Il-MAM m’għandhiex titħalla waħedha
Wasal sew iż-żmien li l-unions l-oħra jsemmgħu leħinhom dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet. Il-MAM, il-union tat-tobba, illum ħarġet stqarrija (ara hawn taħt) biex tfakkar lil kulħadd kif opponiet, fil-biċċa l-kbira waħedha, iż-żarmar tas-servizz nazzjonali tas-saħħa tagħna mindu dak il-ġenju, Konrad Mizzi, ħolom b'din l-idea korrotta. U kif - ironika ħafna din - minħabba l-iskandli tal-korruzzjoni li ilhom [...]