About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Margaret Atwood: għaliex naqsu li jibgħatu għal ebda politiku biex jinterrogawh dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia?

By
2018-10-18T17:00:23+02:00Wed, 17th Oct '18, 07:08|

IBL/REX/Shutterstock (4849337b) Min jaf Kurt Farrugia sabx il-ħin isir jaf permezz tal-google Margaret Atwood min hi, hu u jaqra' r-rapporti tal-istampa dinjija dwar l-attivitajiet li seħħew il-bieraħ biex ifakkru l-ewwel sena mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u dwar il-cover up tal-gvern dwar dak li verament seħħ dakinhar. Margaret Atwood kitbet artiklu f'The Guardian [...]

Żmien li tiskot

By
2018-10-16T09:14:17+02:00Tue, 16th Oct '18, 14:58|

  Mill-ktieb ta’ Koħelet 3 Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: 2 Żmien li titwieled, u żmien li tmut; żmien li tħawwel, u żmien li taħsad l-imħawwel; 3 żmien li toqtol, u żmien li tfejjaq; żmien li ġġarraf, u żmien li tibni; 4 żmien li tibki, u żmien li tidħak; żmien [...]

Il-Grupp Parlamentari tal-PN jippreżenta mozzjoni sabiex issir inkjesta indipendenti inquiry dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia

By
2018-10-18T16:51:22+02:00Tue, 16th Oct '18, 07:44|

Il-Grupp Parliamentari kollu tal-PN għadu kemm ippreżenta Mozzjoni Parlamentari li, jekk tiġi milqugħa, issejjaħ lill-gvern biex jaħtar inkjesta pubblika u indipendenti dwar iċ-ċirkostanzi tal-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Il-mozzjoni ġiet preżentata b'appoġġ għat-talbiet tal-familja ta' Daphne, ta' membri tal-Parlament Ewropew u ta' NGOs internazzjonali dwar il-libertà tal-istampa biex issir inkjesta pubblika, talbiet li sa issa [...]

Hawn hi r-risposta

By
2018-10-15T14:44:58+02:00Mon, 15th Oct '18, 08:46|

Reporters without Borders, il-Committee to Protect Journalists, 60 per Daphne, il-European Centre for Press and Media Freedom u l-PEN International qiegħdu fjuri u xemgħat u ħallew noti b'messaġġi quddiem il-bini tal-qorti b'tifkira ta' Daphne Caruana Galizia u talbu li ssir ġustizzja mal-ġurnalista li nqatlet waqt li kienet qed taqdi d-dmirijiet tagħha. Il-gvern wieġeb. Dan huwa [...]

Il-ħoloq tal-katina tal-qerq

By
2018-10-15T16:23:00+02:00Sun, 14th Oct '18, 11:33|

L-istorja mxandra llum fil-Malta Today dwar David Casa ma ġietx pubblikata llum b'kumbinazzjoni. Il-pubblikazzjoni ta' din l-istorja proprju llum isservi biss l-interessi ta' dawk li ħadu pjaċir li llum għamel il-maltemp u għalhekk ma setax jitfakkar l-anniversarju tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Persuna li kien jaħdem fl-uffiċċju ta' David Casa, li isimha baqa' anonimu, lil [...]

Il-Manifestazzjoni tal-lum hi posposta minħabba l-maltemp

By
2018-10-14T08:44:53+02:00Sun, 14th Oct '18, 08:44|

#occupyjustice u manueldelia.com iħabbru li minħabba l-meltemp id-dimostrazzjoni għall-Verita' u Ġustizzja li kellha ssir illum wara nofsinhar qegħda tkun posposta għat-Tlieta 16 ta' Ottubru 2018. Nitilqu fis-7:00pm minn quddiem il-Wembley Store, il-Belt Valletta. Nikkonfermaw li l-kumplament tal-programm ta' attivitajiet għall-15 u s-16 ta' Ottubru ser jibqa' kif imħabbar preċedentement: 15 ta' Ottubru 2018 1845 Freedom [...]

Carlo Bonini: L’isola assassina

By
2018-10-15T16:26:47+02:00Sat, 13th Oct '18, 11:07|

Waqt li 'l bieraħ kont Ruma, erġajt iltqajt ma' Carlo Bonini tal-ġurnal La Repubblica li hu parti minn The Daphne Project u awtur tal-film "Daphne" li ntwera' waqt attività organizzata minn din il-website xi xhur ilu. Permezz ta' Feltrinelli, għadu kemm ippubblika ktieb dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia li fih jirrakkonta l-istorja ta' x'irriżulta [...]

Fejn kien Chris Cardona?

By
2018-10-15T16:25:36+02:00Sat, 13th Oct '18, 06:32|

Meta l-Ispettur tal-pulizija li qed imexxi l-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Keith Arnaud kien qed jinterroga lil Alfred Degiorgio, lill-Fulu wrieh l-evidenza kollha li l-pulizija kellha f'idejha dwar is-sehem tiegħu fil-qtil tal-ġurnalista. Lil Alfred Degiorgio, Keith Arnaud indikalu li l-pulizija kienet sabet tarf tal-assassinju. Wrieh ir-rekords tax-xiri tas-SIM card, il-movimenti tal-mobiles, ir-rekords tad-diskorsi [...]

Jurgen Balzan f’The Shift News: jekk verament huma innoċenti, il-għala jindannaw daqshekk?

By
2018-10-15T16:24:12+02:00Sat, 13th Oct '18, 06:09|

  Dan l-iscreenshot ta' Glenn Bedingfield f'dagħdiha minn tiegħu fil-Parliament jumejn ilu jġiegħelek titħasseb sew. U Jurgen Balzan iwieġeb billi jolqot il-musmar fuq rasu: "jekk tassew ħadd minn fost ir-reġim tal-Labour m'hu sid l-Egrant, Glenn Bedingfield ma keelux għalfejn jitlifha u jitkeċċa mill-Parlament għad-dagħa li lissen". Hekk hu. It tema dwar iż-żamma tal-kalma wieħed isibha [...]

Ma nistgħux nerħulhom weħidhom

By
2018-10-13T07:38:04+02:00Thu, 11th Oct '18, 11:02|

Attivisti tas-soċjetà ċivili għandhom raġun isostnu li huma m'humiex politiċi għalkemm ħafna drabi isibu fuqxiex jaqblu ma' wħud minnhom. Il-vokazzjoni tal-politiċi u tal-attivisti tas-soċjetà ċivili hi differenti. Is-soċjetà ċivili m'għandhiex għalfejn tħabbel rasha dwar strateġija, tattika, solidarjetà kolleġġjali u l-konsistenza. Dak li jgħidu jgħiduh għax verament jemmnu fih. Iżda għall-politiċi, l-ħajja hi ferm aktar komplikata. [...]

Jien inkwetat dwar is-sigurta’ ta’ Simon Busuttil

By
2018-10-11T13:08:30+02:00Wed, 10th Oct '18, 22:48|

Tul din l-aħħar sena ħabbilt rasi kemm niflaħ dwar dak li se nikteb u qgħadt lura milli nlissen kelma. Il-bieraħ segwejt fuq it-televiżjoni d-diskors tal-prim ministru mill-Parlament u min kien preżenti tarrafli xi aħbarijiet dwar ix-xenati li kien hemm fil-Kamra hekk kif intfew il-kameras. U llum rajt lil Chris Cardona u sħabu f'dagħdiha huma u [...]

Tilfu l-boxxla

By
2018-10-13T07:38:52+02:00Wed, 10th Oct '18, 21:50|

Sarah Puntan Galea, waħda mill-qaddejja tat-tagħwiġ tal-verità li għandu Joseph Muscat, għoġobha tgħallem xi ftit ġurnaliżmu lil Simon Reeve tal-BBC. Din mingħaliha li l-bqija tad-dinja topera bħal Malta fejn tal-Labour jgħidilna kif għandna naħsbu, anki jekk naqgħu fl-assurd. Il-fatt li tal-BBC għażlu li jintervistaw lili ma jfissirx li ħaddieħor għandu xi dritt awtomatiku li jibbilanċja [...]

L-eżiljati

By
2018-10-13T07:42:15+02:00Wed, 10th Oct '18, 15:55|

Aktar tard ipprova jbenġilha, iżda kien leħaq lissinha. Lil Simon Busuttil, Joseph Muscat qallu li m'għandux jitħalla jersaq lejn Malta. Ma kienx kumment li ntqal fir-rabja tal-mument. Din jidher li hi ħaġa li l-prim ministru jrid iqiegħda fuq l-aġenda. Ta' sikwit niltaqa' ma persuni li għandhom il-kultura, l-mezzi u l-kuraġġ li jaħsbuha sewwa għandhomx jitilqu [...]

Tinsewx. Chris Cardona midħla ta’ ieħor mit-tliet assassini wkoll.

By
2018-10-10T10:51:04+02:00Wed, 10th Oct '18, 09:20|

Bħalissa Chris Cardona jinsab taħt il-lenti u ħafna qed jistaqsu għala gideb meta stqarr li lill-allegat assassin numru 1 ta' Daphne Caruana Galizia li qed jistenna li jgħaddi ġuri Alfred Degiorgio ma jafux. Hekk kif xhieda stqarrew li Chris Cardona ltaqa' miegħu fil-Ferdinand's Bar fis-Siġġiewi fiż-żmien meta seħħ l-assassinju, huwa ċaħad li kien iltaqa' miegħu [...]

Politika tat-teatrini

By
2018-10-10T10:50:22+02:00Tue, 9th Oct '18, 12:45|

L-għada li Chris Cardona ġie mixli minn ġurnal ewlieni Taljan li gideb dwar kemm kien midħla ta' assassin li huwa akkużat bil-qtil ta' ġurnalista, dawk tal-qalba ta' ġewwa fil-PN intilfu jitlewmu dwar min hu s-sid tad-drittijiet ta' sensiela televiżiva. Il-politika f'pajjiżna waqgħet f'dan il-livell: sensiela televiżiva ta' darba fil-ġimgħa dwar dak li tkun għaddiet minnu [...]

La Repubblica: Chris Cardona gideb meta stqarr li lil Alfred Degiorgio ma jafux. Lill-maġistat inkwirenti ħbewlu l-call logs.

By
2018-10-09T08:18:17+02:00Mon, 8th Oct '18, 18:46|

La Repubblica illum xandret rapport li fih sostniet li lill-Maġistrat Neville Camilleri żewġ xhieda qalulu li fid-29 ta' Ġunju 2017, erba' xhur qabel l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, il-Ministru Chris Cardona u Alfred Degiorgio, wieħed mit-tliet akkużati bil-qtil, iltaqgħu waqt festin li sar f'villa fil-Fawwara. Dan jikkontradixxi stqarrijiet pubbliċi li għamel il-Ministru Chris Cardona li [...]

Tradiment

By
2018-10-09T08:20:30+02:00Mon, 8th Oct '18, 16:46|

Araw dan ir-rapport fuq One News. Forsi għal min ma jgħixx hawn Malta jidher verament tad-daħk il-ħsieb li wieħed jista' jiġih f'moħħu li blogger li jaħdem minn bejn l-erba' ħitan ta' daru fl-Imqabba għandu l-ħila jġiegħel lil tal-BBC u tal-istampa internazzjonali jxandru rapporti ko-ordinati minnu, li l-BBC u l-istampa internazzjonali wieħed jista' jordnalhom x'kwalità ta' [...]

Posters fit-triq

By
2018-10-10T10:48:11+02:00Mon, 8th Oct '18, 13:29|

Agħtu ħarsa lejn dawn il-posters li jinsabu mdendlin fit-toroq ta' Peruġja. Owen Bonnici ċertament mhux se jibgħat nies mill-Ministeru tiegħu biex ineħħuhom fis-satra tal-lejl bl-istess mod kif posters ta' protesta hawn Malta jitneħħew fi ftit sigħat wara li jkunu ddendlu. Bl-istess mod li posters imħallsa li ilhom jirreklamaw il-birra u l-burgers għal snin twal jitneħħew [...]

Go to Top