About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Tal-Pilatus Bank iħallsu lil Maria Efimova … wara sentejn

By
2018-06-20T23:32:01+02:00Tue, 19th Jun '18, 14:20|

Tal-Labour office ta' Malta għamlu kuntatt ma' Maria Efimova sabiex jinfurmawha li tal-Pilatus Bank kienu ħallsu l-paga li kellha tieħu għaż-żmien meta ħadmet għal tliet xhur bħala assistenta eżekuttiva ta' Ali Sadr. L-ironija hi li tal-Pilatus Bank effettivament ammettew li l-ilment li Maria Efimova kienet għamlet kontra tagħhom kien wieħwd ġustifikat u li kien minnu [...]

Il-ħbieb li jaħbulek flusek

By
2018-07-09T17:53:07+02:00Tue, 19th Jun '18, 14:11|

Nexia BT — Mossack Fonseca (Malta) — Kasco Group. Dawn huma t-tliet pilastri li Keith Schembri jserraħ fuqhom hu u joħloq skemi frawdolenti biex jaħbi d-dħul ta' flejjes illeċti u biex jevadi l-ħlas tat-taxxi filwaqt li jagħmel użu mill-kariga pubblika tiegħu għall-benefiċċju personali tiegħu. Ir-raba' pilastru huma tal-MFSP, l-aġenzija ta' investiment magħmula minn erba' sħab, [...]

L-egħbusija tar-ras ta’ min qed jiżloq fin-niexef

By
2018-07-09T17:54:56+02:00Tue, 19th Jun '18, 13:59|

It-tmexxija tal-PN qiegħda tiżloq fin-niexef. Huwa ċar li fid-Dar Ċentrali teżisti mentalità testarda ta' min jikkonsidra lilu nnifsu perpetwament assedjat, ta' min jaħseb li n-nies se toqgħod għall-ordnijiet u għall-għajjat u ta' min jikkonsla bil-mili bix-xema' u bil-manjanimità immaġinarja tal-għadu, hekk kif dawk li tradizzjonalment dejjem appoġġjaw lill-Partit qed isibu ruħħom bħall-orfni. Mingħajr ma kkummentajt, [...]

Neville Gafà: Xhieda beżgħana li jpattuhielhom

By
2018-07-09T17:52:40+02:00Tue, 19th Jun '18, 13:42|

Neville Gafà lit-Times of Malta qalilha li qiegħed “jiċħad l-allegazzjonijiet kollha tas-Sur Grech Mintoff u li qed jirriserva d-dritt li jieħu passi legali”. Din kienet ir-reazzjoni tiegħu għad-dokumenti li ssottometta Ivan Grech Mintoff f'kawża ċivili li fiha stqarr li xhieda potenzjali li kienu xaħħmu lil Neville Gafà biex jakkwistaw viża għal Malta huma beżgħana li [...]

Clyde Puli, oqgħod attent.

By
2018-06-19T11:06:38+02:00Sun, 17th Jun '18, 15:22|

Araw dan il-video ta' Net News. Clyde Puli inqada' bit-televiżjoni biex jirrepeti dak li kien stqarr lil The Malta Independent. Jagħmel spjegazzjoni dwar il-proċess tal-għażla tal-kandidati u jikkritika "sezzjoni tal-media" - identifikata mill-ġurnalist bħala t-Times of Malta - talli daħket bil-qarrejja tagħha. https://youtu.be/OZd9TQl50vs Iżda ma kenitx biss it-Times of Malta li tkellmet dwar l-intervista li [...]

Tixrid tal-mibgħeda minn taħt il-maskra tal-kultura

By
2018-06-19T11:03:42+02:00Sun, 17th Jun '18, 14:33|

Frederick Testa, wieħed minn ta' "Tagħna Lkoll" li xeba' jerda' minn fuq il-fondi pubbliċi, uffiċjalment huwa cultural liaison officer mal-Kunsill Malti tal-Arti. Ingħata din il-kariga għar-raġuni li huwa tipaċċ bħal Mario Azzopardi li t-tnejn għenu mhux ftit biex taw lil tal-Labour immaġni pederastika. F'kummenti fil-Facebook kiteb li David Casa jmissu jiġi mitmugħ lill-klieb kumbinazzjoni fl-istess [...]

L-id li trid tgħamik

By
2018-06-19T11:07:09+02:00Sun, 17th Jun '18, 14:23|

Dan ir-ritratt inġibed minn Darrin Zammit Lupi għar-Reuters. Kuntistabbli tal-pulizija ittanta jostakola lil min ried jiġbed ritratt minkejja l-fatt li dan iddikjara li huwa ġurnalist li kien fuq il-lant tax-xogħol. Kif wieħed jista' jobsor, il-pulizija kien qed jipprova jiċċensura l-protesta tal-Kenniesa li ħarġu b'figuri tal-kartun ta' Keith Schembri u ta' Konrad Mizzi libsin ilbies tal-ħabsin. [...]

Tal-FIAU jimmultaw il-magna tal-ħasil imma jħallu lill-ħasselin weħidhom

By
2018-06-19T11:02:51+02:00Sun, 17th Jun '18, 09:36|

L-istorja li xandar Jacob Borg fit-Times of Malta tal-bieraħ żvelat li MFSP Financial ġiet immultata mill-FIAU talli kisret il-liġijiet tal-MFSA. Hija ħaġa mis-sewwa li l-intermedjarji wieħed joqgħod għassa tagħhom bil-għan li dawn jinżammu kontabbli meta jagħlqu għajnejhom fil-konfront tal-ħassiela ta' flus maħmuġin, l-evażuri tat-taxxa u l-frodisti. Iżda dan m'huwiex kollox. Jekk il-FIAU ikun irriżultalha li [...]

Min xandar ritratti pornografiċi bi tpattija se jikkontesta għall-Parlament Ewropew

By
2018-06-19T11:08:45+02:00Sun, 17th Jun '18, 08:56|

Fl-imgħoddi Cyrus Engerer diġà kien imħajjar jikkontesta l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Kien irtira l-kandidatura tiegħu fl-aħħar minuta minħabba kundanna mill-Qorti talli kien xandar ritratti pornografiċi ta' sieħbu bi tpattija wara li kien kisirha minn miegħu. Joseph Muscat kien sejjaħ l-irtirar ta' din il-kandidatura bħala att erojku u lil dan il-kunsillier eks Nazzjonalista b'akkuża serja mdendla ma' [...]

#occupyjustice: Is-Siġra tal-Ġustizzja

By
2018-06-16T14:10:22+02:00Sat, 16th Jun '18, 14:05|

Stqarrija ta' #occupyjustice: Siġra tal-Ġustizzja ‘tħawwlet’ quddiem il-Ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq is-Sibt wara nofsinhar b’ittri ta’ protesta bħala l-‘frott’ mill-friegħi tagħha. Is-Siġra tħawwlet tminn xhur mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. #Occupyjustice qalu li “kull ma fadlilna huma l-egħruq tal-ħażen”. #Occupyjustice hu grupp ta’ attivisti mmexxijja minn nisa li qegħdu s-siġra fejn kien hemm siġra tal-ballut [...]

Qegħdin tavveluna

By
2018-06-16T12:29:53+02:00Sat, 16th Jun '18, 09:11|

Darrin Zammit Lupi, fotografu mar-Reuters, dalgħodu ried jiġbed ritratt ta' Kastilja. Kuntistabbli tal-pulizija ma ħalliehx. Dan huwa r-riżultat.

L-album tal-familja tal-Kenniesa

By
2018-06-16T12:32:00+02:00Sat, 16th Jun '18, 09:04|

Il-Kenniesa illum ħarġu b'figuri tal-kartun mill-album tal-familja tal-qaddisin. Tafu għal min qed ngħid. Keith Schembri, Konrad Mizzi, Chris Cardona: dawn qed jeħlu ta' xejn jaħasra.

‘M’hux se nisktu’

By
2018-06-16T12:28:53+02:00Sat, 16th Jun '18, 09:01|

Il-banners li ttellgħu dal-lejl, 8 xhur wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, fihom messaġġ b'saħħtu. Lil Daphne sikktuha. Iżda dan ma jfissirx li ħaddieħor se jissikket ukoll. Huwa messaġġ lil dawk kollha li, għax il-protesti u l-verità jikxfuhom ta' li huma, jridu jsikktu lil ħaddieħor. Lil dawk kollha li jridu lil ħaddieħor jiskot biex il-ħmerijiet [...]

L-għażla tal-kandidati

By
2018-06-16T12:33:19+02:00Fri, 15th Jun '18, 12:50|

Clyde Puli ta intervista lil The Malta Independent li fiha kien hemm ħaġa li ma daqqitlix. Fil-fatt, kien hemm aktar minn waħda, iżda ejja nitkellmu dwar waħda biss. Hu u jħabbar il-kandidatura ta' żewġ kandidati ġodda għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u, jekk dawn jaċċettaw, il-possibilità li jiżdiedu mal-lista żewġ kandidati oħra, qal ukoll li l-PN kien [...]

Ringrazzjamenti

By
2018-06-15T16:56:46+02:00Fri, 15th Jun '18, 10:47|

Photo by Milos Bicanski/Getty Images Is-sentenza tal-Qorti Suprema Griega li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba ta' Malta għall-estradizzjoni ta' Maria Efimova hi waħda ta'  sinjifikat immens. Hi ħaġa rari ħafna meta Stat Membru tal-Unjoni Ewropea juri li ma jafdax stat ieħor fl-istess Unjoni bis-sigurtà ta' persuna akkużata b'reat kriminali. Għalkemm din kienet deċiżjoni [...]

16 ta’ Ġunju fis-7.30 ta’ filgħaxija: Velja favur il-Verita’ u l-Ġustizzja

By
2018-06-16T15:15:50+02:00Fri, 15th Jun '18, 10:20|

Ħadd mhu se jsejjaħ għall-verita' u l-ġustizzja jekk ma tkunx int. Din il-ġimgħa il-qrati Maltin iddikjaraw li l-Gvern kiser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem fir-rigward tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia peress li ma jista jkun hemm l-ebda fiduċja fl-indipendenza politika tal-pulizija. Il-Qorti Suprema Griega tat protezzjoni lis-sors ta' Daphne Caruana Galizia, Maria Efimova, kontra ir-riskju għal ħajjitha [...]

Id-dmir li topponi

By
2018-06-15T17:51:56+02:00Fri, 15th Jun '18, 09:02|

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista qiegħda ripetutament tonqos mid-dmirijiet kostituzzjonali tagħha li tgħarbel il-ħidma tal-gvern, li titkellem dwar in-nuqqasijiet tiegħu, li topponi l-eċċessi tiegħu u li toħroġ b'soluzzjonijiet alternattivi bil-għan li jinħoloq dibattitu. L-Oppożizzjoni għandha dan id-dmir. U jidher li m'hix twettqu. Dan l-aħħar Jurgen Balzan ta' The Shift News staqsa jekk il-Partit Nazzjonalista huwiex iservi ta' forċina [...]

Chris Cardona mhux se jivvota

By
2018-06-16T15:19:58+02:00Wed, 13th Jun '18, 19:34|

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista li hu wkoll it-tielet fil-grad ta' preċedenza tal-gvern, il-Ministru Chris Cardona llum mhux se jmur jivvota fil-Parlament. Il-gvern b'daqshekk m'huwiex se jitlef xi vot iżda l-assenza ta' ministru ewlieni hi ta' sinjifikat speċjalment meta m'hemmx l-iskuża ta' safar. Intant ninsab infurmat li kien hemm min lemaħ lill-Ministru Chris Cardona fil-Parliament għal [...]

Se jagħmlu minn kollox? Il-Gvern jirrombla fuq id-drittijiet fundamentali. L-Oppożizzjoni ma titniffisx.

By
2018-06-16T14:12:33+02:00Wed, 13th Jun '18, 09:40|

Is-sentenza li ngħatat il-bieraħ mill-Imħallef Silvio Meli f'kawża kostituzzjonali li saret mill-werrieta ta' Daphne Caruana Galizia kontra l-gvern fiha ħafna fuqhiex wieħed x'jixtarr. M'għandniex xi ngħidu li l-ewwel effett tal-ordni tal-Imħallef hi li Silvio Valletta għandu jtir minn fuq il-każ. U fis-sentenza tal-qorti saret osservazzjoni f'waqtha: hija ħaġa tad-daħk li wieħed jippretendi li bniedem li [...]

Rebħa għal dak li kien ovvju mill-bidu nett

By
2018-06-13T08:02:52+02:00Tue, 12th Jun '18, 10:19|

Kienu kostretti jieħdu parir legali biex jaraw jekk id-drittijiet tagħhom kinux qed jiġu miksura. Meta għamlu hekk, fi stqarrija uffiċjali l-gvern għajjarhom tradituri. Imbagħad kellhom jargumentaw quddiem il-qorti li persuna esposta politikament ma jistax ikun mistenni minnha serjament li tinvestiga reat kriminali li fih s-suspettati wkoll huma persuni esposti politikament. Tmien xhur wara li ommhom [...]

Go to Top