About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Il-piż beda’ jagħfas

By
2020-01-13T17:10:08+01:00Mon, 13th Jan '20, 17:10|

Neville Gafà hu wieħed mill-mistednin tal-unur għaċ-ċerimonja tal-ħatra ta' Robert Abela. Jidher li l-prim ministru l-ġdid irid juri lil kulħadd li Keith Schembri - kif ilu għal diversi snin - ser jibqa' dak il-bniedem li l-liġijiet tal-pajjiż li jgħoddu għal kulħadd, għalih ma jgħoddux. Robert Abela m'għandux jitlaq jiġri bl-impressjoni li - għaliex għadu ġdid [...]

L-għażla (4): gwerra lis-soċjetà ċivili

By
2020-01-13T12:03:41+01:00Sun, 12th Jan '20, 07:50|

X'ser jiġri issa? Joseph Muscat ħejja din it-transizzjoni għaliex iħoss li għadu ma vvendikax ruħu biżżejjed. Moħħ Joseph Muscat tant hu żgħir li, kieku kien għalih, ma kellux għal xiex iwarrab. Tant hu mimli bih innifsu u bl-għerf tiegħu li jippretendi li kien jistħoqqlu sehmu mix-xaħam tal-korruzzjoni tiegħu. U għadu jwaħħal f'Daphne Caruana Galizia li [...]

L-għażla (3): Ir-re tiegħek jagħżluh huma

By
2020-01-13T10:57:06+01:00Sun, 12th Jan '20, 07:47|

Is-sistema tal-għażla tal-mexxej tal-Partit Laburista mit-tesserati - li jkunu qed jagħżlu wkoll il-prim ministru tal-pajjiż - turi kemm hi sistema perversa li timmina lid-demokrazija u teqred il-fiduċja tal-poplu f'dawk li jagħżlu li jservu fil-ħajja pubblika. Permezz ta' din is-sistema, jirbaħ dejjem l-agħar kandidat. Dan ġara' wkoll fir-Renju Unit. U d-dinamika tal-elezzjoni ta' Robert Abela tixbaħ [...]

L-għażla (2): Sodd ħalqek u irbaħ

By
2020-01-12T21:02:03+01:00Sun, 12th Jan '20, 07:45|

Robert Abela sar prim ministru ta' Malta billi, għal dawn l-aħħar 4 ġimgħat, lil Malta qalilha ftit li xejn. Baqa' mdendel mal-politika tad-disprezz li tant serviet lil Joseph Muscat biex seta' kampa għal żmien twil f'Kastilja. L-aħjar mod li bih tista' tmur tajjeb waqt intervista hu li taħrab minnha. Tul dawn l-aħħar 4 ġimgħat, Robert [...]

L-għażla (1): Kif Joseph għażel lil Robert

By
2020-01-12T17:51:17+01:00Sun, 12th Jan '20, 07:43|

Robert Abela ser jieħu post Joseph Muscat. Jew aħjar, Joseph Muscat daħħal floku lil Robert Abela. Ma nagħmlux l-iżball li lil Chris Fearne inpinġuħ bħala dak li kien fuq in-naħa tas-sewwa u li tilef il-battalja. Chris Fearne huwa, jew għallinqas sal-bieraħ kien, bniedem arroganti, mimli biħ innifsu u mhux konxju dwar kif bosta jqisuh. Iżda [...]

L-akbar tama spiċċa biex sar l-akbar mistħija

By
2020-01-10T12:11:43+01:00Fri, 10th Jan '20, 07:41|

Chris Fearne staqsa x'leħen jista' jkollu l-partit tiegħu kemm il-darba jkollu jagħlaq l-istazzjon televiżiv tiegħu. Mhux talli ma jridx inaqqas il-kontroll tal-partit tiegħu, iżda stqarr li jixtieq jara sehem aktar wiesa' tal-partit fil-qasam tax-xandir. Qal li l-istampa li xxandar bil-lingwa Ingliża għandha "aġenda kontra l-Partit Laburista” u stqarr li din hi r-raġuni l-għala l-gvern tiegħu [...]

Hemm deċiżjonijiet li jeħtieġ li jittieħdu

By
2020-01-09T20:47:20+01:00Thu, 9th Jan '20, 16:29|

Il-Parlament Ewropew għadu kemm xandar rapport li ġie mniedi mid-delegazzjoni li kienet żaret lil Malta f'nofs il-kriżi li matulha dawk li kienu qed jipprotestaw iltaqgħu kważi kuljum fil-Belt Valletta biex jitolbu għar-riżenja immedjata ta' Joseph Muscat. Ir-rapport jagħti r-raġunijiet il-għala d-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew effettivament qablet ma' din it-talba għar-riżenja immedjata tal-prim ministru u jsemmi l-laqgħat [...]

Kandidati tal-kontinwità

By
2020-01-08T16:39:07+01:00Wed, 8th Jan '20, 14:55|

Kemm Chris Fearne kif ukoll Robert Abela jistgħu jissejħu kandidati tal-kontinwità - kelma li f'kampanji għat-tmexxija li jsiru f'pajjiżi oħra tista' tfisser diżastru ċert għal min jużaha. Bħalissa l-istampa fir-Renju Unit din il-kelma qed iddendilha ma' għonq is-suċċessur potenzjali ta' Jeremy Corbyn bħala mexxej tal-Partit Laburista ta' dak il-pajjiż, li magħha l-aktar m'għandhomx grazzja. M'hemmx [...]

L-ewwel in-nies tagħna

By
2020-01-08T13:23:35+01:00Wed, 8th Jan '20, 11:48|

Iż-żewġ kandidati li qiegħdin itellqu bejniethom għat-tmexxija tal-Partit Laburista qed jappellaw għall-għaqda. L-għaqda li qiegħdin jappellaw favur tagħha mhix l-istess għaqda li xi ħadd bħal, ngħidu aħna, l-Arċisqof jappella favuriha. L-għaqda li jridu dawn it-tnejn m'hix imsejsa fuq interessi komuni jew fuq l-issagrifikar tal-ħtiġijiet personali b'riżq il-ġid komuni: għaqda bħal din hi msejsa fuq l-impenn [...]

Jekk Muscat jaf b’persuni oħrajn li rċievew arloġġi tal-idejn tad-deheb b’rigal u ma jridx jikxef min huma, se jkollu jwieġeb għal xilja kriminali oħra

By
2020-01-07T18:44:40+01:00Tue, 7th Jan '20, 17:05|

L-iskuża li qed iġib Joseph Muscat li ma kienx l-uniku wieħed li rċieva arloġġ tal-idejn esklussiv tad-deheb abjad mingħand Yorgen Fenech, m'hi skuża xejn. 'Iva , Sur Imħallef, qtilt partita Lhud. Iżda dak iż-żmien kulħadd kien qed jagħmel hekk'. Skuża bħal din, anki f'Nuremberg kienu stħaw joħorġu biha. Kull darba li jsib ruħu b'dahru mal-ħajt, [...]

U żgur li affari tagħna!

By
2020-01-07T21:49:03+01:00Tue, 7th Jan '20, 15:16|

Joseph Muscat għandu seba' mitt sena biex jerġa' jsir "persuna privata" wara li jirtira mill-politika. Ma jkollux għalfejn joqgħod jara kif jagħmel biex jiżloq milli jwieġeb għal mistoqsijiet tedjanti. Illum bħal donnu stenna li m'għandniex noqgħodu ndejjquh meta wieġeb għal mistoqsijiet dwar il-vjaġġ lussuż li għamel dan l-aħħar lejn id-Dubaj.  Meta jsiru mistoqsijiet dwar infieq [...]

Tbagħbis fil-proċess elettorali (4)

By
2020-01-06T18:12:29+01:00Mon, 6th Jan '20, 14:07|

Dan kollu għaliex fl-2004, għall-grazzja t'Alla, elezzjoni interna fil-PN kienet rebbħet lil Lawrence Gonzi fuq John Dalli, ma jfissirx li għandna nibqgħu biss nittamaw li t-tesserati tal-partiti ser jibqgħu jagħmlu għażliet għaqlin dwar min għandu jokkupa l-kariga ta' prim ministru. U l-Partit Laburista fis-sena 2020 m'għandu xejn x'jaqsam mal-Partit Nazzjonalista tal-2004. Il-Partit Laburista li dalwaqt [...]

Tbagħbis fil-proċess elettorali (3)

By
2020-01-06T17:21:22+01:00Mon, 6th Jan '20, 14:02|

Li kieku kellna napplikaw id-dubji mhux verifikati dwar elezzjoni interna f'partit għad-dubji li jista' jkun hemm dwar l-andament ta' proċess elettorali nazzjonali, jista' jkollna ftit tal-ħjiel tar-riskji li nistgħu nsibu ma' wiċċna. Immaġinaw li kieku partit politiku jirbaħ fuq ieħor f'elezzjoni ġenerali b'2,000 vot (hekk kien ġara' fl-2008) u jkun hemm xi ħadd li jallega [...]

Tbagħbis fil-proċess elettorali (2)

By
2020-01-06T16:30:18+01:00Mon, 6th Jan '20, 13:55|

Il-partitarji Laburisti ser jagħżlu l-prim ministru ta' Malta li jmiss. Iżda dak li ser jingħażel mhux ser ikun "prim ministru" biss. Dan għaliex il-prim ministru tagħna - hu min hu - huwa wkoll ir-re elett b'setgħat kbar - qisu l-papa. Il-prim ministru jagħmel il-ħatriet tal-imħallfin, tal-impjegati għolja tas-servizz ċivili, tal-ministri, tal-kapijiet tad-dipartimenti, tal-ogħla uffiċjali tal-pulizija, [...]

Tbagħbis fil-proċess elettorali (1)

By
2020-01-06T15:34:06+01:00Mon, 6th Jan '20, 13:48|

  L-allegazzjonijiet ta' tbagħbis f'elezzjonijiet interni tal-partiti saru ħwejjeġ li wieħed jisma' dwarhom ta' spiss. Hi ħaġa tassew tal-waħx li dan it-tbagħbis jista' jitħalla jseħħ. Għalkemm l-elezzjonijiet li jseħħu fi ħdan partit huma kwistjoni interna, l-implikazzjonijiet huwa ta' natura nazzjonali. Għaldaqstant min ibagħbas fil-proċess elettorali ta' partit ikun qed iqarraq mhux biss bil-partit iżda wkoll [...]

Frans Timmermans mgħoddi passata talli ppoża f’ritratt ma’ Joseph Muscat. “Ma min imissu li jippoża issa? Ma’ Kim Jong Un?”

By
2020-01-03T22:05:28+01:00Fri, 3rd Jan '20, 21:03|

Politiċi Ewropej qed jibdew juru sogħba għall-fatt li kienu ppużaw għar-ritratti ma' Joseph Muscat. Frans Timmermans, il-Viċi-President Olandiż tal-Kummissjoni Ewropea, sab ma' wiċċu kritika f'pajjiżu stess talli appoġġja lil Joseph Muscat fl-aħħar xhur tiegħu bħala prim ministru Malti minkejja li dan kien qed jgħatti r-responsabbiltà ta' sħabu fl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u minkejja l-korruzzjoni [...]

Ajruplan li fuqu kien riekeb Joseph Muscat ma tħalliex igħaddi mill-ispazju tal-ajru tal-Isvizzera

By
2020-01-04T11:59:20+01:00Fri, 3rd Jan '20, 20:49|

Kontrolluri tal-ajru tal-Isvizzera il-bieraħ filgħodu ma tawx permess biex ajruplan tal-Air Malta li kien f'titjira lejn Londra jgħaddi mill-ispazju tal-ajru ta' dak il-pajjiż. L-ajruplan għalhekk kellu jdawwar ir-rotta Swiss lejn l-Italja u jtir lejn Londra mingħajr ma jmiss mal-ispazju tal-ajru Svizzeru. Riekeb fuq l-ajruplan kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat u membri tal-familja tiegħu. Magħhom [...]

Nhar il-Ħadd 5 ta’ Jannar ingħaqdu magħna

By
2020-01-03T20:40:51+01:00Fri, 3rd Jan '20, 10:20|

Il-bieraħ Jason Micallef qabad ma' artista li nhar il-Ħadd li ġej ser tkun fuq il-palk wara li din iddeċidiet li tissieħeb fil-protesta kontra l-korruzzjoni. Tgħid il-għala qabad magħha? Qabad magħha għaliex din tidher regolarment f'programm li jixxandar fuq TVM. Għalhekk sabu arma li jistgħu jużawha għar-rikatt, jiġifieri l-konsegwenzi li jkollha ssib ma' wiċċha jekk tiġġieled [...]

Fejn huma l-mexxejja?

By
2019-12-29T22:56:15+01:00Sat, 28th Dec '19, 10:02|

Jekk għandu jkun hemm bidla, jeħtieġ li nifhmu sewwa x'kwalità ta' bidla għandu jkun hemm. Il-ħsara li l-ħallelin wettqu lil Malta matul dawn l-aħħar 6 snin m'hi xejn ħlief delitt kriminali kontra l-istorja tagħna, kontra r-rispett li konna ngawdu mal-bqija tad-dinja, kontra l-identità tagħna bħala nazzjon u kontra soċjetà tagħna li hi "bażata fuq ix-xogħol". [...]

Go to Top