About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

Meta “relazzjoni professjonali” tista’ tfisser “korruzzjoni”

By
2019-06-27T14:21:51+02:00Tue, 18th Jun '19, 08:20|

Kien pjaċir tiegħi li attendejt il-bieraħ għall-marċ msejjaħ mill-Moviment Graffitti b'solidarjetà ma' dawk kollha li spiċċaw bla saqaf fuq rashom bi protesta kontra r-regħba ta' min qed iwettaq proġetti ta' kostruzzjoni li huma l-kaġun tas-sitwazzjoni mwiegħra li issa sabu ruħħom fiha. Id-diskors li għamel Wayne Flask ma kienx biss wieħed letterarju. Kien ukoll karba msejsa [...]

Riżenja? X’riżenja?

By
2019-06-19T08:30:43+02:00Tue, 18th Jun '19, 08:05|

Għandu mnejn ikun jum interessanti fil-qorti llum. Lil Pierre Portelli għandha ssirlu kontro-eżami fil-kawża li jien kont għamilt f'Awwissu li għadda kontra l-PN għar-raġuni li huwa - b'ammissjoni tiegħu stess - iddeċieda li ma jxandarx stqarrija b'risposta għal rappurtaġġ qarrieqi minn naħa ta' Net TV. Dawn kienu qalu li jien kont gdibt dwar Adrian Delia [...]

Joseph “Comical Ali” Muscat: il-BoV ma tistax tinnegozja bid-Dollari Amerikani għax sejra tajjeb.

By
2019-06-17T19:01:04+02:00Mon, 17th Jun '19, 16:35|

Joseph Muscat qal li l-fatt li l-Bank of Valletta issa ġie projbit milli jinnegozja bid-dollaru Amerikan ifisser li l-bank sejjer tajjeb. X'ried jgħid biha din l-istqarrija jien ma nafx. U għax ma nafx, lill-Prim Ministru se nistaqsih mistoqsija supplimentari: li kieku l-BOV ma kienx sejjer tajjeb, kien jistenna' li l-bank jibqa' jżomm miegħu l-banek korrispondenti [...]

L-istorja dwar Soho

By
2019-06-17T16:02:58+02:00Mon, 17th Jun '19, 09:23|

Adrian Delia reġa' għandu ma' wiċċu allegazzjonijiet ġodda. Din id-darba qed jiġi mixli li gideb dwar firem awtentiċi tiegħu u li qal li kienu ġew falsifikati, biex b'hekk spiċċa għamel frame-up fuq oħt il-mexxej ta' qablu fuq reat kriminali ineżistenti. Dawn huma allegazzjonijiet li saru mill-eks sieħeb fin-negozju tiegħu Kris Bajada li, fl-aħjar ipotesi, għandu [...]

Il-bigottiżmu ta’ Maurice Mizzi

By
2019-06-17T16:37:25+02:00Mon, 17th Jun '19, 07:52|

Maurice Mizzi m'għadux il-gwardjan tal-ġenerazzjonijiet tal-futur. Titlu vojt li fil-fatt ma jfisser xejn. Għalkemm kien ġie maħtur bħala għassies b'ittra mingħand Josè Herrera, jien qatt ma rajtu jgħasses xejn. Dan huwa is-sinjurun li m'għandux ħwejjeġ biex jehda ħlief li joqgħod isemmagħlna l-fehmiet preġudikati u bigotti tiegħu filwaqt li jitmaxtar fit-tifħir tal-gvern li jiffinanzja u fl-istess [...]

Comical Ali u d-dikjarazzjonijiet tal-Mosta u ta’ Raħal Ġdid

By
2019-06-17T08:13:47+02:00Fri, 14th Jun '19, 18:50|

Il-kumitati sezzjonali tal-PN tal-Mosta u ta' Raħal Ġdid xandru dikjarazzjonijiet li permezz tagħhom ikkritikaw it-tmexxija tal-partit u talbu li, minflok toqgħod tispjega r-raġunijiet għat-telfiet elettorali riċenti, għandha terfa' r-responsabbiltà għal dan id-diżastru. Dawn id-dikjarazzjonijiet segwew il-protesti li saru mill-attivisti Għawdxin wara l-attentat li sar biex jitwarrab Kevin Cutajar biex b'hekk ikun jista' jinqeda' il-mimmi t'għajnejn [...]

Bla saqaf grazzi għan-nuqqas ta’ azzjoni tal-Istat

By
2019-06-17T08:14:50+02:00Fri, 14th Jun '19, 17:42|

Il-Prim Ministru l-bieraħ ħareġ ordni rjali biex jieqaf kull tħammil ta' art u twaqqiegħ ta' bini sakemm issir reviżjoni tar-regolamenti li, skont hu, huma l-kaġun tal-kroll ta' binjiet. Mill-bieraħ 'l hawn il-Facebook imtela' b'ħafna kummenti dwar din l-ordni u dwar l-assurdità tagħha. Din kienet ir-raġuni għala l-ordnijiet rjali kienu ġew aboliti mir-Rivoluzzjoni Franċiża u flokhom [...]

Iż-żewġ perċimes

By
2019-06-17T08:13:04+02:00Fri, 14th Jun '19, 11:16|

It-tmexxija tal-PN tinsab f'dagħdiha ta' firda politika. Meta l-membri parlamentari jirrikorru għall-WhatsApp groups jew għall-Facebook biex jesprimu n-nuqqas ta' qbil tagħhom mal-linja tat-tmexxija tal-partit, hemm min isostni li jinħolqu l-fazzjonijiet. Dan m'huwiex neċessarjament il-każ: b'imġieba bħal din jkunu qed jiżfugaw is-sens ta' disperazzjoni tagħhom minħabba malintiżi, nuqqas ta' fiduċja u nuqqas ta' komunikazzjoni. Ir-reazzjoni tat-tmexxija [...]

Il-falza stikka ta’ Manwel Malllia

By
2019-06-17T08:11:59+02:00Thu, 13th Jun '19, 14:53|

L-istorja dwar meta Manwel Mallia għoġbu jibgħat messaġġ lil WhatsApp Group li jinkludi deputati Nazzjonalisti u li fih ħajjarhom biex "imexxu l-kelma kontra" rapport tal-Kunsill tal-Ewropa, hi waħda li turi l-falza stikka li dan ħa meta daħal f'chat window żbaljat. Din l-istorja m'hix daqstant dwar l-iżball li ħa Manwel Mallia meta ma tax każ il-messaġġi [...]

Komdu bl-impunità li hawn

By
2019-06-13T15:02:15+02:00Wed, 12th Jun '19, 19:03|

L-Oppożizzjoni tat indikazzjoni li m'hix bi ħsiebha tappoġġja abbozz tal-liġi li ressaq il-gvern biex bis-saħħa ta' emenda fil-Kostituzzjoni jinqasam fi tnejn ir-rwol tal-Avukat Ġenerali, u jinżamm u jissaħħaħ il-kontroll li għandu l-prim ministru fuq dawk l-istituzzjonijiet li suppost għandhom is-setgħa li jikkontrollaw l-imġieba tiegħu. Din hi aħbar tajba għaliex bis-saħħa ta' dan l-abbozz sitwazzjoni li [...]

Il-Qorti mitluba tordna lil Ministri li jxandru s-sors tal-kwotazzjoni mill-parti mhux imxandra tar-rapport tal-inkjesta Egrant

By
2019-06-13T15:03:10+02:00Wed, 12th Jun '19, 13:48|

Repubblika ippreżentat rikors li fih talbet lill-qorti tordna lill-Ministri Konrad Mizzi, Edward Scicluna u Chris Cardona jgħaddulha kopja tad-dokument li kienu kkwotaw minnu fil-proċeduri tal-qorti li jifforma parti minn estratt tar-rapport tal-inkjesta Egrant li għadu ma ġiex ippublikat. Infakkar li l-Avukat Ġenerali kien xandar madwar 50 mill-1,500 paġna tar-rapport tal-inkjesta, għalkemm kopji tar-rapport kienu ġew [...]

Wasal fit-tmiem

By
2019-06-13T15:04:02+02:00Wed, 12th Jun '19, 13:13|

Wieħed għandu mnejn jasal għall-konklużjoni li t-tmexxija qasira u mimlija skossi ta' Adrian Delia waslet biex tintemm. Iżda bis-saħħa ta' wirja ta' kunfidenza żejda, Delia xorta waħda qed jipprova jagħti l-impressjoni li għad jista' jibqa' jferfer fil-wiċċ. Fil-laqgħa tal-bieraħ tal-Grupp Parlamentari, saħansitra lanqas il-viċi kapijiet tal-PN ma qabżu għalih. Jidher li Robert Arrigo u David [...]

Repubblika: Waqqaf it-tibdil fil-Kostituzzjoni

By
2019-06-10T15:17:36+02:00Mon, 10th Jun '19, 15:17|

Stqarrija ta' Repubblika tal-lum: IL-PARLAMENT M’GĦANDUX JAPPROVA EMENDI KOSTITUZZJONALI MINGĦAJR KONSULTAZZJONI Repubblika hi mħassba bl-abbozz ta’ liġi li l-gvern qed iressaq illejla quddiem il-Parlament biex jemenda l-Kostituzzjoni u tappella lid-Deputati jirrifjutaw dan l-abbozz jekk iridu riformi Kostituzzjonali serji, li jindirizzaw il-problemi li suppost isolvu, u li huma adottati b’kunsens wiesgħa tal-komunità Maltija. Mhux vera li [...]

Il-Grupp Parlamentari tal-PN għandu joqgħod b’seba’ għajnejn

By
2019-06-10T15:21:17+02:00Mon, 10th Jun '19, 07:29|

Id-diskorsi tal-bieraħ tal-mexxejja politiċi kellhom tema komuni. It-tnejn li huma jippretendu li għandna niżfnu għad-daqq tagħhom. Araw ftit kif il-bieraħ Joseph Muscat qal li jinsab inkwetat għall-fatt li l-firdiet li hemm fil-PN jistgħu ifissru li ma jkollux il-maġġoranza ta' żewġ terzi li hi meħtieġa biex iwettaq il-bidliet Kostituzzjonali li jrid hu.  Jidher li l-Prim Ministru [...]

X’mingħalih se jirbaħ Adrian Delia?

By
2019-06-10T15:18:51+02:00Thu, 6th Jun '19, 13:39|

Ta' Xarabank ħabbru li għada Adrian Delia, bħala gladjatur prim, se jiddibatti ma' Franco Debono, David Thake, Wayne Hewitt, George Tabone tal-Gram Jewellers u ċertu Jeremy Camilleri li jingħad li kien jaħdem mal-General Workers’ Union. Lovin' Malta  - nittama li b'mod ironiku - sejħet lil dan l-iżvilupp bħala "manuvra kuraġġjuża" minn naħa ta' Adrian Delia. [...]

Malta mitluba tikkonsulta dwar il-qasam tar-riformi fil-ġustizzja mal-Kummissjoni ta’ Venezja

By
2019-06-10T15:20:14+02:00Thu, 6th Jun '19, 09:51|

HXJ983 Brussels, Belgium. 28th Mar, 2017. Press conference of Minister Justice of Malta Owen Bonnici and Commissioner Vera Jourova at the European Council. Credit: Leo Cavallo/Alamy Live News Għejjun mill-Kummissjoni Ewropea qaluli li l-Kummissarju għall-Ġustizzja Vera Jourova saħqet dwar il-ħtieġa li r-riformi fil-qasam tal-ġustizzja għal Malta jiġu mgħarbla sewwa u li l-gvern Malti [...]

Minn fejn ġibtuha l-kwotazzjoni mir-rapport Egrant?

By
2019-06-05T16:22:22+02:00Wed, 5th Jun '19, 10:46|

Fil-Qorti, Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi ġabu r-raġunijiet tagħhom il-għala jidhrilhom li m'għandhiex issir inkjesta biex tgħarbel l-imġieba tagħhom fejn għandu x'jaqsam l-iskandlu dwar l-isptarijiet VGH. Wieħed jeħtieġ li jifhem li, f'dan l-istadju, m'hix qed tiġi mgħarbla il-ħtija jew in-nuqqas ta' ħtija tagħhom. Iżda, fid-dawl ta' dak li diġà huwa magħruf, il-Maġistrat jeħtieġ [...]

Storja dwar żewġ intervisti

By
2019-06-05T16:21:24+02:00Tue, 4th Jun '19, 18:00|

Illum ixxandru żewġ intervisti online fuq il-ġurnali. It-Times of Malta intervistat lil Adrian Delia, filwaqt li The Malta Independent intervistat lil Mark Anthony Sammut. Segwuhom it-tnejn. F'dawn l-aħħar ġranet, is-suġġetti li tkellmu dwarhom diġà ġew ittrattati b'mod estensiv fl-istampa kif ukoll minn din il-website. U l-ġurnali online stess ipprovdew sunt tal-intervisti li xandru. Dan li [...]

Dak li ma qalx Jean Pierre Debono

By
2019-06-04T07:19:21+02:00Mon, 3rd Jun '19, 13:37|

Jekk għadek ma qrajtx "l-ispjegazzjoni" ta' Jean Pierre Debono għamel dan qabel taqra' dan li-ġej. Huwa għamel ċaħdiet u ħareġ bi skużi u ttanta jispjega - jien xandart dak kollu li kiteb għaliex huwa ġust li wieħed ikun jaf il-verżjoni tiegħu x'inhi. Iżda l-bużillis jinsab hawn. Il-kredibilità tal-"apoloġija" ta' Jean Pierre Debono hi msejsa fuq [...]

Il-PN iħabbar li Jean Pierre Debono mhux ser jokkupa s-siġġu Parlamentari

By
2019-06-03T16:37:40+02:00Mon, 3rd Jun '19, 12:45|

Fi stqarrija qasira mxandra fuq Net News, il-PN ħabbar li Jean Pierre Debono lil Adrian Delia qallu li "mhux bi ħsiebu jaċċetta s-siġġu Parlamentari li ngħata lilu f'proċess demokratiku fi ħdan l-istrutturi tal-PN". Net News qal li kien ser iforni aktar informazzjoni aktar tard. Din hi kopja tal-ittra li Jean Pierre Debono bgħat lill-kap tiegħu [...]

Go to Top