L-ixxurtjat
Tal-Malta Today illum kitbu li Adrian Delia rċieva l-rigal tiegħu tal-Milied. Il-perċentwali ta' dawk li jafdawh "spara 'l fuq" u, skond il-ġurnal, dan ġara' għaliex l-istrateġija tal-PN, li permezz tagħha l-Partit għamel kampanja b'saħħitha dwar 17 Black u b'hekk ingħaqad mal-"fazzjoni ta' Simon Busuttil", inlaqgħet minn nies. Fi kliem ieħor, qalulu li l-mod l-antik jaqta' [...]