Verita u Ġustizzja: Julian Delia

By
2018-12-18T07:21:32+01:00Tue, 18th Dec '18, 07:21|

https://youtu.be/hemM-4GlvmA L-għanqbuta tal-għasel, B’għan u skop li jgħaġġbek. Nirreklamaw il-pajjiż qisu ġenna fl-art, Nispekulaw bla qies, art il-ħela u l-iskart. Jiġu, jiġu biex ifittxu ħajja aħjar, Mingħalihom li ħa jsibu l-ġid, forsi jduqu l-kavjar; Mur fehmom li l-liġi taqdi biss lil kbar. Mur spjegalhom li fejn ġew probabbli agħar, Daħħala f’rashom li għandhom ħajjithom bid-dejn, [...]

Sit tal-aħbarijiet Taljan ta’ kontra l-Mafja jsejjaħ il-vjolenza kontra attivisti bħala “attakk fuq id-demokrazija”

By
2018-12-19T10:53:37+01:00Mon, 17th Dec '18, 18:03|

Antimafia Duemila, sit tal-aħbarijiet tal-fondazzjoni li kienet saret bħala tifkira ta' Giovanni Falcone u Paolo Borsellino, illum tkellem dwar l-attakk vjolenti li sar minn partitarji tal-gvern fuq attivisti ta' #occupyjustice li kienu qed iqiegħdu l-fjuri u x-xemgħat fil-Belt Valletta. F'dan l-attakk, li seħħ f'Misraħ l-Assedju l-Kbir, kien hemm żewġ persuni li refgħu jdejhom fuq marti [...]

Chris Cardona jerħilha lejn Liverpool

By
2018-12-17T17:34:03+01:00Mon, 17th Dec '18, 10:19|

Din l-istorja m'hix dwar xi żjara li għamel Chris Cardona f'Velbert. Għalkemm, m'għandniex xi ngħidu, Alla biss jaf fejn reħielha. Siefer biex isegwi partita futbol flimkien ma' sieħbu tal-kabinett Chris Agius, li jsibuħ bħala l-Wefi, u ma' oħrajn. Magħhom kien hemm Silvan u Matthew Fenech, kuġini ta' Yorgen Fenech tal-famuża 17 Black u wlied is-sidien [...]

Il-ħmura fil-Facebook wall ta’ Walls tiggarantixxi l-ġustizzja?

By
2018-12-17T17:32:57+01:00Mon, 17th Dec '18, 09:38|

Il-Kummissjoni ta' Venezja għamlet riferenza għan-numru kbir ta' tribunali li għandna f'Malta li huma presjeduti minn ġudikanti - li m'humiex imħallfin jew maġistrati - u li għandhom is-setgħa li jaqtgħu is-sentenzi. Iżda li dawn il-ġudikanti ma jħabblu rashom xejn dwar id-dmir tagħhom mhux biss li jkunu iżda li wkoll jidhru li huma imparzjali. Wieħed minn [...]

Meta jitkellmu x-“shit holes”

By
2018-12-17T17:30:45+01:00Sun, 16th Dec '18, 08:34|

Dawk li l-gvern għajjarhom "biased assholes" — jew inkella, skond il-burdata, "shit holes" — ma jistgħux jifhmu b'mod oġġettiv il-għala l-gvern qed jirrifjuta li jniedi nkjesta indipendenti dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.  Fil-frattemp, it-trolls tal-Labour qed jibqgħu jirrepetu d-diska li tliet persuni qed jistennew biex igħaddu ġuri b'rabta mal-qtil tagħha. U li din għandha [...]

#Reżistenza: Il-Korruzzjoni Toqtol

By
2018-12-15T08:25:22+01:00Sat, 15th Dec '18, 08:20|

Stqarrija ta' #Reżistenza: Malta hi infestata bil-korruzzjoni Il-Maltin kollha jaqblu li l-korruzzjoni tolqot kull aspett tal-ħajja soċjali u amministrattiva ta’ pajjiżna, iżda ftit huma dawk li jikkundannawha u jimpenjaw ruħhom kontra dan l-abbuż. Anzi, bosta huma tal-fehma li l-korruzzjoni ddawwar ir-rota ta’ l-ekonomija u timla’ il-bwiet ta’ kulħadd. Infakkru lill-politiċi kollha li huma qaddejja tagħna. [...]

Kisrulu drittijietu lil Konrad miskin.

By
2018-12-17T17:28:32+01:00Fri, 14th Dec '18, 18:10|

Konrad Mizzi lmenta li kisrulu drittijietu. Naqta' rasi li issa se joħorġu jgħidu li Konrad Mizzi huwa ċittadin ukoll u li għandu dritt jirrikorri għall-qorti daqs ħaddieħor. Hekk kienu qalu meta, flimkien ma' sħabu tal-klikka tal-Panama, appella minn sentenza tal-qorti li kienet iddeċidiet li għandha tibda' investigazzjoni dwar ir-reati kriminali li wettqu. M'għandiex xi ngħidu, [...]

Mit-tgħajjir ngħaddu għas-swat

By
2018-12-15T08:35:03+01:00Fri, 14th Dec '18, 09:26|

Wara l-inċident li seħħ il-bieraħ, tant kont għajjien li lanqas kelli l-enerġija naħseb u mteddejt norqod. Il-mara li tidher tgħajjat u titkellem ħażin f'dak il-video kienet qed tgħajjat u tkellem ħażin lill marti Clemence li dakinhar daħlet il-Belt Valletta ma' binha biex tixtrili rigal tal-Milied. Inzertat waqfet quddiem il-Mafkar biex tgħid kelma ma' wħud mill-attivisti [...]

Attivisti msawwta fi Triq ir-Reppublika llum

By
2018-12-13T15:26:24+01:00Thu, 13th Dec '18, 15:26|

Stqarrija ta' Repubblika Illum wara nofsinhar, grupp ta’ persuni nġabru quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir jgħajtu u jheddu numru t’attivisti li kienu qed jipprotestaw b’mod għal kollox paċifiku billi jqiegħdu fjuri u xemgħat quddiem il-Monument. F’ħin minnhom żewġ persuni sawwtu waħda minn dawk li kienu qed jipprotestaw, tajjrulha l-mobajl minn idejha, sabbtuh mal-art u kissruh. Dwar [...]

F’Jum ir-Repubblika

By
2018-12-13T12:04:58+01:00Thu, 13th Dec '18, 12:02|

Stqarrija ta' Repubblika: F’Jum ir-Repubblika ntennu x-xewqa tagħna li naraw riformi mhux biss politiċi u istituzzjonali, iżda wkoll kulturali fejn iċ-ċittadini jkunu konxji mid-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom ta’ ċitaddini responsabbli. Repubblika hi mħassba b’polarizzazzjoni politika estrema, distakk bejn il-ġenerazzjonijiet, politika ridotta għal transazzjoni, korruzzjoni istituzzjonalizzata, informazzjoni kkontrollata mill-gvern u kultura ta’ biża. Iżda Repubblika hi [...]

Joe Brincat se jagħmel kawża kontra l-gvern talli għattielu mafkar tant għal qalbu

By
2018-12-15T08:31:24+01:00Wed, 12th Dec '18, 08:56|

Wara dak il-patrijottiżmu falz u l-kliem ta' tifħir fil-konfront ta' mafkar, wara dik ix-xmara ta' dmugħ tal-kukkudrilli li qabżitilhom dwar il-fjuri u x-xemgħat li, skonthom, kienu qed jiddesakraw il-memorja tal-vittmi tal-gwerer, wara dak l-isteriżmu kollu li qabadhom dwar il-ħtieġa urġenti ta' restawr għall-kapolavur ta' Sciortino li biss jafu bih għax l-istampa tiegħu kienet tidher qabel [...]

F’ġieħ is-sewwa, fejn hu Neville Gafà?

By
2018-12-15T08:28:51+01:00Tue, 11th Dec '18, 17:10|

Chris Fearne keċċieħ. Imbagħad Joseph Muscat qal li qed jagħmel xogħol siewi u li ma kienx tkeċċa iżda kien ingħata transfer. Illum fil-Parlament Claudette Buttigieg lil tliet Ministri staqsiethom jekk Neville Gafà jaħdimx ma' Chris Fearne, ma' Carmelo Abela jew ma' Joseph Muscat. Ilkoll wieġbu fin-negattiv. Għalkemm jista' jkollna fehma differenti minn dik li għandu [...]

Tmewwiġ

By
2018-12-15T08:30:09+01:00Tue, 11th Dec '18, 10:49|

Ftit li xejn wieħed jista' jara minn dak li jkun qed jiġri bejn l-erba' ħitan tal-Partit Laburista. Iżda minn żmien għall-ieħor jidhru xi sinjali ta' tmewwiġ. Bħalissa rjus kbar fil-Partit qegħdin jitkarrbu ma' Joseph Muscat biex jibqa' mexxej tal-partit u prim ministru. Wieħed minn dawn il-karraba huwa Alfred Sant. Joseph Muscat jeħtieġ li jsib skuża [...]

Illum fi Triq ir-Repubblika

By
2018-12-10T17:10:58+01:00Sat, 8th Dec '18, 19:54|

Kemm ilha li nqatlet Daphne Caruana Galizia, l-attivisti għall-verità u l-ġustizzja ma tantx kellhom b'xiex jifirħu. Din il-kwistjoni m'hix kerha biss minħabba l-bidu faħxi tagħha. Hi kerha għaliex il-Partit Laburista xewwex tant persuni biex jiġi attakkat id-dritt li wieħed jipprotesta, li l-protesti nnifishom qed jitpinġew bħallikieku huma xi atti llegali. It-tqegħid tal-fjuri u x-xemgħat qed [...]

Repubblika fil-Jum Internazzjonali Kontra l-Korruzzjoni

By
2018-12-08T13:15:07+01:00Sat, 8th Dec '18, 13:15|

Id-9 ta’ Diċembru hu l-jum internazjonali iddedikat għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni li, bil-mod il-mod, tattakka u tnawwar l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiż. Repubblika tesprimi t-tħassib tagħha għall-mod kif f’pajjiżna l-korruzzjoni saret qisha qarnita li firxet s-swaba tagħha f’kull istituzzjoni u f’kull sfera tas-soċjetà tagħna. Żgur li kull fejn kien hemm u hemm il-bniedem, teżisti l-korruzzjoni, iżda [...]

Jibqa’ jew idabbar rasu?

By
2018-12-10T17:09:31+01:00Fri, 7th Dec '18, 16:05|

Tal-#occupyjustice sejjħu għar-riżenja ta' Adrian Delia. Għall-bidu forsi seta' kien hemm min deherlu li dawn qed jeżaġeraw xi naqra żżejjed. Lil Saviour Balzan, Adrian Delia kien għadu kemm qallu li dawn kienu ħbieb tiegħu, stqarrija ma tantx niżlitilhom għasel. Is-sejħa tagħhom għar-riżenja tiegħu issejset fuq raġunijiet validi. Kull min jokkupa l-kariga ta' Kap tal-Oppożizzjoni m'għandu [...]

Portals tal-aħbarijiet foloz taparsi tas-CNN bi propaganda favur il-gvern ta’ Malta

By
2018-12-10T17:08:41+01:00Thu, 6th Dec '18, 12:48|

Qed jitfaċċaw riklami sponsorjati fin-newsfeeds tal-Facebook ta' diversi Maltin ġejjin minn website falza tal-fake-news li ġġib l-isem organicdecors.com li fiha ritratt tal-prim ministru Joseph Muscat u li fiha hemm imħabbar "l-ikbar investiment s'issa f'Malta". Jekk jikklikkja fuq il-link mill-istess newsfeed, qarrej ikun jista' jidħol f'paġna bl-URL www.organicdecors.com li, għal min mhux imħarreġ sew f'dan ir-rigward, tidher [...]

A Borg Cardona: Illum fil-Qorti

By
2018-12-10T17:07:47+01:00Wed, 5th Dec '18, 13:07|

Andrew Borg-Cardona llum kien fl-Awla tal-Qorti fejn Matthew Caruana Galizia xehed dwar il-memorji tiegħu tal-jum li fih ommu nqatlet b'karozza bomba. Illum kont il-Qorti għall-kumpilazzjoni tal-evidenza dwar l-allegati qattiela ta' Daphne Caruana Galizia.  Is-soltu ma nattendix għal dan it-tip ta' każijiet, għax ma nispeċjalizzax f'dan il-qasam ta' liġi, iżda għal raġunijiet ovvji, huwa importanti li [...]

Arroganza tal-Mafjużi

By
2018-12-10T17:06:23+01:00Tue, 4th Dec '18, 15:01|

Il-mod kif ġabu ruħħom Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Chris Cardona il-bieraħ fil-Parlament kien wieħed li jqażżek. Laħqu l-qiegħ bid-disprezz li wrew lejn il-Parlament. Dawn huma nies li jippretendu li kulħadd għandu jinkinalhom minħabba l-kariga li jokkupaw. Dawn huma nies li jġiegħlu lil dawk li huma qaqoċċa magħhom biex jiddefenduhom u jattakkaw lil dawk li [...]

Ma jkunx aħjar jekk tal-mannara jigdem ftit ilsienu?

By
2018-12-04T15:07:51+01:00Tue, 4th Dec '18, 07:43|

F'dawn l-aħħar ġranet Godfrey u Marlene Farrugia sabu ruħħom kemmxejn iżolati fil-Parlament. It-tmexxija tal-PN tidher li qed tiffoka l-fissazzjonijiet tagħha fuqhom u qed titkellem dwarhom bħallikieku dawn kienu l-kaġun tat-telfa fl-elezzjoni. Fl-istess waqt, tal-Labour erħilhom juru d-disprezz fil-konfront tagħhom għax f'għajnejhom dawn huma tradituri. Il-koppja Farrugia wrew kuraġġ kbir meta ddisassoċjaw ruħħom mill-ħmieġ tal-gvern Laburista [...]

Go to Top