About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Bħat-tfal

By
2019-01-25T10:26:42+01:00Tue, 22nd Jan '19, 17:21|

Illum fil-Qorti Pierre Portelli xehed u stqarr li kien bis-saħħa ta' deċiżjoni li kien ħa hu li l-mezzi tax-xandir tal-PN naqsu li jxandru r-risposta tiegħi għal storja li kienu xandru fis-sens li dan il-blog kien ħareġ bi storja li tgħid li l-PN ivvota favur liġi dwar il-kannabis. Jien ma kontx ktibt f'dan is-sens. Huma rrifjutaw [...]

THE SUNDAY TIMES: Thirteen reasons why…

By
2019-01-20T09:32:01+01:00Sun, 20th Jan '19, 09:31|

From my article in The Sunday Times today: "Our democracy is not working. Our parliamentarians have no mission. Being an MP is not a job. There is no task, no vocation, no ambition. Parliament is a waiting area for promotion and prestige. The process of seeking re-election is not liberating, it is paralysing. They’re at [...]

Guest Post: ma tistax tittradixxi partit li tkun warrabt minnu

By
2019-01-23T07:32:36+01:00Sat, 19th Jan '19, 17:49|

Miktuba minn Lake: Minn dejjem kont kburi li nissejjaħ Nazzjonalist. Minn dejjem kont konvint li l-partit tiegħi u l-biċċa 'l kbira tal-partitarji jemmnu fl-istess valuri. Valuri li huma msejsa fuq il-prinċipji tad-demokrazija, tal-ġustizzja għal kulħadd u tal-libertà tal-kelma. L-istess valuri li Eddie Fenech Adami kien għallimna ngħożżu. Madankollu tul dawn l-aħħar ftit ġimgħat, kelli naċċetta realta' [...]

Qed nitbegħdu mid-demokrazija ma’ kull jum li jgħaddi

By
2019-01-19T19:11:21+01:00Fri, 18th Jan '19, 12:25|

F'intervista ma' Times Talk illum Robert Musumeci kompla jiddefendi bis-sħiħ lil Adrian Delia. Minkejja l-fatt li bosta minna la huma avukati u lanqas periti jew lanqas it-tnejn f'daqqa, ma tridx wisq biex tintebaħ x'hemm mistur wara din id-dikjarazzjoni ta' Robert Musumeci. Dan jaqbillu u għandu interess li jara li l-affarijiet jinżammu kif inhuma biex b'hekk il-PN [...]

#occupyjustice: Il-pilastri mherrija ta’ Malta

By
2019-01-16T21:23:44+01:00Wed, 16th Jan '19, 21:23|

Din stqarrija ta' Occupy Justice li saret ftit ħin ilu: Il-lejla, tliet strixxuni kbar li juru Tliet Pilastri Mherrija tad-Demokrazija tpoġġew faċċata tal-bini tal-Parlament Malti fil-Belt Valletta minn attivisti ta' #occupyjustice biex ifakkru l-ħmistax il-xahar mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dawn l-istrixxuni juru tliet kolonni mġarrfa li li jirrappreżentaw l- eżekuttiv (il-gvern); il-leġiżlatura (il-parlament) u l- ġudikatura (il-Qorti.) “Jum wara l-ieħor /kuljum, qed inħarsu [...]

Ħbieb tal-annimali

By
2019-01-19T18:50:44+01:00Wed, 16th Jan '19, 14:04|

Tmien borok intlemħu jittajru fuq il-Belt Valletta - ħaġa tant rari li l-kaċċatur li hemm fil-kabinett ta' Joseph Muscat jimmira lejhom bl-uniku "senter" li jista' jġorr miegħu f'Kastilja: il-kamera hi-res li għandu mal-mobile tiegħu. Dan il-kaċċatur, Clint Camilleri - bniedem li ma jafx jissaporti laqgħa kollha tal-Kabinett mingħajr ma joqgħod jintilef f'ħolma li qed jolqot [...]

Kwistjoni privata?

By
2019-01-19T18:45:55+01:00Tue, 15th Jan '19, 08:57|

M'għandux raġun min igħid li l-kwistjonijiet privati ta' Adrian Delia għandhom jinżammu privati. Times of Malta xandret id-dettalji tal-ispejjeż ta' kull xahar ta' Adrian Delia ħlief għal dawk li jkun jeħtieġ jonfoq biex igħix. Adrian Delia qed igħix f'post li m'huwiex daru u għaldaqstant x'aktarx qed iħallas il-kera. Hu jrid jiekol ukoll u xi drabi [...]

Unanimità

By
2019-01-15T09:07:17+01:00Mon, 14th Jan '19, 10:17|

Meta partit politiku jikseb unanimita' fil-voti miksuba, dan x'aktarx jiġri minħabba t-tbagħbis fl-għadd tal-voti. Għalhekk fiċ-Ċina jkollhom maġġoranzi ta' madwar 90% fl-"assemblea nazzjonali tal-poplu" jew f'elezzjonijiet immexxijin minn Castro fil-Kuba. Għaldaqtant mhux korrett min iqis dawk l-10% tal-kumitati sezzjonali li Adrian Delia jikkunsidra li ma vvutawx favurih bħala xi forma ta' ribeljoni. Kif sejħilhom Adrian [...]

Joseph Muscat dwar għażliet demokratiċi li ma tmurx lura minnhom

By
2019-01-15T09:06:08+01:00Mon, 14th Jan '19, 09:33|

Ħaġa tal-iskantament meta tisma' lil Joseph Muscat jitkellem dwar forzi tad-dlam fi ħdan il-PN li qed jisfidaw id-deċiżjoni demokratika li permezz tagħha nħatar Adrian Delia bħala kap. “Din hi mentalità li fiha d-demokrazija tibqa' rilevanti biss sakemm dak li għażlu n-nies jgħodd għalik”. 4 xhur ilu biss fuq BBC Radio 4 qal li r-Renju Unit [...]

L-għodda meħtieġa se tkompli tonqos

By
2019-01-11T18:07:35+01:00Wed, 9th Jan '19, 16:51|

Ftit jiem ilu il-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN lil The Sunday Times of Malta qalilha li l-Kumitat Eżekuttiv se jiddiskuti l-qagħda preżenti fil-Partit li, m'għandniex xi ngħidu, għandha tinkludi dibattitu dwar jekk Adrian Delia għandux iżomm postu bħala kap. Skond rapporti oħra fil-ġurnali, Mark Anthony Sammut kellu laqgħa ma' Adrian Delia flimkien ma ' David Stellini [...]

Jeħtieġ li nibqgħu ninsistu

By
2019-01-11T18:05:30+01:00Wed, 9th Jan '19, 14:03|

Meta l-ġustizzja tiġi mċaħħda, jeħtieġ li nibqgħu intambru sakemm isseħħ. Ma nistgħux naqtgħu qalbna. L-għatx għall-ġustizzja m'huwiex logħba, jaħsbuha kif jaħsbuha tal-Partit Laburista u dawk li jaħsbuha bħalhom fil-Partit Nazzjonalista. Il-ġustizzja la taf b'rebbieħa u lanqas b'telliefa. Jekk il-ġustizzja tibqa' ma ssirx mal-kriminali għax dawn huma setgħana u għax il-liġijiet ma jgħoddux għalihom, nistgħu ngħidu [...]

Is-sentenza ta’ l-Imħallef Grixti tagħmel l-inkjesti f’tagħżiq fl-ilma; u impossibbli ssib kundanni dwar ħasil ta’ flus

By
2019-01-09T17:05:50+01:00Wed, 9th Jan '19, 06:48|

Il-konsegwenzi koroħ tas-sentenza tal-bieraħ tal-Imħallef Giovanni Grixti se jibqgħu jidwu. Araw il-mod li bih ikkonkluda li Panama Papers u d-dokumenti li nkixfu mis-servers ta' Mossack Fonseca huma “hack” u li allura inkjesta ma tistax tissejjes fuqhom. Bil-kejl tal-Imħallef Giovanni Grixti, l-Imħallfin u l-prosekuturi minn madwar id-dinja issa jkollhom jarmu l-baħar sensiela ta' kundanni li diġà [...]

Sitwazzjoni tal-waħx

By
2019-01-09T17:03:47+01:00Wed, 9th Jan '19, 06:23|

Jista' jkun li għadkom ma sibtux il-ħin biex taqraw id-diskors sħiħ li kien għamel ftit ġimgħat ilu l-Imħallef Vincent De Gaetano dwar is-saltna tad-dritt f'Malta. Kien qed jitħaddet dwar l-istat tas-saltna tad-dritt f'Malta: mid-diskors kollu dan li ġej hu ta' min jixtarru: "X'aktarx li Malta hi l-unku pajjiż fid-dinja ċivilizzata fejn, ħlief għal meta l-Pulizija [...]

Star Comment: Wara s-sentenza tal-Qorti tal-lum

By
2019-01-09T17:01:36+01:00Tue, 8th Jan '19, 17:20|

Dan il-kumment bgħatuli Chris b'reazzjoni għal dak li ktibt aktar kmieni llum dwar is-sentenza tal-Imħallef Giovanni Grixti's li fi ftit kliem tgħid li min jagħmel ilment lill-Qorti li l-Pulizija m'hix taqdi dmirha u tinvestiga reat kriminali, irid l-ewwel ijnvestiga u jipprova l-eżistenza tar-reat hu stess. Ħabat tajjeb li l-memorja tal-qarrejja tiegħi hi aħjar minn tiegħi. [...]

Il-klikka tal-Panama se tgħid li din tal-lum illiberathom. Ikunu qed jigdbu.

By
2019-01-09T17:02:46+01:00Tue, 8th Jan '19, 16:23|

Il-Qorti tal-Appell irrevokat ordni li kienet tat il-Qorti tal-Maġistrati biex issir inkjesta dwar dak li nkixef permezz tal-Panama Papers. Dik l-ordni kienet ingħatat mill-Maġistrat Ian Farrugia f'Lulju 2017 wara talba li kienet saret minn Simon Busuttil li fiha lmenta li mill-2016, il-Pulizija ma kinitx investigat dak li nkixef mill-Panama Paper. Il-Qorti tal-Maġistrati kienet iddeċidiet li [...]

Xi drabi t-tweġiba jkollha tkun le

By
2019-01-07T13:07:45+01:00Mon, 7th Jan '19, 09:11|

Matul il-ġranet u l-ġimgħat ta’ wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, kienu bosta dawk li ngħaqdu flimkien bil-għan li tissokta l-ġlieda favur is-sewwa u l-ġustizzja. Din id-deċiżjoni kienet ukoll ittieħdet minħabba l-għażliet li kien qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista. Niftakar sew meta marti kienet kellmet lil ħbieb tagħha u ħajjrithom jikkampjaw qrib Kastilja biex jipprotestaw. Fi [...]

Aqbad ma’ ta’ mparek

By
2019-01-09T17:00:22+01:00Sun, 6th Jan '19, 17:27|

M'hemmx dubju li f'Malta lill-għaqdiet tas-soċjetà ċivili li jagħmlu kampanji favur id-drittijiet demokratiċi, kontra l-korruzzjoni u favur l-eżemplarjeta' fil-politika, l-partit politiċi jarawhom żejda. L-istorja li tal-PN xandru dalgħodu f'Il-Mument wara li tfaċċat nhar l-Erbgħa fuq One TV u saħansitra anki fuq il-Facebook page uffiċjali tal-PN, m'hi xejn ħlief att ta' disprament ta' min jinsab dahru [...]

Mark Anthony Sammut juri li s-sens komun ma spiċċax għal kollox

By
2019-01-09T16:58:47+01:00Sun, 6th Jan '19, 17:14|

Ftit jiem ilu kittieb mistieden fuq dan il-blog fakkar li, skont l-istatut tal-PN, l-uffiċjali tal-Partit għandhom ir-responsabbiltà li jiġbdu l-attenzjoni kull meta jiżgarra f'azzjonijietu l-Kap tal-Partit. Dan l-awtur iffoka fost oħrajn fuq Mark Anthony Sammut bħala president tal-kumitat eżekuttiv tal-PN. Dan il-kumitat jiġbor fih rappreżentanti tal-fergħat kollha tal-Partit: tal-kumitati mxerrda madwar il-pajjiż, tal-uffiċjali eletti fil-kunsilli, [...]

Guest Post: Bdejna mexjin f’triq li se twassal għar-rovina

By
2019-01-09T16:57:49+01:00Sun, 6th Jan '19, 09:42|

Persuna li naf li okkupat pożizzjoni għolja fil-PN tikteb dan l-artiklu b'mod anonimu. Tal-PN donnhom qed jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex isiru partit irrelevanti. Il-Partit li biddel lil Malta, li bena' ekonomija moderna, li firex l-edukazzjoni, li ħoloq klassi medja u li wassalna fl-Unjoni Ewropea jidher mhux biss ipparalizzat iżda qed jegħreq malajr f'ħofra mingħajr [...]

Kif jintebaħ bil-videos fuq il-WhatsApp, f’dagħdigħa Adrian Delia jikkaġuna ħsarat lill-għamara tal-uffiċċju

By
2019-01-06T17:40:44+01:00Sun, 6th Jan '19, 09:24|

Impjegati tal-Partit Nazzjonalista u tal-kumpannija tal-Partit Media Link bil-patt li ma nikxifhomx qaluli li nhar il-Ħamis filgħodu Adrian Delia nstema' jgħajjat bir-rabja u jidgħi b'mod faħxi x'aktarx meta sema' bil-kontenut ta' WhatsApp videos li qed jiċċirkolaw, li wħud minnhom inġibdu bil-moħbi meta kien għadu qed igħix fid-dar tiegħu fis-Siġġiewi. Dawn l-impjegati qaluli li setgħu jisimgħu [...]

Go to Top