Kemm trid propagandisti biex tagħmel bolla?

By
2018-04-23T10:46:17+02:00Sat, 21st Apr '18, 05:51|

Tiftakruhom il-bolol? Għadha teżisti entità statutorja, wirt ta' żmien il-brodu, li tiddeċiedi dwar l-istampi li għandhom jidhru fuq wiċċ il-bolol. U dment li din l-entità għadha hemm, tajba biex tintuża għat-tqassim taċ-ċejċa. Iservu fuq din-elentità hemm mill-inqas tliet propagandisti tas-Super 1 -- Clint Bajda, Clifford Galea, Owen Galea -- flimkien ma' Norma Saliba, President tal-hekk [...]

Konrad Mizzi u Keith Schembri: korruzzjoni u ħasil ta’ flus maħmuġin. Il-fatti.

By
2018-04-21T05:23:45+02:00Fri, 20th Apr '18, 17:29|

Simon Busuttil u  David Casa, assistiti mill-avukat tagħhom Jason Azzopardi illum reġgħu marru l-Qorti biex jagħmlu x-xogħol li bil-liġi suppost tagħmlu l-Pulizija. Ma kixfu ebda sigriet jew m'għamlu ebda skoperta ġdida. Iżda dak li diġà xxandar kitbuh f'rikors tal-Qorti li jesponi l-gideb, il-kontradizzjonijiet u l-provi skjaċċanti ta' twettiq ta' delitti kriminali. Dan li ġej huwa [...]

Ma nibqgħux indifferenti

By
2018-04-21T05:21:49+02:00Wed, 18th Apr '18, 20:39|

Jista' jitqies bħala surreali dak li qed jiġri f'Malta bħalissa. Ta' kuljum qed joħorġu fil-beraħ aktar fatti li jkomplu jgħaqqdu flimkien il-biċċiet li Daphne Caruana Galizia kienet bdiet iddomm. Il-ġurnal Sueddeutsche Zeitung kixef it-transazzjonijiet bankarji marbuta ma' 17 Black li kkonfermaw dak li ħafna kienu diġà ssuspettaw: li Konrad Mizzi u Keith Schembri ħbew ġidhom [...]

Tlifna t-triq

By
2018-04-18T17:48:49+02:00Wed, 18th Apr '18, 09:44|

Sa fl-aħħar, is-sejħa ta' Alfred Sant instemgħet. Tal-Labour qed isejħu lin-nies tagħhom biex jinġabru fil-Belt Valletta biex jippruvaw jintimidaw lil Peter, Matthew, Andrew u Paul Caruana Galizia u dan talli kellhom l-ardir jipprotestaw kontra l-qtil brutali ta' ommhom. Se jgħidu li dan il-poster mhuwiex wieħed uffiċjali tal-Partit Laburista. Gidba. U fil-frattemp il-Pulizija, li baqgħu ma [...]

Dabbar rasek. Issa.

By
2018-04-18T17:50:42+02:00Wed, 18th Apr '18, 06:47|

Issa għaddew aktar minn 12-il siegħa mit-tnedija ta' The Daphne Project. Organizzazzjonijiet ewlenin tal-aħbarijiet minn madwar id-dinja qed jiffokaw fuq Malta u qed jispjegaw storja mill-aktar kumplessa dwar il-qtil ta' mara u dwar ħakma fuq pajjiż sħiħ. Id-dinja ilha tistenna' 6 xhur sħaħ biex l-awtoritajiet Maltin ilaħħmu kliem il-prim ministru li se jsir dak kollu [...]

It-tond isejjħulu kwadru

By
2018-04-18T08:27:58+02:00Tue, 17th Apr '18, 06:50|

Għadni ma nafx x'se joħroġ minn The Daphne Project. Mil-lum 'il quddiem se naqraw stejjer mnebbħa mix-xogħol ta' Daphne Caruana Galizia. Xogħol li ma leħqitx temmet. Iżda mingħand Joseph Muscat u l-klikka tiegħu naf x'inhu ġej. Nistenna li se jkun hemm salt gideb, aljenar, risposti u akkużi bla bażi. Għalihom il-fatti mhumiex daqstant importanti. Qatt [...]

Id-demokrazija ma tfissirx biss elezzjonijiet

By
2018-04-16T15:17:54+02:00Mon, 16th Apr '18, 09:01|

Bħalissa hemm kwistjonijiet akbar fuqhiex għandna ninkwitaw, iżda għad jiġi żmien meta jkun jeħtiġilna nirriflettu ftit fuq il-mod kif id-dritt li wieħed jipprotesta qed jiġi injorat. Attivisti tas-soċjetà ċivili ilhom kull xahar iwaħħlu banners u kartelluni biex jipprotestaw kontra l-korruzzjoni u biex jitolbu li ssir ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia. Bl-azzjonijiet li ttieħdu minn dawn [...]

The Daphne Project

By
2018-04-16T14:33:22+02:00Sun, 15th Apr '18, 21:58|

Il-ġustizzja tista' sseħħ biss bis-saħħa tal-verità. Ilna ninsistu li tinqered l-impunità għal sitt xhur sħaħ. U m'aħniex se nistrieħu sakemm din tinqered. Il-proġett Daphne jikkonsisti fl-issuktar tal-ħidma ta' Daphne Caruana Galizia minn grupp ta' ġurnalisti barranin. Biex jirbaħ is-sewwa, jeħtieġ li tingħad il-verità. Il-kbir għadu ġej. https://youtu.be/pbvgd_zUzRk Aqra aktar dwar il-Proġett Daphne hawn.

Bedingfield u Farrugia taw lill-ġurnalisti verżjoni mbagħbsa ta’ dokument imħejji mill-familja Caruana Galizia

By
2018-04-16T14:32:20+02:00Sun, 15th Apr '18, 02:46|

Żewġ uffċjali qrib ħafna tal-Prim Ministru, Glenn Bedingfield u Kurt Farrugia bagħbsu dokument imħejji mill-familja ta' Daphne Caruana Galizia u għaddewh (il-verżjoni mbagħbsa) lil ġurnalisti mill-Isvizzera bħallikieku kien dossier maħruġ mill-gvern. Aqra dwar l-inċident fi storja mxandra minn The Shift News. The Shift News ħadmu ma' ġurnalisti mir-rivista Svizzera Republik fuq investigazzjoni dettaljata msejjħa ‘Qtil [...]

Republik: Joseph Muscat problema għall-Ewropa

By
2018-04-16T14:34:48+02:00Fri, 13th Apr '18, 11:33|

Ir-rivista Svizzera Republik illum temmet sensiela ta' tliet artikli dwar Malta fl-isfond tal-assassinju ta' in the Daphne Caruana Galizia. L-ewwel żewġ artikli jinsabu f'din il-link . Din li ġejja hi traduzzjoni ta' estratt mill-għeluq tal-artiklu: "L-istħarriġ li għamilna ma wassalna imkien biex insuiru nafu min qatilha. Bosta kienu dawk li qalu li kellhom il-provi, iżda fil-fatt [...]

KONFERMA: Ali Sadr u l-Pilatus Bank investigati f’Malta dwar ħasil ta’ flus maħmuġin

By
2018-04-13T10:30:08+02:00Fri, 13th Apr '18, 07:49|

Dokumenti li ġew ippreżentati f'Qorti Federali Amerikana jikkonfermaw li l-ħidma ta' Ali Sadr fil-Pilatus Bank ġiet investigata mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti u li din il-ħidma tifforma parti mill-każ li għandhom bħalissa kontrih. L-Avukat Ġenerali Amerikan saħansitra nforma lill-Qorti Amerikana li Ali Sadr qed jiġi wkoll investigat separatament dwar ħasil ta' flus maħmuġin f'Malta. Fi stqarrija b'risposta [...]

“L-oqbra mbajda ta’ Malta”: il-poeta tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura l-oħra

By
2018-04-21T04:56:52+02:00Thu, 12th Apr '18, 20:50|

Din is-sena Leeuwarden ul-Belt Valetta huma l-Kapitali Ewropej konġunti tal-Kultura. Leeuwarden hi l-kapitali reġjonali tal-Frisja, reġjun li għandu l-ilsien tiegħu, il-Frisjan li hu wkoll it-tieni lsien tal-Olanda. Dan ir-reġjun tal-Frisja għandu poeta lawreat. Jikteb bejn 6 u 10 poeżiji fis-sena u jismu Eeltsje Hettinga. Huwa kiteb poeżija dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Tista' taqraha [...]

Taħsbux li se jaqtgħu qalbhom

By
2018-04-13T16:57:10+02:00Thu, 12th Apr '18, 18:43|

Ara ma jkunx hawn min jaħseb li dawk li qed isegwu l-passi ta' Maria Efimova issa se jaqtgħu qalbhom. Is-sentenza li ngħatat illum mill-Qorti Griega serviet biss bħala pawsa għax din fadlilha triq twila x'timxi. Aħsbu ftit. Il-qtil brutali ta' Daphne Caruana Galizia ma waqqafhomx milli jkomplu jippruvaw jinbxu lil uliedha u lil żewġha. Dawn [...]

Maria Efimova mħarsa mill-Qorti Griega mid-dwiefer tal-klikka ta’ Joseph Muscat

By
2018-04-12T19:04:56+02:00Thu, 12th Apr '18, 15:54|

Il-Qrati ta' pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea llum iddikjaraw li Malta mhix kunsidrata bħala pajjiż li jista' jiggarantixxi s-sigurtà għal whistle-blower u għal xhud dwar korruzzjoni fl-ogħla livelli tal-gvern. U l-Qrati ta' dak il-pajjiż membru tal-UE għandhom raġun biex ibiegħu. Huwa ta' sodisfazzjon li Maria Efimova issa ngħatat protezzjoni mit-theddid ta' Joseph Muscat u sħabu. Lawrence [...]

Il-Kwistjoni tal-istampa ta’ Malta mal-barranin

By
2018-04-10T15:08:03+02:00Tue, 10th Apr '18, 14:04|

Josef Caruana jistqarr li jrid isir MEP biex jikkumpensa għan-Nazzjonalisti kiefra li qed ipoġġu lil Malta f'dawk ikrah mad-dinja kollha. Ħa nħarsu naqra lejn it-track record ta' Josef Caruana mela, tridux?  U se nżommu biss mal-avvenimenti ewlenin. Josef Caruana kien l-editur ta' l-orizzont, il-gazzetta tal-General Workors' Union.  Ilbieraħ, il-Malta Indipendent faħħritu ġmielha meta qaltlu li [...]

EUROMONEY: “Bla fiduċja f’Malta”

By
2018-04-09T19:36:56+02:00Mon, 9th Apr '18, 17:25|

Anġlu Farrugia bla dubju għandu s-saħħa li jagħti l-kenn lil Keith Schembri u li jeżentah milli jwieġeb għall-mistoqsija dwar jekk Schembri kienx wieħed mill-mistednin għat-tieġ ta' Ali Sadr li kien sar fil-Four Seasons f'Firenze. Iżda ċertament ma jistax jipproteġi lil Malta mill-konsegwenzi tal-ħbiberija li teżisti bejn Keith Schembri, Ali Sadr u l-bqija tal-klikka tal-ħallelin li [...]

Ta’ Henley kienu talbu lil SCL/Cambridge Analytica tintroduċihom ma’ Joseph Muscat fl-2011

By
2018-04-09T17:38:11+02:00Sun, 8th Apr '18, 16:09|

Korrispondenza bejn Christian Kaelin ta' Henley & Partners u l-SCL Group turi li Kaelin kien talab lil SCL tintroduċih ma' Joseph Muscat f'Ġunju 2011. Dak iż-żmien f'Malta kien hawn gvern tal-PN immexxi minn Lawrence Gonzi u Joseph Muscat kien ilu Kap tal-Oppożizzjoni tliet snin. Il-korrispondenza tindika li SCL - li aktar tard waqqfet il-kumpanija Cambridge [...]

X’qalu verament l-ambaxxaturi tal-Kunsill tal-Ewropa

By
2018-04-09T17:47:09+02:00Sun, 8th Apr '18, 16:00|

Araw din l-intervista li Fr Joe Borg u jien għamilna lil Pieter Omtzigt ilbieraħ fuq l-RTK biex niddiskutu t-tweġibiet li rċieva mingħand ambaxxaturi għal 47 pajjiż Ewropew tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-konsegwenzi tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Fil-bidu, naturalment, f'Malta r-rispons li rċieva kien irrappurtat kif immanipulat mill-gvern li għamel minn kollox biex f'eżerċizzju ta' spin jagħti [...]

Ix-xogħlijiet f’Burmarrad għad iridu jibdew?

By
2018-04-09T17:45:33+02:00Sun, 8th Apr '18, 15:24|

Il-permess maħruġ f'weekend lil Joseph Muscat, tliet ġimgħat biss wara li applika għalih, iqajjem suspetti li jmorru lil hinn minn abbuż xokkanti min-naħa ta' servizz pubbliku li jiġi mġiegħel jaqdi l-interessi privati tal-prim ministru. Aqra din l-istorja l-ewwel bħala sfond. Ir-rekord jitkellem waħdu. Meta Joseph Muscat kien għadu l-poodle ta' Alfred Sant, il-permess biex jiżviluppa d-dar [...]

Go to Top