About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Irid biss li jsaħħan is-siġġu?

By
2020-10-14T17:28:11+02:00Wed, 14th Oct '20, 14:24|

Il-Ħadd li għadda Raphael Vassallo xandar intervista li huwa għamel lil Adrian Delia. Matul l-intervista, Raphael Vassallo talab lil Adrian Delia jirreagixxi għal dak li, skont hu, jien kont ktibt fis-sens li hu għandu jwarrab mill-Parlament. Jekk Raphael Vassallo kien qed jirreferi għal dak li jien ktibt dwar x'għandu jagħmel Adrian Delia wara li tilef [...]

“Jien naf lil Malta,” stqarr ħalliel ieħor.

By
2020-10-13T16:33:11+02:00Tue, 13th Oct '20, 15:18|

Illum Ċipru għadu kemm ħabbar permezz tat-Twitter li m'hux bi ħsiebu jkompli jbiegħ il-passaporti tiegħu. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li seħħet kontroversja hekk kif f'Awwissu li għadda lill-ġurnalisti ta' Al Jazeera li ppużaw bħala aġenti ta' klijent, l-iSpeaker tal-Parlament Ċiprijott qalilhom li seta' jirranġa biex jinħarġu passaporti Ewropej f'isem persuni maħrubin li huma mfittxijin mill-pulizija [...]

Gidba ta’ sinjifikat kbir

By
2020-10-09T14:01:18+02:00Fri, 9th Oct '20, 07:45|

Agħtu daqqa t'għajn lejn 07:17 ta' dan l-estratt mill-filmat tal-intervista ma' Joseph Muscat li xxandar din il-ġimgħa fuq TVM. L-intervistatur kien appik li jistaqsi mistoqsija dwar x'kien għamel  Joseph Muscat meta sar jaf dwar il-kumpanniji sigrieti tal-Panama ta' Konrad Mizzi u ta' Keith Schembri. Iżda Joseph Muscat ħaseb li l-mistoqsija kienet ser tkun waħda differenti. [...]

Tliet Snin għal Daphne

By
2020-10-12T11:36:56+02:00Thu, 8th Oct '20, 16:38|

Stqarrija għall-Istampa Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com ser ifakkru t-tilet anniversarju mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia b'sejħa mill-ġdid għall-ħruġ tal-verità u għat-twettiq tal-ġustizzja. Minħabba r-restrizzjonijiet kaġunati mill-imxijja Covid-19, l-attivitajiet ser ikunu live streamed u dawk li ser jieħdu sehem huma mistiedna li jipparteċipaw b'mezzi elettroniċi. t Dan li ġej huwa l-programm tal-attivitajiet: It-Tlieta 13 ta' Ottubru [...]

Iċċarrat il-ħajt

By
2020-10-08T13:08:38+02:00Thu, 8th Oct '20, 11:38|

Fit-tieni sular tad-Dar Ċentrali tal-PN hemm l-uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali. Dan l-uffiċċju jinsab fil-qalba tal-makna tal-partit u jinsab imdawwar mill-uffiċċji ta' impjegati għolja tal-partit, ta' konsulenti, ta' amministraturi u ta' dawk li jaħdmu fil-qasam tal-komunikazzjoni. M'hemmx numru kbir minn dawn, iżda l-ftit li hemm jaħdmu minn hawn. Meta tliet snin ilu Clyde Puli kien leħaq segretarju [...]

Stadju bikri

By
2020-10-07T21:16:38+02:00Wed, 7th Oct '20, 15:11|

Għadna kemmxejn lura milli nibdew niġbdu l-konklużjonijiet. Madankollu nistgħu nitkellmu liberament fuq dak qed qed naraw b'għajnejna. Minn nhar is-Sibt 'l hawn, Bernard Grech kellu numru żgħir ta' impenji pubbliċi. Nhar il-Ħadd li għadda ħareġ bi pjan ta' inizjattivi u ta' tibdiliet. Nhar it-Tnejn, xandar lista ta' talbiet u wera' x-xewqa li jiddiskutihom mal-Prim Ministru. [...]

Dakinhar li x-xilep kien diġà ġewwa

By
2020-10-05T18:51:04+02:00Mon, 5th Oct '20, 17:46|

Il-Partit Laburista u l-fornituri lokali tal-kuntratt tal-enerġija li maż-żmien kellu jsir magħruf bħala Electrogas kienu ftehmu dwar il-kundizzjonijiet tal-kuntratt fiż-żmien meta tal-Labour kienu għadhom fl-oppożizzjoni. Dan jista' jfisser li n-negozjanti li kellhom jirbħu l-kuntratt tal-gvern spiċċaw biex iffinanzjaw lill-Partit Laburista. Din ix-xilja hi miċħuda minn kull min kellu x'jaqsam mal-kuntratt. Madankollu issa għandna konferma - [...]

Full Up, ħi.

By
2020-10-05T13:29:52+02:00Mon, 5th Oct '20, 09:16|

Wieħed seta' jobsor x'kienet ser tkun l-ewwel reazzjoni tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ta' Bernard Grech is-Sibt li għadda. “Rebħet il-fazzjoni ta' Simon Busuttil” qalulna. Kienet stqarrija ta' ammissjoni  li ż-żiemel tagħhom kien tilef. Lill-fazzjoni ta' Simon Busuttil sejjħulha wkoll bħala waħda li "trid li ddaħħal l-immigranti f'Malta" - stqarrija li anki għalihom kienet waħda stramba. Robert [...]

Iċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Mezzi tax-Xandir jikkundanna theddid fil-konfront ta’ ġurnalisti fil-Belt Valletta llum

By
2020-10-01T21:23:04+02:00Thu, 1st Oct '20, 18:18|

Fi stqarrija li ħareġ illum wara nofsinhar iċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Mezzi tax-Xandir ikkundanna l-insulti li sab ma' wiċċu l-ġurnalista Taljan Nello Scavo hu u ħiereġ mill-bini tal-Qorti fil-belt Valletta aktar kmieni llum. Scavo illum xehed fil-kawża kriminali li għamel kontra Neville Gafà minħabba theddid li sar fil-konfront tiegħu fuq mezzi elettroniċi. Hu u [...]

Simon Mercieca ser ikun mixli b’disprezz lejn l-awtorità tal-qorti

By
2020-10-02T14:54:42+02:00Thu, 1st Oct '20, 15:04|

Ir-reġistratur tal-qorti għadu kemm ippreżenta kawża kontra l-kummentatur Simon Mercieca u xlieh b'disprezz tal-qorti wara li għażel li jinjora ordni tal-qorti biex ma jixxandrux recordings li qed jinstemgħu fil-magħluq fil-kumpilazzjoni fil-kawża li l-pulizija qed tagħmel kontra Yorgen Fenech. Ir-recordings kienu nstemgħu fil-magħluq għaliex jifformaw parti mill-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin u l-Maġistrat Rachel Montebello li qed [...]

Lill-Amerikani se niġu mġiegħlin inċedulhom?

By
2020-09-28T15:27:00+02:00Mon, 28th Sep '20, 08:17|

Il-bieraħ tal-Malta Today xandru rapport fis-sens li s-Segretarju tad-Difiża Amerikan mistenni li jżur Malta sabiex jipperswadi lill-gvern Malti jiffirma ‘status of forces agreement’, magħruf bħala SOFA. Din il-kwistjoni kienet tqajjmet ukoll fl-imgħoddi. Il-gvern tal-Istati Uniti xejn ma jieħu pjaċir meta uffiċjali li jilbsu xi uniformi tal-pajjiż jitressqu l-qorti f'xi pajjiż ieħor. Nieħdu eżempju. Baħrin fuq [...]

Skont Robert Abela, lil Joseph Muscat kienu ġiegħluh iwarrab

By
2020-09-27T13:39:02+02:00Sun, 27th Sep '20, 08:14|

Robert Abela tmeżmeż meta Jacob Borg staqsieh mistoqsijiet dwar Joseph Muscat. Huwa wieġeb li m'għandux ikun hemm aktar konsegwenzi għal Muscat wara li kienu nkixfu l-istejjer dwar l-imġieba tiegħu meta kien għadu prim ministru. Huwa warrab, Abela qal lill-ġurnalist u għaldaqstant kien "ħallas il-prezz" li kellu jħallas. Jaqbdek id-daħk meta tisma' persuni li għandhom karigi [...]

Il-paniku tabilħaqq qed jagħmel tiegħu

By
2020-09-25T22:42:10+02:00Fri, 25th Sep '20, 15:37|

Joseph Muscat illum fetħilha kontra l-blogger Amerikan dwar il-kriminalità finanzjarja Kenneth Rijock u għajjru "frodist" wara li l-Amerikan kiteb b'ċertu dettall dwar investigazzjonijiet li ilu jgħid li qed isiru dwar l-imġieba tal-eks prim ministru. Kenneth Rijock kiteb li l-awtoritajiet Taljani qed jinvestigaw lil Joseph Muscat. U Joseph Muscat wieġeb li dan m'huwiex minnu. Issa jien [...]

Waqt li konna qed nissieltu fit-toroq, ta’ Gasan fejn kienu?

By
2020-09-25T13:36:40+02:00Wed, 23rd Sep '20, 15:21|

Wara li għadda dan iż-żmien kollu li fih intqalu u twettqu bosta affarijiet, fl-istqarrija li ħarġu llum il-membri tal-familja Gasan (aqrawha hawn taħt) jagħmlu tabiruħħom li jinsabu mbellħin bil-korruzzjoni marbuta mal-kuntratt tal-Electrogas u bl-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia li seħħ biex titgħatta din il-korruzzjoni. Dawn stqarrew dan li ġej: “Niddikjaraw li jekk jirriżulta li dawn [...]

Hemm ukoll is-sodisfazzjon

By
2020-09-22T20:47:22+02:00Tue, 22nd Sep '20, 07:55|

M'għandniex xi ngħidu, m'għandniex għalxiex noqgħodu niżżu ħajr lill-istituzzjonijiet tagħna għaliex dawn f'daqqa waħda qamu mir-raqda ħelwa li kienu fiha u ffriżaw il-ġid ta' Keith Schembri meta dan il-pass kien messhom għamluh erba' snin ilu. Iżda jeħtieġ li nirrikonoxxu li l-affarijiet żviluppaw ħafna aktar milli seta' mmaġina Keith Schembri wara li f'April 2017 kien qara' [...]

Għandna għalxiex inħossu xi ftit tal-imrar

By
2020-09-22T09:19:07+02:00Tue, 22nd Sep '20, 07:49|

Għandna għalxiex inħossu xi ftit tal-imrar. L-ordni li nħarġet mill-qorti l-bieraħ biex il-ġid ta' Keith Schembri jiġi ffriżat waslet, kif stqarrew diversi kummentaturi, erba' snin tard. Agħtu daqqa t'għajn lejn dak li kiteb dwar din il-kwistjoni Jacques Rene Zammit. Dak li seħħ il-bieraħ kien messu seħħ fiż-żmien meta kienu nkixfu l-Panama Papers. Żmien li matulu [...]

Qorti tordna l-iffriżar tal-ġid ta’ Keith Schembri sakemm jintemmu investigazzjonijiet dwar ħasil ta’ flus: ġie ffriżat ukoll ġid tal-familja u ta’ impjegati ta’ Nexia BT

By
2020-09-21T19:47:38+02:00Mon, 21st Sep '20, 19:25|

L-Avukat Ġenerali llum irċieva ordni mill-qorti sabiex jiġi ffriżat il-ġid kollu ta' Keith Schembri, dak li kien iċ-chief of staff ta' Joseph Muscat. L-ordni tgħodd ukoll għall-ġid ta' martu, il-ġenituri tiegħu u l-familja tiegħu, il-kumpanniji kollha li għandu li jiffurmaw parti mill-Kasco Group, għal Brian Tonna ta' Nexia BT u diversi mpjegati li jaħdmu ma' [...]

Jeħtieġ li tagħmel għażla

By
2020-09-19T08:58:21+02:00Fri, 18th Sep '20, 13:18|

Għandi għalxiex nifhem li hemm uħud li ppretendew li, bis-saħħa tal-proċess tad-due diligence, t-tmexxija tal-PN kellha teskludi lil Adrian Delia mit-tellieqa. Jien wieħed minn dawk li jidhrilhom li, għalkemm din l-esklużjoni ċertament setgħet tagħmlu, m'għamlithiex għal raġunijiet ta' konvenjenza politika biex Delia jkun jista' jitlef vot b'mod definittiv permezz ta' votazzjoni mit-tesserati. Iżda wara li [...]

Għada jmiss lil Owen

By
2020-09-17T12:23:41+02:00Thu, 17th Sep '20, 11:28|

Għada mistenni li jixhed Owen Bonnici quddiem il-bord tal-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Jista' jagħti l-każ li ser ikollu jispjega l-għala kuljum kien jiċċensura l-protesti li kienu jsiru fil-Belt Valletta favur il-verità u l-ġustizzja għal Daphne u dan sakemm il-qorti ddikjaratu ħati talli kiser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem u talli żera' l-firda fil-pajjiż. Jew [...]

Sur Deputat Prim Ministru, mhux minnu li ntrefgħet ir-responsabbiltà politika

By
2020-09-16T22:45:22+02:00Wed, 16th Sep '20, 12:39|

 Chris Fearne illum stqarr li Joseph Muscat - dak iż-żmien prim ministru - kien qallu li hu biss kellu d-dritt jiddeċiedi dwar il-futur ta' Keith Schembri. U mhux il-kabinett jew il-grupp parlamentari. Hu biss. Chris Fearne tkellem bħallikeku dak li qallu Muscat kien aċċettah u bħallikieku l-lezzjoni kien tgħallimha: qal li l-kariga ta' chief of [...]

Go to Top