Carlo Bonini: L’isola assassina

By
2018-10-15T16:26:47+02:00Sat, 13th Oct '18, 11:07|

Waqt li 'l bieraħ kont Ruma, erġajt iltqajt ma' Carlo Bonini tal-ġurnal La Repubblica li hu parti minn The Daphne Project u awtur tal-film "Daphne" li ntwera' waqt attività organizzata minn din il-website xi xhur ilu. Permezz ta' Feltrinelli, għadu kemm ippubblika ktieb dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia li fih jirrakkonta l-istorja ta' x'irriżulta [...]

Fejn kien Chris Cardona?

By
2018-10-15T16:25:36+02:00Sat, 13th Oct '18, 06:32|

Meta l-Ispettur tal-pulizija li qed imexxi l-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Keith Arnaud kien qed jinterroga lil Alfred Degiorgio, lill-Fulu wrieh l-evidenza kollha li l-pulizija kellha f'idejha dwar is-sehem tiegħu fil-qtil tal-ġurnalista. Lil Alfred Degiorgio, Keith Arnaud indikalu li l-pulizija kienet sabet tarf tal-assassinju. Wrieh ir-rekords tax-xiri tas-SIM card, il-movimenti tal-mobiles, ir-rekords tad-diskorsi [...]

Jurgen Balzan f’The Shift News: jekk verament huma innoċenti, il-għala jindannaw daqshekk?

By
2018-10-15T16:24:12+02:00Sat, 13th Oct '18, 06:09|

  Dan l-iscreenshot ta' Glenn Bedingfield f'dagħdiha minn tiegħu fil-Parliament jumejn ilu jġiegħelek titħasseb sew. U Jurgen Balzan iwieġeb billi jolqot il-musmar fuq rasu: "jekk tassew ħadd minn fost ir-reġim tal-Labour m'hu sid l-Egrant, Glenn Bedingfield ma keelux għalfejn jitlifha u jitkeċċa mill-Parlament għad-dagħa li lissen". Hekk hu. It tema dwar iż-żamma tal-kalma wieħed isibha [...]

Ma nistgħux nerħulhom weħidhom

By
2018-10-13T07:38:04+02:00Thu, 11th Oct '18, 11:02|

Attivisti tas-soċjetà ċivili għandhom raġun isostnu li huma m'humiex politiċi għalkemm ħafna drabi isibu fuqxiex jaqblu ma' wħud minnhom. Il-vokazzjoni tal-politiċi u tal-attivisti tas-soċjetà ċivili hi differenti. Is-soċjetà ċivili m'għandhiex għalfejn tħabbel rasha dwar strateġija, tattika, solidarjetà kolleġġjali u l-konsistenza. Dak li jgħidu jgħiduh għax verament jemmnu fih. Iżda għall-politiċi, l-ħajja hi ferm aktar komplikata. [...]

Jien inkwetat dwar is-sigurta’ ta’ Simon Busuttil

By
2018-10-11T13:08:30+02:00Wed, 10th Oct '18, 22:48|

Tul din l-aħħar sena ħabbilt rasi kemm niflaħ dwar dak li se nikteb u qgħadt lura milli nlissen kelma. Il-bieraħ segwejt fuq it-televiżjoni d-diskors tal-prim ministru mill-Parlament u min kien preżenti tarrafli xi aħbarijiet dwar ix-xenati li kien hemm fil-Kamra hekk kif intfew il-kameras. U llum rajt lil Chris Cardona u sħabu f'dagħdiha huma u [...]

Tilfu l-boxxla

By
2018-10-13T07:38:52+02:00Wed, 10th Oct '18, 21:50|

Sarah Puntan Galea, waħda mill-qaddejja tat-tagħwiġ tal-verità li għandu Joseph Muscat, għoġobha tgħallem xi ftit ġurnaliżmu lil Simon Reeve tal-BBC. Din mingħaliha li l-bqija tad-dinja topera bħal Malta fejn tal-Labour jgħidilna kif għandna naħsbu, anki jekk naqgħu fl-assurd. Il-fatt li tal-BBC għażlu li jintervistaw lili ma jfissirx li ħaddieħor għandu xi dritt awtomatiku li jibbilanċja [...]

L-eżiljati

By
2018-10-13T07:42:15+02:00Wed, 10th Oct '18, 15:55|

Aktar tard ipprova jbenġilha, iżda kien leħaq lissinha. Lil Simon Busuttil, Joseph Muscat qallu li m'għandux jitħalla jersaq lejn Malta. Ma kienx kumment li ntqal fir-rabja tal-mument. Din jidher li hi ħaġa li l-prim ministru jrid iqiegħda fuq l-aġenda. Ta' sikwit niltaqa' ma persuni li għandhom il-kultura, l-mezzi u l-kuraġġ li jaħsbuha sewwa għandhomx jitilqu [...]

Tinsewx. Chris Cardona midħla ta’ ieħor mit-tliet assassini wkoll.

By
2018-10-10T10:51:04+02:00Wed, 10th Oct '18, 09:20|

Bħalissa Chris Cardona jinsab taħt il-lenti u ħafna qed jistaqsu għala gideb meta stqarr li lill-allegat assassin numru 1 ta' Daphne Caruana Galizia li qed jistenna li jgħaddi ġuri Alfred Degiorgio ma jafux. Hekk kif xhieda stqarrew li Chris Cardona ltaqa' miegħu fil-Ferdinand's Bar fis-Siġġiewi fiż-żmien meta seħħ l-assassinju, huwa ċaħad li kien iltaqa' miegħu [...]

Politika tat-teatrini

By
2018-10-10T10:50:22+02:00Tue, 9th Oct '18, 12:45|

L-għada li Chris Cardona ġie mixli minn ġurnal ewlieni Taljan li gideb dwar kemm kien midħla ta' assassin li huwa akkużat bil-qtil ta' ġurnalista, dawk tal-qalba ta' ġewwa fil-PN intilfu jitlewmu dwar min hu s-sid tad-drittijiet ta' sensiela televiżiva. Il-politika f'pajjiżna waqgħet f'dan il-livell: sensiela televiżiva ta' darba fil-ġimgħa dwar dak li tkun għaddiet minnu [...]

La Repubblica: Chris Cardona gideb meta stqarr li lil Alfred Degiorgio ma jafux. Lill-maġistat inkwirenti ħbewlu l-call logs.

By
2018-10-09T08:18:17+02:00Mon, 8th Oct '18, 18:46|

La Repubblica illum xandret rapport li fih sostniet li lill-Maġistrat Neville Camilleri żewġ xhieda qalulu li fid-29 ta' Ġunju 2017, erba' xhur qabel l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, il-Ministru Chris Cardona u Alfred Degiorgio, wieħed mit-tliet akkużati bil-qtil, iltaqgħu waqt festin li sar f'villa fil-Fawwara. Dan jikkontradixxi stqarrijiet pubbliċi li għamel il-Ministru Chris Cardona li [...]

Tradiment

By
2018-10-09T08:20:30+02:00Mon, 8th Oct '18, 16:46|

Araw dan ir-rapport fuq One News. Forsi għal min ma jgħixx hawn Malta jidher verament tad-daħk il-ħsieb li wieħed jista' jiġih f'moħħu li blogger li jaħdem minn bejn l-erba' ħitan ta' daru fl-Imqabba għandu l-ħila jġiegħel lil tal-BBC u tal-istampa internazzjonali jxandru rapporti ko-ordinati minnu, li l-BBC u l-istampa internazzjonali wieħed jista' jordnalhom x'kwalità ta' [...]

Posters fit-triq

By
2018-10-10T10:48:11+02:00Mon, 8th Oct '18, 13:29|

Agħtu ħarsa lejn dawn il-posters li jinsabu mdendlin fit-toroq ta' Peruġja. Owen Bonnici ċertament mhux se jibgħat nies mill-Ministeru tiegħu biex ineħħuhom fis-satra tal-lejl bl-istess mod kif posters ta' protesta hawn Malta jitneħħew fi ftit sigħat wara li jkunu ddendlu. Bl-istess mod li posters imħallsa li ilhom jirreklamaw il-birra u l-burgers għal snin twal jitneħħew [...]

Adrian Delia: il-karnaġjon determinanti?

By
2018-10-08T15:04:41+02:00Mon, 8th Oct '18, 10:48|

Rimarka li għadda l-bieraħ Adrian Delia li allaħares ikollna għalliema mill-Pakistan u mill-Bangladexx igħallmu "lit-tfal tagħna” ma saritx bi żball. Nirrabja meta nisma' b'min jipprova jaqta' min minn dawk ta' madwar Adrian Delia din id-darba reġa' għaxxaqha.  M'hemm ebda skuża għal min ilissen diskors razzist u ta' mibgħeda bħal dan. U dan anki jekk tkun [...]

Il-ħobż ta’ Brussell ma jafux jikluh

By
2018-10-08T13:12:37+02:00Mon, 8th Oct '18, 09:10|

Wara l-ammissjoni imbarazzanti ta' Edward Scicluna meta wera' ma kienx xamm l-implikazzjonijiet tal-messaġġ ta' Vera Jourova li l-Kummissjoni Ewropea kienet ser iġġiegħel lil Malta tikolha minħabba n-nuqqasijiet serji li sabu fir-regolamentazzjoni bankarja, in-nies ta' taħtu -  nies imħallsin minni u minnek biex ifiehmuh dak li ma jkollux il-ħila jxomm hu - għalenija tkellmu mal-istampa lokali [...]

Ġejja u sejra, l-ġarra tal-għalliema fl-aħħar inkisret

By
2018-10-08T13:11:38+02:00Sat, 6th Oct '18, 18:12|

L-Għaqda tal-Għalliema - il-MUT - ġiegħlet lill-gvern iwarrab mill-Parlament ir-riformi li kien qed jipproponi. Kif stqarr Evarist Bartolo stess, dak li ġara' x'aktarx kien mingħajr preċedent. Mhux l-ewwel darba li smajna b'Ministru li jkun ikollu jreġġa' lura xi avviż legali li jkun sar bil-għaġġla. Iżda meta jitwarrab għal kollox abbozz ta' liġi li jkun diġà [...]

Il-Qorti Kostituzzjonali tal-Appell tikkonferma li l-gvern kiser id-drittijiet fundamentali tal-familja Caruana Galizia

By
2018-10-08T13:10:36+02:00Fri, 5th Oct '18, 10:35|

Il-Qorti Kostituzzjonali tal-Appell ikkonfermat sentenza ta' l-ewwel Qorti li kienet iddikjarat li l-fatt li Silvio Valletta tħalla jmexxi l-investigazzjoni dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia jammonta għal ksur tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Din is-sentenza kkonfermat ukoll is-sentenza tal-ewwel qorti li kienet ordnat it-tneħħija ta' Silvio Valletta mill-investigazzjonijiet. Il-Qorti komposta mill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi u mill-Imħallfin [...]

Edward Scicluna, jaqaw ma kontx moħħok hemm?

By
2018-10-08T13:09:42+02:00Thu, 4th Oct '18, 14:27|

Aqraw dan il-bran (Brussels Playbook) meħud mir-rivista Politico ta' dalgħodu. Tistgħu taqraw l-artiklu kollu fil-link għat test oriġinali. “INĊIDENT DIPLOMATIKU: Il-Ministru tal-Finanzi ta' Malta Edward Scicluna ħa ħasda  kbira hekk kif beda' jaqra l-ġurnali ta' nhar l-Erbgħa u qara' wkoll din l-istorja fuq il-FT. Il-Kummissarju tal-Ġustizzja Vĕra Jourová ddikjarat li qiegħda tħejji ordni mandatarja lill-awtoritajiet [...]

Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga lil Chris Cardona fuq ġurament falz

By
2018-10-08T13:08:27+02:00Thu, 4th Oct '18, 14:01|

Chris Cardona għadu qatt ma xehed quddiem il-qorti biex igiddeb lil Daphne Caruana Galizia wara din kienet kitbet li hu kien ħa sehem f'orġja sesswali ma' prostituta mħallsa waqt li kien imsiefer fuq xogħol tal-gvern. Għal min ma jafx, meta tippreżenta kawża ta' libell fil-qorti jkollok tikkonferma bil-ġurament li dak li qed issostni huwa minnu. [...]

Il-“phone records” ta’ Chris Cardona ta’ dak il-lejl fil-burdell m’huma qatt se jinkixfu

By
2018-10-04T15:05:48+02:00Thu, 4th Oct '18, 10:00|

Joe Gerada, l-persuna l-oħra li ħa sehem f'orġja sesswali f'burdell Ġermaniż flimkien ma' Chris Cardona u ma' prostituta mħallsa, ċeda ż-żewġ libelli li kien għamel kontra Daphne Caruana Galizia meta din kienet għamlet l-allegazzjonijiet tagħha dwar din l-istorja. Bis-saħħa ta' din il-manuvra tant mistennija tal-ħabib u konsulent imħallas ta' Chris Cardona (biex inkun ċar, imħallas [...]

Go to Top