill-Maġistrat Aaron Bugeja li jista' jkun hemm konsegwenzi kemm il-darba provi li għandu fil-pussess tiegħu jiġu mgħoddija lill-inkjesta. “Meta aktar minn sena ilu kont xhedt quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, huwa wissieni li ma setgħax jagħtini l-protezzjoni jekk jien ngħaddilu [...]

Jaqueline Alexander direttriċi fuq biżibilju ta’ kumpanniji

By
2018-08-20T10:40:13+02:00Sat, 18th Aug '18, 15:36|

Tinkwetawx. Mhux qed nippretendi li żżommu kollox f'moħħkom. Iżda għandkom tkunu tafu li Jaqueline Alexander, ix-xhud li stqarret li ma kinitx hi li ffirmat id-dikjarazzjonijiet tal-Egrant li identifikaw lil Michelle Muscat bħala sidt il-kumpannija, ser serviet bħala direttur  fil-kumpanniji msemmija hawn taħt. Għal kull waħda minn dawn il-kumpaniji iffirmat dokumenti li ffurmawhom, minuti tal-laqgħat, il-0kotba [...]

Go to Top