About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Fejn huma l-provi?

By
2018-06-13T07:58:54+02:00Mon, 11th Jun '18, 12:58|

Ġimgħa ilu għidt li Keith Schembri rċieva żewġ pagamenti li jammontaw għal aktar minn $400,000, ħames ġimgħat wara li ġie lura minn żjara riżervata għall-politiċi biss f'Baku, f'Diċembru tal-2014. Meta Adrian Delia sfidah fil-Parlament biex jirreaġixxi, Joseph Muscat qam biex jgħid li Keith Schembri ċaħad dan. Ma qalx meta. Ma qalx kif. Keith Schembri baqa' [...]

Aħna għandna raġun. Erħilhom jgħerqu.

By
2018-06-12T09:19:31+02:00Mon, 11th Jun '18, 11:33|

L-Italja u Malta għandhom gvernijiet populisti u t-tnejn li huma qegħdin jagħmlu tagħhom il-preġudizzji razzjali ta' xi wħud kif ukoll l-indifferenza  għat-tbatjiet ta' ħaddieħor. Ir-riferenzi li qed isiru għal-liġijiet internazzjonali huma konvenjenti għall-aħħar u m'humiex serji: huma biss skużi biex jevitaw li jwettqu dak li m'huwiex popolari iżda li għandu mis-sewwa. M'għandniex xi ngħidu, wieħed [...]

Misteru dwar self ta’ €2.6 miljun. Nofs id-dejn tal-Kasco mal-BOV misluf bla garanziji lil persuna mhux magħrufa.

By
2018-06-09T17:46:08+02:00Sat, 9th Jun '18, 09:58|

Misteru dwar self ta' €2.6 miljun. Nofs id-dejn tal-Kasco mal-Bank of Valletta misluf bla garanzija lil persuna mhux magħrufa. Fil-konfront ta' negozju li bil-kemm jagħmel medja ta' €57,000 f'profitti fis-sena, d-dejn li fuqu ma hemm xejn x'jagħmel tajjeb li l-Kasco Group ta' Keith Schembri għandu mal-Bank huwa enormi. Dan il-finanzjament li qed jipprovdi l-Bank of [...]

Tiftakruha l-Colson?

By
2018-06-09T17:48:59+02:00Thu, 7th Jun '18, 14:22|

F'dan l-istadju tajjeb li wieħed ifakkar dwar il-kumpannija reġistrata fil-British Virgin Islands bl-isem Colson Services Limited li s-sid tagħha huwa Keith Schembri. Din il-kumpannija, li nkixfet b'riħet l-iskandlu tal-Panama Papers, kienet inħolqot għal Keith Schembri minn Nexia BT. Kienet ilha għandu minn Jannar 2011 u nħolqot fiż-żmien meta kulħadd kien bl-istennija li Joseph Muscat  dalwaqt [...]

Kif tmexxi ‘l quddiem f’demokrazija

By
2018-06-09T17:36:42+02:00Thu, 7th Jun '18, 13:14|

Hi haġa raġunata li f'demokrazija wieħed jista' jaqbel jew ma jaqbilx man-natura tad-demokrazija stess. Julia Farrugia ħatret "kumitat tekninku għall-avvanz tad-demokrazija rappreżentattiva". It-terms of reference ta' dan il-kumitat m'humiex magħrufa.   Dan il-kumitat inħatar biex tissaħħaħ id-demokrazija nnifisha jew se jgħidilna kif id-demokrazija għandha tkun imsaħħa? F'dan il-kumitat se titfassal il-kostituzzjoni l-ġdida jew l-gvern se [...]

Titwila wara l-purtiera tal-ħadid

By
2018-06-13T08:01:48+02:00Thu, 7th Jun '18, 10:32|

Ħafna, ħafna snin ilu, ferm qabel ma ommi bdiet tħallini mmur kunċerti tal-mużika rock, Tina Turner kellha gig fil-Furjana. Kienet is-sena 1990. Jien ma kontx hemm. Imma n-nies kienu rritornaw minn dak il-kunċert jgħidu li kienet tat spettaklu mill-aqwa. U li Michael Frendo, dak iż-żmien ministru tal-kultura, kien tela' fuq il-palk biex jilqa' lill-kantanta. Dakinhar kien hemm min tgħidx [...]

Jannar 2015: in-‘new funds’ ta’ Keith Schembri

By
2018-06-07T14:30:22+02:00Wed, 6th Jun '18, 16:09|

Fit-22 ta' Jannar 2015, il-managers finanzjarji ta' Keith Schembri’s kienu rċievew avviż ta' ħlas ammontanti għal $201,572.31. Dak iż-żmien din is-somma kienet ekwivalenti għal €174,256.23. L-ammont kien ġie depożitat f'client account miżmum f'isem Keith Schembri fil-Bank of Valletta. Dan id-depożitu ġie deskritt bħala new funds fil-client history ta' Keith Schembri li l-managers finanzjarji kellhom fil-pussess [...]

Għaddiet sena

By
2018-06-09T17:44:52+02:00Wed, 6th Jun '18, 12:17|

Sena ilu bħal-lum kont poġġejt bil-qiegħda biex nixtarr fuq ir-riżultati tal-elezzjoni ġenerali. L-artiklu bit-titlu It hurts, doesn't it? kien fiħ madwar 3,000 kelma u kien twil wisq biex jixxandar fil-Facebook. Allura ddeċidejt li noħloq  Blogger account b'xejn biex inkun nista' noħloq link mal-Facebook. Daphne Caruana Galizia qrat l-artiklu u għamlet link għal mal-blog tagħha f'post [...]

Iċ-ċaħdiet li għamel il-prim ministru għan-nom ta’ sieħbu

By
2018-06-07T14:29:23+02:00Wed, 6th Jun '18, 09:52|

Ma teżisti ebda spjegazzjoni plawżibbli u loġika għaċ-ċaħdiet kategoriċi u assoluti li għamel Joseph Muscat fil-konfront tal-istorja li jien xandart il-bieraħ dwar il-ħlasijiet ta' aktar minn $430,000 li kien irċieva ċ-chief of staff tiegħu ħames ġimgħat wara li siefru bil-moħbi lejn Baku flimkien ma' Konrad Mizzi u ma' Kurt Farrugia u ma ħadd aktar. Mhux [...]

Il-ħlasijiet misterjużi lil Keith Schembri: il-Prim Ministru jiċħad kollox fil-Parlament. Iżda dan kif jista’ jaf biċ-ċert?

By
2018-06-05T23:16:04+02:00Tue, 5th Jun '18, 18:52|

Fil-Parlament il-Prim Ministru għadu kemm ċaħad "katergorikament" li ċ-chief of staff tiegħu Keith Schembri kien irċieva ħlasijiet ta' aktar minn $400,000 ħames ġimgħat wara li f'Diċembru 2014 għamlu żjara nkiss inkiss f'Baku u ltaqgħu ma' Ilham Aliyev. Il-ħlasijiet li ktibt dwarhom aktar kmieni llum kienu saru f'Jannar 2015. Fil-Parlament waqt il-ħin tal-mistoqsijiet Joseph Muscat intalab [...]

Keith Schembri kien irċieva $430,000 ħames ġimgħat wara li nkiss inkiss siefer lejn Baku

By
2018-06-05T23:17:27+02:00Tue, 5th Jun '18, 16:41|

Minn dokmenti li jien rajt b'għajnejja jirriżulta li Keith Schembri rċieva aktar minn $430,000 fi ħlasijiet f'Jannar 2015 minn għejjun mhux magħrufa. Dawn il-flejjes tħallsu 5 ġimgħat wara li Keith Schembri - akkumpanjat mill-prim ministru Joseph Muscat, minn dak li kien Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi u mill-kelliem tal-gvern Kurt Farrugia - kellu laqgħa ma' Ilham [...]

Kontributur ta’ TVM irid li Simon Busuttil jagħmel suwiċidju

By
2018-06-05T16:57:53+02:00Tue, 5th Jun '18, 11:11|

Albert Fenech, li jaħdem mid-dar għas-servizz nazzjonali tal-aħbarijiet, nhar il-Ġimgħa kiteb post fuq il-Facebook li permezz tiegħu ħajjar lil Simon Busuttil imur jaqbeż mill-irdum. Nhar il-Ħamis li għadda Simon Busuttil xandar tweet li permezz tiegħu fakkar lin-nies fl-aħħar mass meeting tal-PN qabel l-elezzjoni tal- 2017, l-aħħar jum tal-glorja tiegħu bħala kap tal-PN. Kiteb li l-ġlieda [...]

Misħutin mill-kotra

By
2018-06-05T09:52:05+02:00Tue, 5th Jun '18, 08:16|

Il-punt dwar il-post li kiteb Philip Sciberras mhuwiex biss li mħallef, anke saħansitra wieħed irtirat, m'għandux jikkummenta fil-pubbliku b'mod manifestament partiġġjan. Għallinqas jien hekk nifhimha. Il-punt lanqas m'hu li, hu u jikkummenta b'dan il-mod politikament motivat, il-gvern jagħmel użu mill-kredenzjali ġudizzjarji li dan suppost għandu biex imexxi inkjesti li huma politikament sensittivi. Ħadd m'għandu jibqa' [...]

Ġera warajh

By
2018-06-06T13:34:47+02:00Tue, 5th Jun '18, 07:47|

Għamlu pjaċir lilkom infuskom u araw lil Jacob Borg jiġri wara Keith Schembri tul it-triq mill-Qrati tal-Ġustizzja sa Kastilja. L-ewwel ħaġa li nosserva hija l-kundizzjoni fiżika tal-ġurnalista. Kont inkun b’nifsi maqtugħ bħal ta’ Kurt Farrugia nitla’ dik it-telgħa imma l-fatt li għandi kemmxejn aktar x’inġor mill-basket wara dahar Jacob Borg jispjega għala minix ġurnalista li [...]

Ir-raġunijiet għala l-PN jinsab daqshekk minn taħt (li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ Adrian Delia)

By
2018-06-04T18:48:59+02:00Mon, 4th Jun '18, 08:41|

Il-Partit Nazzjonalista kellu laqgħa tajba f'Ħaż-Żabbar il-bieraħ għallinqas kif jidher mit-tbissim fuq wiċċ dawk li jidhru fir-ritratti. Waħda mill-aktar sitwazzjonijiet ibsin għal kull politiku tasal kull meta, jkunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi, jkollhom iżommu espressjoni kalma fuq wiċċhom. Jibdew bil-kolazzjon bis-smigħ tal-Vesti la Giubba u bil-qari tal-Malta Today qabel jaqbdu t-triq li twassal biex iżommu ħajjin l-aspettattivi [...]

Kif iġib ruħu l-ħati

By
2018-06-04T18:51:19+02:00Mon, 4th Jun '18, 06:44|

Il-mod kif ġab ruħu Chris Cardona hu u jipprova jżomm fil-wiċċ wara li ħarrek lil Daphne Caruana Galizia meta din 17-il xahar ilu xandret l-aħbar li kien f'burdell m'hu xejn ħlief komportament ta' min fil-fatt huwa ħati. Min ikun innoċenti jidħol il-qorti, iġib ir-raġunijiet għaliex ħassu libellat, jippreżenta l-provi biex jirribatti dak li jkun ġie [...]

L-istqarrijiet finanzjarji tal-Kasco group juru li n-negozji ta’ Keith Schembri’s kellhom telf minn qabel l-elezzjoni tal-2013

By
2018-06-05T16:56:16+02:00Sun, 3rd Jun '18, 17:50|

Minkejja l-impressjoni li pprova jagħti li d-dħul li għandu minn negozji tiegħu huma tali li ma jistax jitħajjar li jkun korrott, l-istqarrijiet finanzjarji konsolidati li ġew ippreżentati mill-Kasco Group jindikaw li Keith Schembri ddikjara dħul minn negozji tiegħu li huwa ħafna inqas min dak li jistqarr li għamel. Fl-2011 il-Kasco Group iddikjara profitt miżeru ta' €18,895. [...]

Tal-AUM daħku bil-kummissjoni ta’ Martin Scicluna – skond eks-għalliem

By
2018-06-02T17:52:59+02:00Fri, 1st Jun '18, 13:08|

L-inkompetenza fenominali tal-istituzzjonijiet regolatorji Maltin hekk kif dawn jiġu wiċċ imb'wiċċ ma' ħallelin li jaħdmu qaqoċċa mal-gvern ta' Joseph Muscat issa nfirxet lil hinn mill-iskandlu tal-Pilatus Bank. Fil-każ ta' dan il-Bank l-aġenziji regolatorji Maltin, bil-kompliċità sħiħa ta' politiċi Maltin imxaħħma, ippermettew lil Ali Sadr li jibni struttura internazzjonali biex jiġu faċilitati l-ħasil tal-flus maħmuġin u [...]

Kif qalilna Joseph Muscat: il-monument ta’ Dom Mintoff huwa wieħed għall-preżent. U għall-ġejjieni.

By
2018-06-02T17:50:25+02:00Fri, 1st Jun '18, 09:48|

Bi ħsiebni nimxi fuq il-parir tal-prim ministru u lill-monument ta' Dom Mintoff fi Pjazza Kastilja mhux se nqisu bħala monument għall-imgħoddi iżda bħala monument għall-preżent u għall-ġejjieni. Il-ġurnaliżmu u l-istorja jikkumplimentaw lil xulxin. U mhux bi ħsibni noqgħod niftaħar. Anqas m'jien bi ħsiebni noqgħod nagħmel analiżi dwar Dom Mintoff u niġi naqa' u nqum dan [...]

Euronews jintervista lil Maria Efimova

By
2018-06-01T06:43:57+02:00Wed, 30th May '18, 16:08|

Il-bieraħ Maria Efimova tkellmet f'konferenza tal-whistleblowers u ġiet intervistata mill-Euronews. Ara l-intervista hawn. "Lil dawn in-nies, li jħossuhom tant b'saħħithom u li tant huma sinjuri li jidhrilhom li jistgħu jagħmlu li jridu, rrid nurihom li dan m'huwiex il-każ. Hemm Alla li qiegħed hemm  biex jiġġuduikahom. Alla m'huwiex se jiġi hu stess fid-dinja biex jikkastiga li [...]

Go to Top