Guest Post: lealtà bla tarf?
Minn awtur mistieden li jien naf li fl-imgħoddi kien f'karigi differenti fil-PN: Dik hi dilemma morali: meta jkollok tagħżel bejn prinċipji jew valuri li għandhom l-istess importanza. Mhux faċli ssib tarf ta' sitwazzjoni bħal din. Dan kollu ġieni f'moħħi jien u naqra l-aħħar akkużi li saru fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni li, jeħtieġ niftakru, qed jokkupa kariga maħluqa mill-Kostituzzjoni. Dan ġieni f'moħħi mhux minħabba n-natura tal-akkużi, iżda [...]