Tgħid din tisbita ta’ wara l-waqgħa?

By
2019-12-17T13:41:20+01:00Tue, 17th Dec '19, 12:07|

F'dan ir-ritratt li nġibed dalgħodu jidher Keith Schembri fil-karrozza tal-marixxall tal-qorti hekk kif ittieħed mill-villa tiegħu f'Santa Marija Estate biex jixhed fil-qorti f'kawża kostituzzjonali li saret minn Yorgen Fenech kontra l-awtoritajiet Maltin. Yorgen Fenech jinsab mixli bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, liema qtil li huwa jiċħad li kien wettaq. Permezz ta' rikors kostituzzjonali, Yorgen Fenech [...]

Wiċċ Malta ħammruh mad-dinja

By
2019-12-17T12:51:24+01:00Tue, 17th Dec '19, 11:58|

Wieħed wara l-ieħor, il-membri tal-Parlament Ewropew tkellmu dwar fatti li ma jista' jiċħadhom ħadd. Ġurnalista ġiet assassinata. Kienet ġurnalista li nvestigat korruzzjoni li dwarha s'issa ma ttieħdu ebda passi. Jeżisti suspett ġustifikat li kien imdaħħal l-uffiċċju tal-prim ministru  f'cover-up tal-assassinju u li għalhekk jeżisti suspett li kien involut fil-qtil innifsu. Joseph Muscat għadu jokkupa l-kariga [...]

Jibda’ d-dibattitu dwar Malta fil-Parlament Ewropew

By
2019-12-17T12:19:41+01:00Tue, 17th Dec '19, 08:59|

Forsi xi ħadd ikun jista' jinfurmahom li dalgħodu l-marixxal tal-qorti ma setgħax isib lil Keith Schembri biex dan ikun jista' jidher il-qorti bħala xhud. Min jaf, forsi kien messhom qabbdu lil Neville Gafà biex isibu. Ngħiduha kif inhi, għal dawn l-aħħar ħmistax Neville Gafà x'kien qed imur jagħmel Santa Maria Estate fil-Mellieħa bil-karrozza tal-uffiċċju jekk [...]

Ir-regħba tiftaħ il-bibien beraħ għall-mafja

By
2019-12-17T15:49:52+01:00Tue, 17th Dec '19, 08:38|

Hemm bosta raġunijiet il-għala wieħed għandu jsegwi d-dokumentarju li xandar ir-Rai nhar il-Ħadd li għadda. Forsi wieħed ikun jista' jifhem il-għala l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia mhux se jħalli effett fuq Malta biss. U dan mhux biss għaliex din il-ġrajja hi dwar assassinju ta' ġurnalista u li l-ġurnalisti minn madwar id-dinja għandhom neċessarjament juru interess [...]

Il-Parlament Ewropew ser jiddibatti riżoluzzjoni oħra dwar is-saltna tad-dritt f’Malta

By
2019-12-16T17:23:34+01:00Mon, 16th Dec '19, 16:13|

Il-Parlament Ewropew għada mistenni li jagħmel dibattitu ieħor dwar Malta f'sessjoni plenarja u dan wara li xxandret stqarrija mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni f'Malta. Id-dibattitu ser isir għada filgħodu u jintemm b'teħid ta' vot fuq riżoluzzjoni li għadha qed tiġi diskussa mill-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew . Il-kliem tar-riżoluzzjoni mistenni li jiġi diskuss il-lejla fil-kumitat dwar il-libertajiet [...]

L-Imħallef irtirat Antonio Mizzi maħtur mill-gvern biex igħarbel ir-rapport tal-inkjesta Egrant qabel jixxandar

By
2019-12-16T16:06:53+01:00Mon, 16th Dec '19, 14:23|

Jidher li m'hemmx tmiem għal din l-istorja. Joseph Muscat għadu jinsisti li qed imexxi l-pajjiż bħala caretaker minn jum għal jum u li qed jaqgħod lura milli jieħu deċiżjonijiet importanti. Min jaf x'ried ifisser b'dan? Jaqaw qiegħed jissorvelja l-makna li ssaħħan il-bini li tinsab fil-kantina ta' Kastilja? Jew forsi qed jibdel il-washers tal-flushing tal-lokijiet ta' [...]

Kwistjoni ta’ fiduċja

By
2019-12-16T15:27:34+01:00Mon, 16th Dec '19, 14:02|

Forsi għadu kmieni wisq biex wieħed joqgħod jispekula dwar x'ser ikun l-impatt sħiħ tas-sentenza li tat il-Qorti tal-Appell illum li permezz tagħha l-Avukat Ġenerali ġie ordnat jgħaddi kopja sħiħa tar-rapport tal-inkjesta Egrant lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. S'issa Adrian Delia għadu ma ngħatax kopja tar-rapport. Inkredibilment, l-Avukat Ġenerali qed jipprova jisloħ jumejn oħra li qed jgħid [...]

Dan m’huwiex il-Partit Laburista. Din m’hi xejn ħlief il-Mafja.

By
2019-12-16T14:46:46+01:00Mon, 16th Dec '19, 09:58|

Agħtu daqqa t'għajn lejn il-mod kif Neville Gafà qabeż qabża fuq Evarist Bartolo talli dan m'huwiex jixgħel ix-xemgħat u jfaħħar lill-mafia state ta' Joseph Muscat. Ara ma jkunx hawn min imur jiġri bl-idea li qed nieħu xi pjaċir nara żewġ Laburisti jitlewmu fil-beraħ. Il-litanija dwar l-"għaqda" u l-"firda" fil-partiti politiċi lili ma tappellali xejn. Għalija [...]

Eh, mela issa ma naħmlux lill-paralimpiċi

By
2019-12-16T14:43:57+01:00Mon, 16th Dec '19, 09:31|

Bosta minn ħbiebi u jien bħalissa qed nirċievu biżibilju ta' messaġġi b'theddid, uħud minnhom privatament u oħrajn b'mod pubbliku. B'guffaġni liema bħalha, qed iħeġġuna biex naqtgħu l-vini tal-polz tagħna. Dak li jinkiteb fil-Facebook forsi jkollok il-ħila li tħallih għaddej. Iżda jkun mod ieħor meta tiġi mgħajjar fit-toroq fid-dawl tax-xemx. Meta jseħħu dawn l-affarijiert, ikun diffiċli [...]

Tkażar falz

By
2019-12-16T17:27:09+01:00Sat, 14th Dec '19, 15:47|

Joseph Muscat ma jridniex noqgħodu nitħassbu li Keith Schembri tħalla jgħaddi informazzjoni sigrieta lil min huwa suspettat bi qtil u baqa' jgħaddiha lixxa. Ma jridniex noqgħodu nistaqsu l-għala lil Konrad Mizzi, li għadu kif ġie mġiegħel iwarrab minħabba l-iskandlu Panama/17 Black, il-Pulizija għadha ma bgħatitx għalih. Ma jridniex insiru nafu x'inhi l-konklużjoni li ġibdet il-Pulizija [...]

Ejja u ixgħel xemgħa, Sur President

By
2019-12-16T17:34:47+01:00Fri, 13th Dec '19, 18:55|

Il-President George Vella llum għamel diskors li spikka. Diskorsu ma kienx fih kliem li ta' spiss jinsistu li jlissnu ministri tal-gvern tiegħu dwar kemm għandna nitħassruhom talli sfaw vittmi ta' tradiment u dwar kemm jisgħobbihom li Daphne kienet inqatlet minkejja l-fatt li kienet tikkritikahom bl-aħrax, li qaddisa ma kienitx u, tafu intom, li kienet qed [...]

Għassiesa

By
2019-12-13T18:15:29+01:00Fri, 13th Dec '19, 07:05|

Il-lejl li għadda, attivisti u voluntiera tqassmu bejniethom biex jagħmlu l-għassa mas-sit tal-protesta li jsejjaħ biex issir ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia u dan sabiex ma jintmess xejn mill-mafkar sal-għada filgħodu Jum ir-Repubblika. Din l-azzjoni silenzjuża ta' sfida kompliet issaħħaħ l-impenn tas-soċjetà ċivili li ma jċedux qabel tfeġġ il-verità kollha u ssir ġustizzja. Hekk kif [...]

L-Aqwa fl-Ewropa, ħi

By
2019-12-13T18:14:00+01:00Thu, 12th Dec '19, 20:42|

Mhux soltu li nissuġġerixxi li toqgħodu taraw qabda kapijiet tal-gvern jippużaw għar-ritratt. Iżda dan li ġej ta' min isegwih. Segwuh b'attenzjoni sal-aħħar u taraw kif kull kap ta' gvern fl-Ewropa għamel l-almu tiegħu biex jagħmel tabirruħu li Joseph Muscat ma jeżistix. Tintebaħ li tassew għandna għalxiex nirringrazzjawħ li, minħabba l-imġieba tiegħu, llum il-bqija tal-Ewropa kellha [...]

Ittradieħ, jaħasra!

By
2019-12-13T18:11:37+01:00Thu, 12th Dec '19, 13:56|

Kienet Daphne Caruana Galizia li ġiet assassinata permezz ta' karrozza-bomba u kienu l-membri tal-familja tagħha li tilfu omm, bint, oħt u mara. Iżda l-gvern moħħu biex jilgħabha tal-vittma ta' dan id-delitt faħxi. M'huwa ħadd ħlief Keith Schembri li qed jiġi mixli fil-qorti minn xhud li ngħata l-proklama mill-gvern stess, li kien “għen” lil Yorgen Fenech, [...]

Aħsibha sewwa qabel tfattar

By
2019-12-13T18:12:33+01:00Thu, 12th Dec '19, 09:30|

Hemm bosta affarijiet li jkun jeħtieġ li nissaportuhom waqt li nkunu fuq quddiem ta' kampanja favur il-ġustizzja. Hafna drabi nsib min jisfidani biex niġġustifika lili nnifsi u biex niġġustifika dak li ngħid u il-għala ngħidu. U ta' sikwit jiġri ikun hemm reazzjonijiet għalkemm dawn iservu biss ta' aljenazzjoni. Araw, per eżempju, kif Jeffrey Pullicino Orlando [...]

Dak li ntqal illum għandu jeżonera lil Keith Schembri?

By
2019-12-13T18:06:43+01:00Wed, 11th Dec '19, 17:08|

Hu u jixhed fil-qorti llum l-Ispettur Keith Arnaud qal li darba minnhom Melvin Theuma telgħalu u semma' lil Keith Schembri. “Din kienet l-unika okkażjoni li fiha ssemma' isem Keith Schembri,” qal l-Ispettur. U meta kien qed jixhed huwa stess, Melvin Theuma qal li "taħt ġurament ma jistax jistqarr li Keith qatt għaddieli xi flus jew [...]

Nhar il-Ġimgħa se nerġgħu ninġabru mhux biex inħassru l-festi iżda biex nuru lir-rgħiba, lill-korrotti, lill-kompliċi u lill-inkompetenti li mhux bi ħsiebna nċedulhom.

By
2019-12-13T18:07:52+01:00Wed, 11th Dec '19, 15:58|

Ma tantx fiha x'tifhem. Agħtu daqqa t'għajn lejn dan l-iscreenshot tal-kitba ta' Neville Gafà li wieġeb għal dak li kiteb Simon Busuttil fis-sens li ċ-ċerimonji formali ta' Jum ir-Repubblika se jservu ta' paraventu biex titgħatta l-kriżi kostituzzjonali li għandna fil-pajjiż bħalissa. Neville Gafà moħħu biss biex jibqa' jgawdi. Għalih ma nbidel xejn. Għadu sal-lum ġej [...]

Go to Top