Manuel Mallia iqum bil-wieqfa fil-Parlament biex jagħmel skrutinju fuq ix-xogħol ta’ Manuel Mallia
Din korruzzjoni wkoll. Mhix korruzzjoni fis-sens ta' tixħim. Iżda hi korruzzjoni li bis-saħħa tagħha jiġu mminati l-istituzzjonijiet, fejn il-kontrolli jinġiebu fix-xejn u fejn il-gvern tant ikun firex is-swaba tiegħu li wieħed kważi lanqas jibda' jinduna. Nhar it-Tnejn li għadda ma kienx biss b'kumbinazzjoni li d-Deputati tal-Oppożizzjoni Claudette Buttigieg u Marthese Portelli ġibdu l-attenzjoni li Manuel [...]