Minflok governanza tajba, għandna sistema sovjetika li permezz tagħha jinħatru l-bażużli
Repubblika tkellmet dwar il-ħatra ta' dik li kienet il-kelliema ta' Joseph Muscat, Ramona Attard fuq il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar u qalet li tinsab diżgustata b'din id-deċiżjoni tal-gvern għaliex l-uniċi kredenzjali li għandha din il-persuna huma li hi waħda mill-bażużli tal-Partit Laburista. Tul il-karriera tagħha Ramona Attard ħadmet fi ħdan il-Partit Laburista u fl-uffiċċji politiċi tal-gvern Laburista. Kienet [...]