Il-Partit l-ewwel u qabel kollox

By
2019-06-02T23:18:36+02:00Fri, 31st May '19, 12:42|

Dan m'hu ħadd ħlief Alfred Grixti, għal bosta snin attivist tal-Partit Laburista. Hawn jidher jiċċelebra ma' sħabu Laburisti r-rebħa kbira li għamel il-partit tiegħu f'dawn il-ġranet. U hawn jidher il-Facebook page ta' Alfred Grixti imżejjen bil-logo li l-Partit Laburista għamel użu minnha matul il-kampanja għal dawn l-elezzjonijiet. Kulħadd, inkluż Alfred Grixti, għandu d-dritt li jappoġġja [...]

Tal-Labour iriduh jibqa’ b’saħħa

By
2019-05-31T13:54:50+02:00Fri, 31st May '19, 12:29|

X'tambihom il-ħbieb? Xi żmien ilu l-editur tal-Orizzont xandar lista ta' persuni mistmerrijin minħabba r-rabtiet - veri jew ivvintati - li kellhom mal-Partit Nazzjonalista. Il-persuni f'din il-lista l-Orizzont lestiethom għall-"forka". Fiż-żminijiet li qegħdinninsabu fihom, l-Orizzont qed timmira lejn persuna fil-PN - mhux biex teliminah - imma pjuttost biex tara li żgur jibqa' f'postu. L-Orizzont m'hix waħedha. [...]

Biex issib tarf tagħha, problema trid tkun fhimtha

By
2019-05-31T13:27:21+02:00Fri, 31st May '19, 09:50|

M'hix ħaġa tas-soltu li jkollok eks-kap tal-PN li joħroġ għonqu biex jagħti pariri lis-suċċessur tiegħu. Kull eks-kap għandu esperjenza dwar xi tfisser li tkun fit-tmexxija u jaf li, tajbin kemm ikunu tajbin l-intenzjonijiet, dak li jaraw bħala ndħil x'aktarx ma jkunx apprezzat. Ma naħsibx li l-kummenti li għamel il-bieraħ Lawrence Gonzi lit-Times of Malta kienu [...]

Seħħet ċaqlieqa fost l-elettorat

By
2019-05-31T13:26:21+02:00Wed, 29th May '19, 23:39|

Sa ċertu punt, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għandu biss importanza simbolika. F'termini elettorali, f'din il-lokalità m'hemmx kwantità kbira ta' voti u l-kunsill lokali tal-belt kapitali għandu s-setgħat tiegħu limitati bħalma huma limitati wkoll tal-kunsilli l-oħrajn. Madankollu l-uġigħ jinħass xorta waħda. Fl-aħħar mill-aħħar, l-elezzjoni f'din il-lokalità spiċċat battalja bejn tnejn - Alfred Zammit u Ray Azzopardi [...]

Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa jiċħad mal-50 emenda tal-gvern Malti: adottat rapport bi kritika ħarxa ġmielha

By
2019-05-29T14:17:54+02:00Wed, 29th May '19, 14:17|

Il-gvern Malti għadu kemm ġie umiljat mill-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ġustizzja u d-Drittijiet tal-Bniedem: dan ċaħad mal-50 emenda li l-gvern ta' Joseph Muscat ried jagħmel biex tinbidel it-tifsira ta' rapport imħejji minn deputat parlamentari Olandiż li sab nuqqasijiet kbar f'dik li hi s-saltna tad-dritt f'Malta. Ir-rapport ta' Pieter Omtzigt issa għadda mill-għarbiel u ġie aċċettat [...]

Jaqaw Jean Pierre Debono se jmur igħix Għawdex?

By
2019-05-29T12:56:08+02:00Wed, 29th May '19, 10:33|

Ir-riżenja ta' David Stellini mill-Parlament (se nikteb dwar din l-aħbar dalwaqt) ħolqot vojt li jrid jimtela' fil-Grupp Parlamentari tal-PN. David Stellini kien ġie elett f'elezzjoni każwali meta  Marthese Portelli telgħet minn żewġ distretti u kellha ċċedi wieħed minnhom. Dan ifisser li l-vojt jrid jimtela' minn xi ħadd li jintagħżel mill-partit politiku li minnu jagħmel parti [...]

GUEST POST: Eks strateġista tal-PN igħarbel in-numri

By
2019-05-29T12:54:27+02:00Tue, 28th May '19, 15:06|

Dan il-Guest Post inkiteb minn eks uffiċjal anzjan tal-PN magħruf minni. Huwa iżgħar milli forsi taħsbu li hu u għandu aktar esperjenza milli jtik x'tifhem li għandu. L-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew ġew u marru. B'differenza għall-elezzjonijiet ta' qabel, ma kontx involut. Madankollu ma stajt ma niftakarx b'nostalġija f'dawk is-sigħat li qattajt fil-kwartier tal-Partit naħdem fi ħdan [...]

L-Avukat Ġenerali jirrifjuta li jgħasses fuq kontijiet bankarji tal-ħallelin imdaħħla fl-iskandlu tal-isptarijiet

By
2019-05-29T18:24:37+02:00Tue, 28th May '19, 14:44|

L-Avukat Ġenerali lill-qorti qalilha li mhux bi ħsiebu juża s-setgħat mogħtija lilu mil-liġi biex ikun jista' jgħasses kontijiet bankarji ta' dawk li huma suspettati li kellhom x'jaqsmu mal-iskandlu tal-bejgħ tal-isptarijiet lil VGH. Illum huwa fakkar lill-Qorti li l-liġi tagħtih id-diskrezzjoni li jasal għal deċiżjoni bħal din u li m'għandu għalfejn jagħti spjegazzjonijiet jew kont lil [...]

GUEST POST: il-galoppini ta’ Adrian Delia jeħtieġ li jifhmu dan li ġej

By
2019-05-28T15:11:51+02:00Tue, 28th May '19, 11:19|

Guest Post miktub minn attivisti tal-PN magħruf minni: Mhux bi ħsiebni noqgħod nomgħodha. Adrian Delia huwa l-akbar diżastru li l-PN seta' qatt sab ma' wiċċu. L-elezzjoni ta' Roberta Metsola u ta' David Casa wriet li l-biċċa l-kbira tal-elettorat Nazzjonalista jinsab inkwetat bil-korruzzjoni u, b'mod aktar speċifiku, bl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u t-tfittxija tal-ġustizzja għal Daphne. [...]

Din hi sfida fil-konfront tat-tmexxija preżenti tal-PN

By
2019-05-28T15:10:56+02:00Mon, 27th May '19, 15:23|

Alex Perici Calascione kien ikkontesta għat-tmexxija tal-PN flimkien ma' Frank Portelli, Chris Said u Adrian Delia. Kien kiseb it-tielet post. Kemm għar-rebbieħa kif ukoll għat-telliefa, kampanji għat-tmexxija jistgħu iservu biex igħollu l-istatura tal-parteċipanti fit-tellieqa għaliex uħud minn dawn ikunu jafu li ċ-ċansijiet tagħhom ta' suċċess ikun minimu. Madankollu, parteċipanti bħal dawn jittamaw li d-dinjità, il-presenza [...]

Kienet sammret il-musmar fuq rasu

By
2019-05-27T15:40:30+02:00Sun, 26th May '19, 21:48|

Hekk kif indawwru l-attenzjoni tagħna minn fuq il-megalomanijaċi faxxisti u populisti li hawn ma saqajn id-demokrazija Maltija għall-megalomanijaċi faxxisti u populisti li qed jixirfu mal-Ewropa kollha b'riżultati oħrajn ħerġin mir-Renju Unit, l-Italja, l-Ungerija u oħrajn, se nħallikom bl-aħħar ħsieb dwar ir-riżultati li kellna f'Malta llum. Adrian Delia leħaq kap tal-PN ftit aktar minn 19 il-xahar [...]

GUEST POST: Il-Bidla li qatt ma kienet – Riflessjonijiet ta’ nazzjonalist imweġġa’

By
2019-05-26T20:34:19+02:00Sun, 26th May '19, 20:33|

Mibgħutha minn xi ħadd li naf: Kulħadd kien qiegħed jistenna li din l-elezzjoni kienet ser tintrebaħ mill-Partit laburista. Il-kwistjoni kienet biss fuq kemm kienet ser tkun kbira l-maġġġoranza. Dalgħodu kollox kien beda juri li Joseph Muscat kien reġa ħareġ rebbieħ, u bdew ġejjin in-numri, 45,000, imbagħad 48,000, imbagħad aktar minn 51,000. Rebħa kbira, li kessħitli [...]

Qed jaħsbu li d-dnub issa ser jorqod

By
2019-05-28T15:09:42+02:00Sun, 26th May '19, 16:03|

Konrad Mizzi u Keith Schembri -- kif ukoll Joseph Muscat -- ttamaw f'riżultat li jsikket lil dawk li qed jikxfu l-korruzzjoni tagħhom minn kemm ilha li Daphne Caruana Galizia kixfet dak li kienu għamlu fil-Panama. Minn dakinhar 'l hawn, tant seħħew żviluppi li forsi ażżardaw jaħsbu li setgħu jgħadduha lixxa u li jaħarbu mill-ġustizzja. Iżda [...]

Qaddejja 5 u 6

By
2019-05-28T15:08:47+02:00Sun, 26th May '19, 10:40|

Hu u ħiereġ mill-bini ta' TVM, Robert Musumeci qal li l-PN qed iħallas il-prezz ta' “ta' blog li għal 10 snin qered lin-nies”. Wara ż-żmien kollu li għadda mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, m'għandhomx il-ħila li jlissnu isimha. Madankollu ma jsibuha diffiċli xejn li jwaħħlu fiha, dsatax il-xahar wara l-qtil tagħha. Hekk kif telaq Musumeci, [...]

Qaddej numru 3

By
2019-05-26T16:10:04+02:00Sun, 26th May '19, 09:46|

Wara Herman Schiavone u Robert Musumeci, tfaċċa l-qaddej numru 3 – David Agius biex ikompli jħawwad fil-borma tal-interpretazzjoni uffiċjali tad-diżastru li l-PN ser ikollu jiffaċċja meta dak li ilna sentejn nafu li ser iseħħ ikun dikjarat uffiċjalment mill-Kummissjoni Elettorali. David Agius kompla fejn ħalla Robert Musumeci: il-votazzjoni tal-bieraħ m'hix dwar Adrian Delia iżda dwar kwistjonijiet [...]

Il-Qaddej numru 2

By
2019-05-26T16:08:44+02:00Sun, 26th May '19, 08:37|

Wara li l-Qaddej numru 1 fid-dinja ta' Adrian Delia – jiġifieri Hermann Schiavone – deher fuq TVM biex igħidilna li d-diżastru elettorali tal-PN m'għandux jaħti għalih Adrian Delia, tfaċċa l-Qaddej numru 2 biex ikompli jżid id-doża. Dan ma kien ħadd ħlief Robert Musumeci, sieħeb Adrian Delia minn naħa avversarja, li jkompli jġebbed il-fehma ta' Herman [...]

Partit jeħtieġ dejjem iżomm saqajh fl-art

By
2019-05-26T16:07:37+02:00Sun, 26th May '19, 07:57|

Herman Schiavone, uffiċjalment deputat Independenti wara li ssospenda ruħu mill-Partit Nazzjonalista, iżda li fir-realtà huwa qaddej leali fad-dinja ta' Adrian Delia, kien minn tal-ewwel dalgħodu li tkellem fuq TVM dwar dak li konna ilna diġà nafu li kien ser iseħħ fejn għandu x'jaqsam ir-riżultat tal-elezzjoni li saret il-bieraħ. L-intervista li huwa ta fuq TVM ixxandret [...]

Il-kelb tal-għassa

By
2019-05-26T16:06:32+02:00Fri, 24th May '19, 09:22|

Dawk ta' madwar Joseph Muscat qed ilestu ruħħom għal battalja, li ser tilħaq il-qofol tagħha fi Strasburgu, dwar ir-riżultati ta' inkjesta li ntalbet mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa wara li kien seħħ l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-battalja issa ilha għaddejja għal żmien mhux ħażin u, peress li Strasburgu mhix belt li ta' sikwit tiġi f'moħħ [...]

Xahar mil-lum

By
2019-05-26T16:05:08+02:00Thu, 23rd May '19, 19:19|

Is-saltna tad-dritt: il-#ECJ mistennija li tiddeċiedi dwar it-tnaqqis fl-età tal-irtirar ta' imħallfin li jservu fil-Qorti Suprema tal-#Poland fl-24 ta' Ġunju (C-619/18) — Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (@EUCourtPress) 23 ta' Mejju 2019 Fi żmien xahar mil-lum il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja se tagħti sentenza importanti f'kawża li għamlet il-Kummissjoni Ewropea kontra l-Polonja dwar il-mod li bih il-gvern ta' dak [...]

Demokrazija tal-fażola

By
2019-05-23T15:54:40+02:00Thu, 23rd May '19, 10:03|

Joe Sammut jaf irebbaħlek Fiat Panda. Iżda jekk int m'intix daqstant ambizzjuż, Owen Bonnici jista' jrebbħek salt laned tal-fażola. Qis li tilbes sewwa għall-okkażjoni.

Go to Top