Repubblika: Alleanza bejn it-televiżjonijiet tal-partiti qed toħnoq il-kelma ħielsa
Din hi stqarrija ta' Repubblika maħruġa aktar kmieni llum: Il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista qed jużaw it-televiżjoni u l-mezzi medjatiċi tagħhom biex joħonqu l-espressjoni ħielsa u jgħaffġu d-dritt tal-protesta. Repubblika tesprimi t-tħassib tagħha għar-ritaljazzjoni goffa u inġusta tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista li użaw u qed jużaw il-mezzi medjatiċi tagħhom biex b’gideb jew tgħawwiġ tal-fatti jfittxu li jiskreditaw u jintimidaw attivisti mis-soċjeta’ ċivili. [...]