Din m’hix ġustizzja. Fil-5 ta’ Jannar nerġgħu noħorġu biex nipprotestaw.
Fi stqarrija li xxandret dalgħodu, Repubblika, #occupyjustice u din il-website qalu jinsabu rrabjati u mħassbin dwar dak li qed iseħħ f'pajjiżna. Bosta huma dawk li fehmu li l-cover-up għat-tiġrif istituzzjonali tad-demokrazija tagħna qed tiġi mpinġija bħallikieku hi xi ħaġa normali. Pajjiżna jeħtieġ viżjoni ġdida b'riżq il-bini ta' soċjetà, ekonomija u demokrazija li jkunu sostenibbli u [...]