About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Nefqu €438,804.41 minn flusek biex ifaħħru l-baġit tas-sena d-dieħla

By
2021-10-27T16:18:59+02:00Wed, 27th Oct '21, 09:23|

Ritratt: Jonathan Borg Il-gvern ma jsegwi ebda regoli u m'hemm ħadd li jista' jgħarbel il-mod kif jonfoq flus pubbliċi f'dak li huma riklamar u relazzjonijiet pubbliċi.  F'bosta pajjiżi oħra jeżistu liġijiet li ma jippermettux ministri li jonfqu flus il-poplu f'propaganda partiġġjana. Kull gvern huwa fid-dmir li jinforma lill-poplu dwar dak kollu li jkun [...]

Il-prijoritajiet jidher li nsejniehom

By
2021-10-27T16:26:27+02:00Tue, 26th Oct '21, 10:52|

Minn stħarriġ li sar jirriżulta li madwar 5,000 tifel u tifla tal-iskola m'għandhomx l-użu ta' laptop biex ikunu jistgħu jsegwu lezzjonijiet online. Dawn it-tfal tilfu l-biċċa mdaqqsa mill-iskola tagħhom matul is-sena l-oħra meta ngħalqu l-iskejjel. U issa se jitilfu l-opportunità li jikkomunikaw ma' sħabhom li jistgħu jużaw il-Google, jistaqsu mistoqsijiet lill-għalliema permezz tal-messaġġi u jaqsmu [...]

Erġa’ għidilna l-għala Konrad Mizzi għadu sal-lum jiġri barra

By
2021-10-25T18:11:46+02:00Mon, 25th Oct '21, 15:43|

Kien issemma' fl-iskandlu tal-Panama Papers tal-2016. Inkixef li ħoloq struttura finanzjarja biex ikun jista' jirċievi flejjes ġejjin mit-tixħim. Inkixef mill-Awditur Ġenerali li kien indaħal direttament fit-tqassim ta' kuntratti pubbliċi. Inkixef li kellu x'jaqsam mal-bejgħ tal-ishma tal-Enemalta lil Shanghai Electric. Inkixef dwar in-negozju tal-Montenegro. Inkixef dwar in-negozju tal-Vitals. Inkixef li kiser il-kunfidenzjalità dwar il-proġett tal-ITS. Naqas [...]

La jibża’ minn dellu u lanqas m’hu ġifa. Huwa biss kriminal.

By
2021-10-26T10:13:21+02:00Mon, 25th Oct '21, 10:55|

Ara ma jkunx hemm min jgħaddilu minn moħħu li Konrad Mizzi jinsab beżgħan mill-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi. Il-biża' m'għandha x'taqsam xejn. Li kieku kien beżgħan, kien jattendi għas-seduta u kien jimbarazza lilu nnifsu hu u jwieġeb ripetutament li "jagħżel li ma jweġibx" jew kien iqabbad lill-avukat biex iwieġeb f'dan is-sens floku. Konrad Mizzi jaf [...]

Joseph Muscat imsejjaħ bħala xhud tad-difiża fil-proċess kriminali kontra Matteo Salvini dwar ħtif ta’ migranti

By
2021-10-24T19:52:38+02:00Sun, 24th Oct '21, 09:18|

Joseph Muscat ser jissejjaħ biex jixhed flimkien ma' xhieda oħrajn fil-ġuri kriminali ta' Matteo Salvini, il-kap tal-partit lemini l-Lega fl-Italja u eks Ministru tal-Intern li jinsab mixli bi ħtif ta' persuni wara li, għal bosta ġranet, ma ppermettix li vapur ta' NGO Spanjola jidħol fil-port ta' Lampedusa b'147 migranti abbord. Għalkemm Joseph Muscat huwa biss [...]

Uliedna diġà qed jisħtuna

By
2021-10-23T23:00:36+02:00Fri, 22nd Oct '21, 10:17|

Niksaħ meta niftakar bil-mod kif Ian Borg qiegħed kliemu meta tkellem favur il-ħtieġa tal-bini ta' metro: 'Jekk nibqgħu ma nagħmlu xejn, uliedna għad jisħtuna'. Qatt f'ħajti ma niftakar li kkwotajt lil Ian Borg dwar xi ħaġa li qbilt magħha. Jekk dak li qal Ian Borg jitneħħa mill-kuntest speċifiku tal-idea li tinbena metro u għal mument [...]

Merħla mogħoż

By
2021-10-21T19:17:04+02:00Thu, 21st Oct '21, 10:10|

Jidher li mhux biżżejjed għall-membri ta' dan il-gvern il-kważi ċertezza li ċ-ċens li għandhom fuq is-siġġu tas-setgħa ser jiġġeddidilhom għal 5 snin oħra. Xorta waħda jħossu l-ħtieġa li l-qilla tat-trolls jinfexxuha fuq l-avversarji tagħhom li ta' sikwit itemmu n-nuqqas ta' argumenti li jġibu bil-kliem “erbgħin elf” u bi stampa ta' ringiela lumi. Araw ftit x'għoġbu [...]

Ser ikun ħaqqna dak li hemm lest għalina?

By
2021-10-20T15:33:18+02:00Wed, 20th Oct '21, 08:12|

L-istorja ewlenija tal-lum tat-Times of Malta dwar id-diskors tal-bieraħ ta' Robert Abela hi verżjoni kemxejn inqas ironika ta' dak li ktibt jien dwar it-temi tal-baġit u dwar it-tweġiba għalih tal-oppożizzjoni. L-aqwa żmien kien biss il-bidu. Iċ-ċejċa għad irridu nmaxtruha. Robert Abela qalilna lbieraħ li qed jilmaħ “prosperità ġdida”. Tajjeb li jkollok prim ministru li juri [...]

Ma jistax jgħaddiha lixxa

By
2021-10-20T15:37:16+02:00Wed, 20th Oct '21, 07:27|

Wara li kien injora żewġ stediniet li għamillu l-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi biex iwieġeb għal mistoqsijiet dwar il-kuntratti tal-enerġija li hu stess kien innegozja u ffirma, ilbieraħ Konrad Mizzi qal li kien biħsiebu jilqa' t-tielet stedina li saritlu. Stqarr li ma riedx lil dawk il-mingħulin ta' Nazzjonalisti "jaljenaw" lill-poplu mid-diskors kbir li kien għamel Robert [...]

Aqwa mill-aqwa żmien

By
2021-10-19T20:15:06+02:00Tue, 19th Oct '21, 09:50|

Titħabbarx formalment jew le fis-sigħat li ġejjin, l-elezzjoni ġenerali tinsab wara l-bieb. L-ewwel nett, wasalna. Ma jistax jingħad li tkun elezzjoni "bikrija" jekk issir 6 xhur qabel żmienha. It-tieni, l-partit fil-gvern issa ilu żmien twil imexxi l-kampanja tiegħu bl-istess ħeġġa li wera fl-elezzjonijiet tal-2013 u tal-2017. Dawn l-elezzjonijiet kienu ġġilduhom bħallikieku kienu minn taħt fis-sondaġġi [...]

Tajjeb li tkun taf bil-qerq li hawn madwarna

By
2021-10-20T18:37:57+02:00Mon, 18th Oct '21, 10:27|

F'dawn l-aħħar ġranet tgħallimt affarijiet ġodda li messni kont nafhom. Iżda ma kontx nafhom u għaldaqstant jista' jagħti l-każ li lanqas int li qed taqra' ma taf bihom. Temminx 'l għajnejk meta l-mobile jindika li t-tali persuna minn fost il-kuntatti tiegħek tkun qed iċċempillek. Għaliex jista' jċempillek xi ħadd li jagħmel tabirruħu li huwa persuna [...]

Fidwa għall-kotra

By
2021-10-17T16:57:57+02:00Sun, 17th Oct '21, 01:43|

Din hi l-omelija ta’ Patri Charlò Camilleri, O.Carm. waqt il-quddies ilbieraħ b’suffraġju għal Daphne Caruana Galizia: F’dan il-jum li fih inġbarna hawnhekk biex infakkru l-ħajja u l-qtil ta’ Daphne, u nitolbu għall-mistrieħ tagħha ta’ dejjem, filwaqt li nqiegħdu tamietna f’Alla li kif tlabna fis-Salm “It-tjieba tiegħu hija fuqna” u li “hu l-għajnuna u t-tarka tagħna”, [...]

Daphne mfakkra

By
2021-10-16T18:31:08+02:00Sat, 16th Oct '21, 17:27|

Dawn ir-ritratti nġibdu minn Simon Sansone waqt laqgħa fis-skiet li saret fil-Bidnija aktar kmieni llum wara nofsinhar. Aktar dettalji dalwaqt.

Id-dlam jintrebaħ bid-dawl tal-ħeġġa u tad-determinazzjoni

By
2021-10-16T13:22:28+02:00Sat, 16th Oct '21, 09:37|

Dalgħodu qgħadt inħabbel moħħi biex insib il-kliem li huwa adattat biex titfakkar ir-raba' sena minn dak il-jum iswed li fih inqatlet Daphne. Moħħi beda' jberren dwar ideat li kont għadni ma ħsibtx dwarhom u dwar dak li, f'dawn l-aħħar erba' snin, għadu ma ngħadx. Moħħi berren ukoll dwar kliem li għadhom ma tlissnux u dwar [...]

Kampanja ta’ intimidazzjoni u ta’ miżinformazzjoni biex iħawdu l-imħuħ tal-ġurati

By
2021-10-16T11:10:19+02:00Fri, 15th Oct '21, 10:39|

Il-fatt li Yorgen Fenech ilu arrestat għal kważi sentejn u mistenni li jgħaddi ġuri fejn jista' jeħel għomru l-ħabs bis-saħħa tal-fatt li l-prosekuzzjoni għandha biżibilju ta' provi li juru li huwa kompliċi fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia ma jfissirx li l-ġustizzja tinsab wara l-bieb. Malta kellha ġuri ieħor simili dwar attentat ta' qtil li forsi [...]

Erba’ snin mill-qtil ta’ Daphne, NGOs li jirrappreżentaw il-libertà tal-kelma jinsabu f’Malta

By
2021-10-14T21:20:56+02:00Thu, 14th Oct '21, 11:24|

Dalgħodu, rappreżentanti tal-NGOs dwar il-libertà tal-kelma marru biswit il-mafkar fejn ta' spiss isiru l-protesti favur il-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia fil-Belt Valletta u dan bħala parti mill-missjoni tagħhom f'Malta biex ifakkru r-raba' anniversarju mill-qtil tagħha. Rappreżentanti ta' ARTICLE 19, il-Committee to Protect Journalists (CPJ), il-European Centre for Press and Media Freedom (ECPMF), il-European Federation of [...]

Jeħtieġ li nibqgħu hemm sal-aħħar

By
2021-10-12T19:38:04+02:00Tue, 12th Oct '21, 11:02|

Ftit hemm dubju li d-diskors tal-budget kien intenzjonat biex iġedded iċ-ċens tal-Partit Laburista fuq is-siġġu tas-setgħa politika. Tfassal biex jagħmel proprju dan, ikun hemm kemm ikun hemm dubji dwar il-kredibilità ta' dak li ngħad. Madankollu ma nistgħux ninsew li l-kwistjoni dwar it-tiġdid taċ-ċens fuq is-setgħa politika mhix il-problema ewlenija. Il-ħallelin kienu ħejjew pjan sabiex ir-riżultat [...]

Go to Top