Joseph Muscat: “Nirriżenja jekk niġi mplikat fl-iskandlu 17 Black”. Mela tista’ ddabbar rasek minn issa.

By
2018-11-18T21:37:36+01:00Fri, 16th Nov '18, 13:06|

Mhux ta' b'xejn qed jaħarbu lill-ġurnalisti bħallikieku dawn għandhom il-pesta. Mhux ta' b'xejn qed jirrifjutaw li jiġi ntervistati minn ġurnalisti internazzjonali biex imbagħad bl-ardir kollu jibgħatu l-ambaxxaturi biex jilmentaw mal-imgħallmin tagħhom dwar żbilanċ fl-irrappurtat tal-istejjer. Mhux ta' b'xejn qegħdin jiksru l-liġijiet bl-addoċċ f'attentat biex iwaqqfu l-ġurnalisti milli jagħmlu dmirhom u jistaqsuhom il-mistoqsijiet. Qed jagħmlu dan [...]

Festin baxx baxx

By
2018-11-18T21:38:48+01:00Fri, 16th Nov '18, 12:18|

Robert Arrigo se jorganizza festin għall-kostitwenti f'għeluq sninu fl-1 ta' Diċembru fil-Lukanda Dolmen. Min hu dilettant ta' dawn l-okkażjonijiet, aħbar bħal din is-soltu jsibha fil-paġni ta' In-Nazzjon. Iżda din is-sena Robert Arrigo ħa deċiżjoni strateġika biex il-festin ta' għeluq sninu ma jirreklamaħx la f'In-Nazzjon u lanqas f'xi mezz ieħor tax-xandir tal-PN u min ikun irid [...]

It-TVM sar Super Two?

By
2018-11-18T21:35:52+01:00Wed, 14th Nov '18, 19:18|

Hi ġustifikata l-kritika li saret mill-Istitut tal-Ġurnalisti lil Konrad Mizzi talli dan għażel li jaħrab mistoqsijiet tal-istampa ħielsa. Madankollu tal-IĠM ma qalux kollox. Kull darba li Konrad Mizzi jkun irid iwassal messaġġ lill-pubbliku, m'għadux jibgħat għall-membri tal-istampa u issa ħa d-drawwa li jonfoq flus mill-kaxxa ta' Malta biex iħallas għar-riklami fil-media soċjali. Dan għaliex m'huwiex [...]

Fenech, Gasan, Apap Bologna: għandkom ħafna mistoqsijiet xi twieġbu

By
2018-11-14T18:19:29+01:00Wed, 14th Nov '18, 17:04|

Nippretendi li f'dan l-istadju, s-sħab kollha fl-Electrogas kellhom għall-inqas jagħmlu stqarrijiet ċari biex jispjegaw x'kienu u x'ma kinux jafu dwar il-ħolqien ta' kumpannija fid-Dubaj - 17 Black - u dwar il-ftehim li din laħqet mal-kumpanniji tal-Panama Hearnville u Tillgate biex tħallashom ammonti kbar ta' flus. Minn investigazzjoni li saret mir-Reuters irriżulta li 17 Black kienet [...]

Tgħid Varist Bartolo għadu jgħid li int annimal?

By
2018-11-14T18:17:47+01:00Tue, 13th Nov '18, 18:13|

Fi żminijiet oħra, meta Varist Bartolo stess ma kienx lanqas joħlom li jgħatti x-xtur tal-korruzzjoni li sseħħ taħtu u fi żmien ukoll meta lanqas hu stess - ta' ġurdien xiħ li hu - ma kien għadu ntebaħ li Joseph Muscat kien f'konfoffa sħiħa ma' Konrad Mizzi u Keith Schembri, dan il-galantom kien ażżarda jistqarr li [...]

It-tixħim jaqta’ miż-żewġ naħat

By
2018-11-14T12:43:22+01:00Tue, 13th Nov '18, 17:35|

M'hemmx dubju li Keith Schembri u Konrad Mizzi suppost issejjħu fil-kwartier ġenerali tal-Pulizija biex iwieġbu għal mistoqsijiet dwar l-imġieba tagħhom u dan minħabba d-dokumenti li nkixfu li minnhom innifishom huma prova ċara li dawn ħolqu kumpannija apposta biex tirċievi flejjes għan-nom tagħhom - flejjes li kienu se jiġu minn kumpannija oħra. U issa sirna nafu [...]

Dak li jċarrat ħalqu

By
2018-11-14T13:16:39+01:00Tue, 13th Nov '18, 07:25|

X'aktarx li Konrad Mizzi qed iġiegħek tħallas għal riklami li huma mmirati li jaljenawlek l-attenzjoni tiegħek minn fuq il-flus li qed jisraqlek fil-kontijiet tad-dawl. Ħalliel darba, ħalliel dejjem. Kemm ilhom li nkixfu u xxandru provi li l-fornitur, li miegħu kien iffirma kuntratt għall-bini ta' power station, kien ħoloq kumpannija fid-Dubaj biex minnha huwa jitħallas $150,000 [...]

Qed jitħallew igħadduha lixxa

By
2018-11-13T06:44:30+01:00Tue, 13th Nov '18, 06:44|

Ta' spiss issib min jirraġuna li l-"attakki" li jsiru ta' sikwit fuq Adrian Delia qed iservu biex idgħajjfu l-oppożizzjoni fil-konfront ta' Joseph Muscat. Wieħed jista' jaqbel jew ma jaqbilx ma' dan ir-raġunar. Wara kollox, huwa ċar li Joseph Muscat qed igħaddiha lixxa fuq ħafna affarijiet. Ejjew nieħdu ftit eżempji minn dak li seħħ f'dawn l-aħħar [...]

Joseph Muscat m’attendiex għall-Quddiesa ta’ Jum it-Tifkira għax kellu “wisq x’jagħmel”

By
2018-11-13T06:51:25+01:00Mon, 12th Nov '18, 17:25|

Il-President Donald Trump sab ruħu fiċ-ċentru ta' kontroversja oħra minn tiegħu llum talli fo tmiem il-ġimgħa naqas li jattendi għal ċerimonja fiċ-ċimiterju Amerikan ta' Aisne-Marne f'Belleau, Franza li fakkret il-100 anniversarju ta' tmiem l-Ewwel Gwerra Dinjija. Uffiċjalment Donald Trump spjega li naqas li jattendi minħabba "l-maltemp", spejegazzjoni li m niżlet tajjeb xejn mal-kritiċili minn naħa [...]

M’hemmx li jieħu r-ruħ

By
2018-11-13T06:49:57+01:00Sun, 11th Nov '18, 17:19|

Il-PN m'hemmx li jieħu r-ruħ. Issa ilu diversi snin li qabad it-triq tan-niżla, iżda d-daqqa li ħa f'Ottubru tas-sena li għaddiet jidher li ma jistax iqum minnha. Il-popolarità tal-PN baqgħet baxxa li issa l-Partit sar jixbah lil dak il-pazjent li jistejqer għal ftit mumenti iżda jibqa' f'koma. Taħsbux li dan li qed nikteb, qed niktbu [...]

17 Black

By
2018-11-13T06:47:55+01:00Sun, 11th Nov '18, 17:07|

Konrad Mizzi lmenta li qed iseħħ “attakk ko-ordinat” kontrih. Li kont floku ma kontx nuża l-kelma "attakk" - iżda ċertament teżisti ko-ordinazzjoni. U mn'Alla li hu hekk. F'dawn l-aħħar ġranet kont Londra fejn attendejt għal konferenza li matulha ddiskutejt ma' ġurnalisti oħrajn l-impatt tal-ġurnaliżmu li jittratta dwar dak li jseħħ lil hinn mill-konfini ta' xi [...]

Il-PN għadu ma weġibx għal stedina li saritlu xahrejn ilu sabiex jaħtar rappreżentanti tiegħu għal taħditiet dwar riformi kostituzzjonali

By
2018-11-13T06:45:45+01:00Wed, 7th Nov '18, 21:32|

Il-Partit Nazzjonalista għadu ma weġibx għal stedina li saritlu xahrejn ilu mill-President biex jaħtar rappreżentanti tiegħu għal taħditiet dwar ir-riforma kostituzzjonali. Sorsi nfurmati sew qaluli li din il-kwistjoni għadha lanqas biss ġiet diskussa fl-ogħla organi tal-Partit, jiġifieri l-kumitat eżekuttiv u l-grupp parlamentari. Il-gvern qed jappoġġja din l-inizjattiva dwar riforma kostituzzjonali iżda jkun jeħtieġ il-koperazzjoni tal-oppożizzjoni [...]

Xejn ma jsir ta’ xejn

By
2018-11-07T15:13:42+01:00Wed, 7th Nov '18, 12:07|

Bejn Frar 2013 u Ġunju 2014, Maria Efimova ħadmet f'ħanut f'Ċipru ta' sidien Russi li jbiegħu il-fwejjaħ. Fit-28 ta' Novembru 2017, il-pulizija Ċiprijotta ħarġet ordni għall-arrest ta' Maria Efimova, liema ordni issejset fuq allegazzjonijiet li saru minn dak li kien l-imgħallem tagħha u dan talli allegatament wettqet xi ħaġa ħażina waqt li kienet fl-impjieg tiegħu [...]

Kemm huma stmati ix-xogħlijiet ta’ Patrick Dalli?

By
2018-11-12T18:13:03+01:00Wed, 7th Nov '18, 11:32|

Patrick Dalli jiġi r-raġel ta' Helena Dalli. Mhux biss huwa negozjant iżda, mid-dehra, artist ukoll. Kif ġieli ngħid, jien ma nifhimx fl-arti u allura żgur m'jinix f'pożizzjoni li ngħaddi lix-xogħolijiet tiegħu mill-għarbiel anki jekk qatt ma rajthom. Tat-Times of Malta saru jafu li Patrick Dalli biegħ biċċa xogħol minn tiegħu lill-imgħallem ta' martu għal 15,000 [...]

L-aqwa għażla għall-Presidenza

By
2018-11-07T15:12:18+01:00Mon, 5th Nov '18, 17:18|

Ġimgħa ilu l-Qorti "wriet l-iskantament tagħha" għall-mod kif ġab ruħu Evarist Bartolo fil-konfront tal-korruzzjoni fil-Ministeru tiegħu u dwar kif dan għażel li jgħatti x-xtur u jinjora l-informazzjoni li kellu f'idejħ. U żamm sieket waqt li l-Pulizija ħadu passi bil-Qorti kontra l-whistleblower, li issa ġie liberat mill-akkużi li nġiebu kontrih. Evarist Bartolo qed jissemma’ bħala l-persuna [...]

Illum għandna għalxiex nifirħu

By
2018-11-07T15:22:03+01:00Mon, 5th Nov '18, 16:23|

Ħamsa u għoxrin sena ilu, l-Alternattiva Demokratika kienet tippubblika ġurnal darbtejn fil-ġimgħa li kien xandar storja dwar membru parlamentari li kien evada l-ħlas ta' taxxi fuq flejjes li kellu depożitati fir-Renju Unit. Dan id-deputat kien jismu Lino Gauci Borda u dak iż-żmien kien hemm xniegħa — li, m'għandniex xi ngħidu, qatt ma xxandret f'xi ġurnal [...]

Schiavone jiddeskrivi lill-kap tal-PN wara li jkun “xorob erba’ grokkijiet”: “Adrian ikun qisu żibel”

By
2018-11-07T15:10:22+01:00Sun, 4th Nov '18, 12:56|

F'post li għamel fil-Facebook Herman Schiavone ċaħad storja li xxandret fil-Malta Today li hu, Schiavone, kien qed jaħseb dwar kif Adrian Delia jista' jitlaq mix-xena politika “b'mod dinjituż”. Ir-rapport tal-Malta Today huwa sejjaħlu bħala wieħed "qarrieqi" u li “Adrian Delia m'hux bi ħsiebu jirriżenja u qed jissaħħaħ ma kull jum li jgħaddi”. Mela Herman Schiavone [...]

“Libes żarbun li ma jiġieħx”

By
2018-11-07T15:08:50+01:00Sun, 4th Nov '18, 09:53|

L-istess kif għamel ħaddieħor, l-editur ta' The Sunday Times of Malta illum induna. Meta nhar l-Erbgħa xandart l-istorja li Nickie Vella de Fremeaux kienet talbet li tinfired legalment minn ma' żewġha Adrian Delia, niżlet fuqi xita qalila ta' tgħajjir. Kif sostniet illum The Sunday Times of Malta, ma kien hemm ebda dubju li l-istorja kienet [...]

Go to Top