About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Kompli ħaffer Ros!

By
2023-03-22T14:26:51+01:00Wed, 22nd Mar '23, 12:59|

Kull min għadu qed jittama li l-konversazzjonijiet tal-WhatsApp li nkixfu u li għaddew bejn Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech huma foloz għandu jifhem li Rosianne Cutajar stqarret pubblikament li dawn il-konversazzjonijiet huma awtentiċi. Illum talbet lill-qorti u lill-avukat ġenerali biex "jittieħdu passi" kontra Mark Camilleri talli dan xandarhom. Li kieku ma kienux awtentiċi, ma kienitx [...]

X’iwassal biex konversazzjonijiet tal-WhatsApp mal-eks maħbub tiegħek jixgħalu pajjiż sħiħ?

By
2023-03-22T12:24:31+01:00Wed, 22nd Mar '23, 09:39|

Pubblikament qed nagħmel ħilti kollha biex ma nitkażax bil-kontenut taċ-chats bejn Cutajar u Fenech għalkemm, bejn l-erba' ħitan ta' dari, nammetti ma qgħadtx lura milli nkemmex xufftejja. Qed igħaddu wkoll minn għala widnejja l-kummenti ta' xi wħud li qed jistaqsu għandniex noqgħodu nissindikaw l-imġieba ta' ħaddieħor, anki jekk dik il-"ħaddieħor" inzerta li hi membru parlamentari [...]

Il-ħadma tal-imtieħen tar-riħ tal-Montenegro: Robert Abela għadu “diżgustat”?

By
2023-03-21T11:29:24+01:00Tue, 21st Mar '23, 09:05|

F'Ġunju tal-2020, Robert Abela kien ilu Prim Ministru għal anqas minn 6 xhur. Dan kien żmien li matulu xterdet l-aħbar li, fuq medda ta' 3 ġimgħat, l-Enemalta kienet imliet il-bwiet ta' Yorgen Fenech bi kważi €5 miljun biex dan seta' jagħmilha ta' sensar f'negozju li sewa' inqas minn nofs il-flus li kien daħħal f'butu. Dan [...]

Qerq li jixraqlu li jixxarrab b’beżqa

By
2023-03-19T17:47:58+01:00Sun, 19th Mar '23, 11:03|

Jidher li t-tmexxija tal-Partit Laburista baqgħet storduta bid-damdima li qalgħet wara li l-qorti qatgħet is-sentenza u ddikjarat li l-privatizzazzjoni tal-isptarijiet li tant kienu ftaħru biha mhux biss kienet waħda illegali iżda kienet wkoll waħda qarrieqa u frawdolenti. Is-sentenza li tat il-qorti ma jidhirx li ssorprendiethom daqshekk. Fil-fatt ma tantx damu biex iddikjaraw li ma kienx [...]

Ġidra

By
2023-03-17T21:25:04+01:00Fri, 17th Mar '23, 14:35|

Kont qed intella' u nniżżel għandix naqsam dan il-filmat magħkom. Dan inġibed minn fuq screen u li juri silta minn programm ta' TVM li hu intenzjonat li jwassal lit-telespettaturi tagħrif edukattiv dwar is-saħħa. Tat-TVM jistiednu tobba kwalifikati u jaqfluhom f'kamra flimkien ma' baħnan u ġidra mill-aktar inkompetenti f'verżjoni perversa ta' Big Brother li matulu t-tabib [...]

Ikun tajjeb jekk nagħmlu xi ftit tal-paraguni

By
2023-03-16T10:51:31+01:00Thu, 16th Mar '23, 07:41|

Xi ġranet ilu, ktibt dwar "l-għarbiel ta' Lawrence Gonzi" jien u nagħmel paragun bejn il-livell ta' governanza mill-2013 'l hawn u l-livelli li konna mistennijin li nilħqu qabel dik is-sena. Minħabba dak li ktibt, kien hemm min ħa għalih u kien hemm min fakkarni li żmien Gonzi kien mimli difetti u l-iżbalji li kienu saru [...]

Il-ħadma tal-Isptarijiet: bomba li għad trid tisplodi?

By
2023-03-13T21:53:12+01:00Mon, 13th Mar '23, 07:07|

Wara li għamel jiem u ġimgħat sħaħ jinjora problema kbira li mingħalih seta' jsib tarfha billi jidfinha taħt it-trab, Robert Abela stembaħ - x'aktarx li heżżu s-sondaġġ tal-Malta Today tal-bieraħ - u stqarr li kien ser jaħdem biex jintraddu lura l-miljuni li kienu tħallsu lil Steward biex jitranġaw l-isptarijiet. Bil-fatt li dam dan iż-żmien kollu [...]

Tellieqa bejniethom dwar min għandu l-ħila jaħtaf l-aktar

By
2023-03-10T23:13:11+01:00Fri, 10th Mar '23, 06:52|

Il-bieraħ Bernard Grech laqat il-musmar fuq rasu. Fl-għaxar sena ta' gvern Laburista nfakkru deċennju li matulu l-imġieba bażika f'dik li hi governanza ġiet injorata b'mod sistematiku u l-politika ma baqgħetx strument li bis-saħħa tiegħu jseħħu tibdiliet li jkunu fl-interess pubbliku, iżda nbidlet f'għodda li tintuża bil-għan li jinqdew l-interessi tal-bażużli. Tal-Partit Laburista wieġbu billi stqarrew [...]

Il-ħadma tal-Isptarijiet: għad fadlilna x’nisimgħu

By
2023-03-02T22:21:04+01:00Thu, 2nd Mar '23, 18:36|

Joseph Muscat igħid li jaqbel li l-ħadma tal-isptarijiet tiġi mgħoddija mill-għarbiel. Tafu kif?  Ippermettuli nfiehemkom xi jrid ifisser b'diskors bħal dan. Ma jridx ifisser li, kemm il-darba nkomplu ngħarblu l-kuntratt, m'aħna ser insibu xejn ħażin. Iżda jrid ifisser li, aktar jiġi mgħarbel il-kuntratt, aktar ser jinkixef ħmieġ u aktar ser jinkixfu aktar persuni mċappsin. Joseph [...]

X’kien messu qara’ Chris Fearne

By
2023-03-02T13:12:43+01:00Thu, 2nd Mar '23, 09:29|

Chris Fearne ma nafx dan il-blog jaqraħx jew le. Madankollu l-blogs jmissu jibda' jaqrahom.  F'intervista li hu kien ta' lil The Malta Independent f'Mejju 2016 huwa kien stqarr li "blogs li provi ma jġibux" ma jaqrahomx. Dan id-diskors kien qalu b'riferenza għar-Running Commentary ta' Daphne Caruana Galizia. https://youtu.be/fBlM3epgsvI Eh, mela dik hi l-problema, hux hekk? [...]

Passaġġ għall-Ġenna garantit

By
2023-03-02T11:15:19+01:00Thu, 2nd Mar '23, 08:20|

Il-bieraħ Joseph u Michelle Muscat ntlemħu fi knisja fir-Rabat. Għal bosta minna mhux soltu li nattendu quddiesa f'nofs il-ġimgħa. Iżda dan ma japplikax għall-koppja Muscat. Mir-ritratt ta' hawn isfel, diffiċli wieħed igħid x'kienu libsin: North Face, Gucci jew Louis Vuitton? Iżda jibqa' l-fatt li, libsin x'kienu libsin, jistgħu jserrħu rashom dwar il-passaġġ tagħhom għall-Ġenna. Il-bieraħ [...]

Interess nazzjonali mgħaffeġ taħt is-saqajn

By
2023-03-01T20:33:31+01:00Wed, 1st Mar '23, 15:34|

Dalgħodu Joseph Muscat wera' li nħaraq biż-żjara li Robert Aquilina għamel lill-uffiċċju li l-istat tah għad-dispożizzjoni tiegħu. Ħadd ma jieħu pjaċir jisma' lil min igħidlu li postu maqful il-ħabs. Li kieku Robert Aquilina stqarr li post il-Papa Franġisku huwa l-ħabs, stqarrija bħal din tant titqies bħala waħda redikola li l-Papa Franġisku kien jinjoraha. L-istess jista' [...]

Chris Fearne irid jagħmel l-impossibbli

By
2023-02-26T12:18:32+01:00Sun, 26th Feb '23, 10:28|

Politikament Chris Fearne ma jridx jegħreq u jrid li jibqa' jimraħ fil-wiċċ. Mhux biss għaliex għandu għatx għas-setgħa u jibża li jitlifha. Iżda għaliex jinsab konvint li hu ma kellu x'jaqsam xejn mal-ħadma ta' Steward u dan minkejja l-fatt li ta' madwaru lkoll huma mċappsin. Dalgħodu s-Sunday Times of Malta tkellmet dwar id-diżgwid li hemm [...]

L-iskandlu tal-Isptarijiet: irranġaw għall-festi lis-sidien tal-ishma tal-Bank of Valletta

By
2023-02-25T10:46:23+01:00Sat, 25th Feb '23, 09:49|

Waħda mill-elementi ewlenin tal-iskandlu kumpless tal-Electrogas kienet il-wegħda li kienu għamlu l-"investituri" li ser iħallu l-flus fil-pajjiż bis-saħħa ta' investiment f'power station ġdida. Wegħda li baqgħet biss fuq il-karta. Il-Gasol, li kellha tiffinanzja l-proġett, spiċċat biex falliet iżda l-gvern, minflok bgħathom jixxejru, ġiegħel lill-Bank of Valletta tislef flus b'garanzija lill-Electrogas f'każ li dawn ifallu wkoll. [...]

L-Isptarijiet: il-qerq u s-serq iċċertifikati mill-qorti

By
2023-02-24T15:08:39+01:00Fri, 24th Feb '23, 13:27|

Anki li kieku kien minnu li Adrian Delia qatt m'għamel xejn ta' ġid f'ħajtu – u din m'hi xejn ħlief stqarrija retorika – illum, u tul dawn l-aħħar ħames snin sakemm wasalna għas-sentenza li ngħatat dalgħodu mill-qorti, għamel opra kbira b'riżq in-nazzjon tagħna. Saħansitra anki l-gvern għandu għaliex ikunlu grat. Minkejja l-fatt li llum kulħadd [...]

Baħnan. Mhux ipokrita.

By
2023-02-17T18:49:31+01:00Fri, 17th Feb '23, 07:28|

Fil-Parlament Ewropew, Alex Agius Saliba vvota favur riżoluzzjoni li esprimiet l- appoġġ għall-għajnuna militari li qed tingħata lill-Ukrajna u dan sakemm tibqa' l-ħtieġa. Ewroparlamentari oħra tal-Labour Josianne Cutajar ukoll ivvotat favur ir-riżoluzzjoni, iżda Alfred Sant u Cyrus Engerer baqgħu ma vvutawx għax ma kinux fis-sala meta ttieħed il-vot. Skont ir-rapport ta' hawn isfel imxandar minn [...]

Il-ħames kmandament: is-skiet

By
2023-02-16T14:39:24+01:00Thu, 16th Feb '23, 07:56|

Karl Cini mingħalih li għadda mill-għarbiel. Il-ħames kmandamenti jafhom kollha bl-amment. Karl bniedem ubbidjenti u leali. Jemmen fl-unur u allaħares tmur tgħidlu li m'huwiex kburi bix-xogħol li jagħmel. Il-ħames kmandament huwa s-skiet. Il-ġurament tal-omertà. Dak li hu ta' ġewwa għandu jibqa' ġewwa. Mal-awtoritajiet m'għandekx ikollok x'taqsam. M'għandek qatt tgħaddilhom informazzjoni. Jekk tikxef, jidfnuk ħaj. Is-sigrieti [...]

Go to Top