About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Victoria jeħtieġ li tispjega

By
2022-01-09T16:37:50+01:00Fri, 7th Jan '22, 09:35|

S'issa, l-Avukat Ġenerali baqgħet tinjora s-sejħiet pubbliċi li sarulha, anki mill-Oppożizzjoni Parlamentari, sabiex tispjega d-deċiżjoni li ħadet biex tiftiehem ma' bniedem li eventwalment ammetta li fl-2010 kien ħa sehem f'serqa awdaċi u vjolenti. Darren Debono mhux biss għamel attentat biex jisraq. Hu u jipprova jaħrab, spara diversi drabi b'armi lejn uffiċjali tal-pulizija li ppruvaw iwaqqfuh. [...]

Oliver Scicluna: inġenwinità politika aktar minn żelu rivoluzzjonarju

By
2022-01-07T18:04:38+01:00Wed, 5th Jan '22, 16:16|

Oliver Scicluna jinsab imħasseb dwar dawk il-votanti li qed iwiegħduh li "jaħsbu fih" kemm-il darba jaqdihom jew jagħmlilhom xi pjaċir. Għalkemm diġà huwa membru parlamentari, għax hekk xtaq Robert Abela, Oliver Scicluna issa qed ikollu jgħaddi mill-proċess biex jerġa' jiġi elett u, mid-dehra, xejn mhi togħġbu s-sistema ta' "ħokkli dahri biex inħokklok dahrek". Sewwa għamel [...]

Għadu fiż-żmien li jiġbor ġieħu

By
2022-01-05T20:22:41+01:00Wed, 5th Jan '22, 11:54|

Ritratt: Chris Sant Fournier / Times of Malta Għamilt sewwa, Sur Prim Ministru, meta attendejt għall-velja tal-bieraħ filgħaxija b'tifkira ta' Paulina Dembska. Għamilt sewwa li twaħħadt mar-rabja u max-xokk li qed iħossu n-nies għad-delitt li seħħ fil-konfront tagħha u fil-konfront ta' familtha. Kif diġà ngħad għal diversi drabi f'dawn l-aħħar sigħat, kull mara [...]

Ninsabu f’salib it-toroq

By
2022-01-06T12:45:55+01:00Tue, 4th Jan '22, 15:31|

Se nazzarda nifhem min inti mill-fatt li qed taqra din il-kitba. Int tinsab irrabjat għall-Partit Laburista. X'aktarx, iżda mhux bilfors, li minn dejjem hekk kont. Iżda anki jekk int kont bqajt tagħti l-appoġġ lill-Partit Laburista sal-2017, issa qed tintebaħ x'sarrfet l-amministrazzjoni ta' Joseph Muscat u kif l-amministrazzjoni ta' Robert Abela la għandha l-ħila u lanqas [...]

L-eżempji li taw lil uliedna t-tliet ministri tal-edukazzjoni tal-Labour

By
2021-12-18T15:36:13+01:00Sat, 11th Dec '21, 10:45|

Dan l-aħħar, bil-għan li jipprova jilgħabha tal-innoċenti, Evarist Bartolo kiteb fuq Facebook li lkoll kemm aħna ninsabu fid-dmir niġġieldu kontra l-korruzzjoni. Ma kitibx li hu baqa' ma ġġilidx kontra l-korruzzjoni kull meta seta' jagħmel dan. Dan stqarru huwa stess f'intervista li kien ta lil Tim Sebastian li fiha ammetta li kien naqas bil-kbir li bil-fatti [...]

Galantom bi flus ħaddieħor

By
2021-12-12T17:19:48+01:00Thu, 9th Dec '21, 10:03|

Jidher li tat-Times of Malta għadhom kemm iffrankaw kemxa flus ġmielha lill-kaxxa ta' Malta. Kemxa li tal-Awtorità tat-Turiżmu kienu ser iberbqu fuq lukanda lussuża għall-alloġġ tal-impjegati tagħha li ser ikunu xogħol fil-Villaġġ tal-Milied. M'għandix għalfejn noqgħod nidħol fid-dettalji biex nispjega li tal-Awtorità tat-Turiżmu din id-deċiżjoni ma kellhomx xi jriduha. L-assurdità komplew niżżluha lejn il-qiegħ. Madankollu [...]

Il-korruzzjoni stiednuha b’idejhom

By
2021-12-18T15:37:00+01:00Mon, 6th Dec '21, 08:07|

Nhar is-Sibt li għadda, l-editur tat-Times of Malta għamel mistoqsija retorika u staqsa jekk tassew hix taħdem is-sistema tal-ġustizzja f'Malta. Ġaladarba din il-mistoqsija segwiet lista twila u dokumentata ta' fallimenti amministrattivi, proċedurali u tekniċi fl-investigazzjonijiet, fil-prosekuzzjonijiet u fil-proċessi ġudizzjarji, it-tweġiba għal din il-mistoqsija ma tistax ma tkunx "LE". Wara li għaddew jumejn, it-Times of Malta [...]

Ir-reputazzjoni tiegħu kompliet tegħreq ‘l isfel

By
2021-12-12T17:32:21+01:00Thu, 2nd Dec '21, 12:09|

M'hemmx dubju li Joseph Muscat ser jipprova jbenġilha fuq din ukoll.  Il-fatt li huwa naqas li jidher fil-qorti fil-kawża tal-libell li kien għamel kontra Christian Grima u spiċċa biex tilifha jfisser li kien qed jammetti li ma kellux tama kbira li l-qorti kienet ser tagħtih raġun li x-xilja li b'xi mod kellu x'jaqsam mal-qtil ta' [...]

Tintebaħ li m’intix tgħix f’pajjiż demokratiku meta…

By
2021-11-29T20:17:05+01:00Mon, 29th Nov '21, 15:20|

Tibda' tintebaħ li m'intix tgħix f'pajjiż demokratiku meta l-politiċi u l-galoppini tagħhom juru li ma jiddejjqu xejn li jċemplulek id-dar u jiffittawk biex tivvutalhom, iżda jekk tażżards tikteb lill-iSpeaker tal-Parlament igħidulek li ma tistax tiktiblu u li ma kienx ser iwieġbek.  Żewġ iħbieb tiegħi sfidaw l-ordni tal-iSpeaker sabiex ħadd ma jibgħat ittri fil-kaxxa [...]

Wassal il-messaġġ tiegħek lil Anġlu waqt protesta nhar it-Tnejn li ġej

By
2021-11-26T10:42:46+01:00Fri, 26th Nov '21, 08:17|

Protesta għal nhar it-Tnejn 29 November 2021 fis-6 pm: Anġlu Farrugia u Rosianne Cutajar m'għandhomx jibqgħu membri tal-Parlament tagħna Repubblika, Occupy Justice u manueldelia.com jappoġġjaw it-talba li għamel Matthew Caruana Galizia għar-riżenja tal-iSpeaker Anġlu Farrugia u jiddikjaraw li jaqblu mal-istqarrijiet tal-eks prim ministru u eks Speaker Lawrence Gonzi li “ma jistax ikun li nibqgħu sejrin [...]

Żelqa fin-niexef minn Anġlu Farrugia u l-avukat tiegħu

By
2021-11-25T19:35:57+01:00Thu, 25th Nov '21, 16:48|

Qrajt din l-ittra wara li l-iSpeaker qabbad lill-avukat tiegħu Ian Refalo biex jiktibha f'ismu u dan għaliex ma kellux il-ħila li jiktibha hu lil Matthew Caruana Galizia. Din l-ittra m'hi xejn ħlief l-aħħar musmar fit-tebut tad-demokrazija Parlamentari ta' dan il-pajjiż. Hemm bosta raġunijiet u dawn li ser insemmi huma biss uħud minnhom u dan biex, [...]

Każ li dwaru Konrad Mizzi għandu jitlibbes il-manetti?

By
2021-11-24T17:17:25+01:00Wed, 24th Nov '21, 12:00|

Ħlief dak l-imbierek ta' Konrad Mizzi, ħadd mhu jerfa' r-responsabbiltà għall-impenn li dan kien intrabat bih ma' Stewart Health Care li permezz tiegħu dawn kellhom jitħallsu mal-€100 miljun jekk b'xi mod jitwaqqaf il-kuntratt li kienu daħlu għalih dwar it-tliet sptarijiet li darba kienu tal-poplu. Jeżistu diversi xenarji li fihom jista' jitwaqqaf il-kuntratt. Iżda huwa ferm [...]

Il-vjaġġ ta’ Roberta

By
2021-11-23T21:20:36+01:00Tue, 23rd Nov '21, 09:06|

M'iniex espert tad-dinamika dwar kif titħaddem il-politika interna tal-Parlament Ewropew. Ma nista' nżid xejn mas-“sorsi infurmati” kkwotati minn ġurnalisti oħrajn dwar iċ-ċansijiet li għandha Roberta Metsola li tilħaq president tal-PE. Kull "analiżi" li ssir hi waħda derivattiva u tixbah dik li jaf jagħmel kummentatur lokali tal-isport li jitħaddet dwar it-tazza tad-dinja wara li jkun sema' [...]

Araw naqra min irid jitkellem dwar il-mibgħeda fid-diskors!

By
2021-11-17T17:53:23+01:00Wed, 17th Nov '21, 09:59|

F'konferenza li ser issir dalwaqt, Owen Bonnici ser jgħallimna dwar kif għandna nevitaw il-mibgħeda fid-diskors. Issa konna diġà nafu li dan tgħidx kemm huwa favur li jkollna soċjetà tolleranti msejsa fuq ir-rispett reċiproku u favur b'mod partikolari r-rispett lejn dawk li ma taqbilx magħhom kull darba li - għal ħames mitt darba wara xulxin - [...]

Il-pariri legali lis-Servizz tas-Sigurtà għandhom dejjem jingħataw mill-Avukat tal-Istat

By
2021-11-16T18:46:45+01:00Tue, 16th Nov '21, 11:09|

Il-ġurnali xandru t-tweġiba li għamlu tas-Servizzi tas-Sigurtà ta' Malta (MSS) għal allegazzjoni li saret minn wieħed mill-allegati assassini ta' Daphne Caruana Galizia fis-sens li dawk kienu qed jissemmgħu fuq il-mobile tiegħu illegalment. Tal-MSS din l-allegazzjoni mhumiex jiċħduha. Il-kwistjoni kollha mhix din. Lil tal-MSS qed jidher għalihom avukat fil-prattika privata Mark Simiana. Nibdew billi ngħidu kelmtejn [...]

Tpinġija li xegħlitilhom il-miċċa

By
2021-11-17T19:37:05+01:00Tue, 16th Nov '21, 09:51|

Qed ngħixu l-istorja ta' Lord of the Flies. Jien bilkemm għadni nħares lejn il-Facebook u skoprejt li għal saħħti hekk jaqbel. Jien nuża app li hi abbinata mal-blog tiegħi biex intella' posts fuq il-Facebook għaliex għad hemm bosta li għalihom jeżisti biss il-Facebook bħala l-uniku mezz biex isegwu l-aħbarijiet. Sirt nidħol fil-Facebook meta lil min [...]

Issa huma sħab Alex Dalli stess li qed jagħmlu taħthom bil-biża’

By
2021-11-15T15:52:23+01:00Mon, 15th Nov '21, 10:14|

X'aktarx li Simon Mercieca mingħalih li jien ma tantx nikkummenta dwar il-ħmerijiet grossolani li jikteb minħabba l-kampanja ta' fastidju  “Tibqgħux tiktbu dwar Simon Mercieca (u dwar Yorgen Fenech)”. Ma tantx nikteb dwar il-ġenn ta' moħħu, l-aktar għax nitħassru. Iżda jseħħu drabi li fihom ikolli nagħmel eċċezzjoni u dan b'rispett lejn ħaddieħor. Araw ftit kif Simon [...]

Go to Top