About Manuel Delia

This author has not yet filled in any details.
So far Manuel Delia has created 7980 blog entries.

In-nies ma tifhimx x’inhu miljun

By
2018-12-24T12:53:00+01:00Sun, 23rd Dec '18, 08:44|

Il-gvern qed jirrifjuta li jxandar id-dettalji dwar kemm se jibdew jitħallsu l-imħallfin u l-maġistrati wara li laħaq ftehim magħhom. X'aktarx li se jibdew jaqilgħu madwar €100,000 fis-sena - ċifra li għal bosta tfisser ħafna flus. M'għandniex xi ngħidu, dawk li jaħsbuha b'dan il-mod m'humiex imħallfin. Lanqas m'huma professjonisti veterani mgħallma mimlijin esperjenza u li m'għażlux [...]

L-ixxurtjat

By
2018-12-24T12:54:05+01:00Sun, 23rd Dec '18, 08:13|

Tal-Malta Today illum kitbu li Adrian Delia rċieva l-rigal tiegħu tal-Milied. Il-perċentwali ta' dawk li jafdawh "spara 'l fuq" u, skond il-ġurnal, dan ġara' għaliex l-istrateġija tal-PN, li permezz tagħha l-Partit għamel kampanja b'saħħitha dwar 17 Black u b'hekk ingħaqad mal-"fazzjoni ta' Simon Busuttil", inlaqgħet minn nies. Fi kliem ieħor, qalulu li l-mod l-antik jaqta' [...]

NSFW: X’lejla dik

By
2018-12-24T13:41:57+01:00Sun, 23rd Dec '18, 07:38|

Il-Ministru tagħna tal-Ekonomija tfaċċa fuq l-Instagram account ta' Denise Dalton, mara li jsibuha bħala Holly Harlow. Jekk tfittxu dawk l-ismijiet fil-google kunu avżati li m'hux ta' fuq ix-xogħol. Qabel tefgħet dan ir-ritratt fl-Instagram, is-Sinjorina ċertament ma qagħditx tfittex isem Chris Cardona fil-google. Dan ir-ritratt jista' faċilment iħassar ir-reputazzjoni tagħha u jista' jdaħħal fl-irjus l-idea falza [...]

Neville Gafa’ kandidat għal volontier tas-sena

By
2018-12-24T13:07:04+01:00Thu, 20th Dec '18, 13:12|

La darba Michelle Muscat kienet kapaċi tiġbor il-premju, jewwilla Neville Gafà mhux kapaċi jiġbru wkoll? Fil-fatt dan Neville għandu jiġi kunsidrat ukoll għall-Elie Wiesel Humanitarian Award talli kien litteralment xeba' jwassal lejn Malta l-midrubin tal-gwerra fil-Libja biex dawn jiddewwew f'pajjiżna. Hemm ukoll il-Premju Nobel għall-Paċi li jista' jiġi kunsidrat għalih talli serva ta' medjatur bejn [...]

Ranier Fsadni: is-Saltna tad-Dritt

By
2018-12-20T12:35:58+01:00Thu, 20th Dec '18, 08:43|

Photo: REUTERS/Darrin Zammit Lupi Nissuġġerielkom taqraw l-artiklu ta' Ranier Fsadni mxandar fit-Times of Malta tal-lum. Nixtieq inżid xi ħaġa ma' dak li kiteb Ranier Fsadni. Tal-Occupy Justice, attivisti oħrajn u protestanti individwali qed jiġu mixlija li qed "jisfidaw is-saltna tad-dritt" permezz - kif qed jiġi allegat - tal-ksur tal-liġi. Kulma qegħdin jagħmlu dawn hu li [...]

Genghis Khan isegwi kors biex isir assistent f’kindergarten

By
2018-12-20T12:34:59+01:00Wed, 19th Dec '18, 11:13|

Taħsbu li dan huwa probabbli? Jien ngħid li dan huwa ħafna aktar probabbli milli jista' qatt ikun probabbli li naraw lil Karl Cini jsegwi kors tal-FIAU dwar il-proċeduri kontra l-ħasil tal-flus maħmuġin. Iżda dak hu eżatt dak li seħħ il-bieraħ. Mhux qed niċċajta. F'Awwissu ta' din is-sena, l-Pulizija suppost bgħatu għal Karl Cini u suppost [...]

Repubblika dwar ir-rapport tal-Kummissjoni ta’ Venezja

By
2018-12-19T11:02:18+01:00Wed, 19th Dec '18, 10:52|

Stqarrija ta' Repubblika: Ir-rapport tal-Kummissjoni ta’ Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa jirrifletti t-tħassib li għandha Repubblka fuq in-nuqqas ta’ strutturi demokratiċi b’saħħithom f’Malta. Demokrazija ma tfissirx biss elezzjonijiet kull ftit snin: hemm bżonn ukoll strutturi kostituzzjonali li jassiguraw separazzjoni tal-poteri u sistema b’saħħitha ta’ kontrolli u bilanċi. Il-Kummissjoni kkonfermat dak li ilna nafu: li Malta għadha lura [...]

Ir-Regolatur igħid lill-banek biex ma joqgħodux igħarblu minn fejn ikunu ġejjin il-flus li bihom jinxtraw il-passaporti Maltin. Min se jwaqqaf dan il-ġenn?

By
2018-12-19T14:46:29+01:00Wed, 19th Dec '18, 09:05|

Ta' sikwit igħaddili minn moħħi l-ħsieb dwar jekk jienx l-uniku li ninsab ixxukkjat. U mbagħad malajr nibda noqgħod lura milli nagħti każ. Din il-ġimgħa, Carmel Degabriele ppreżenta r-rapport annwali tiegħu fil-Parlament. Dan is-sinjur huwa r-regolatur tal-programm tal-bejgħ tal-passaporti u l-liġi tobbligah li jippreżenta rapport kull sena dwar it-tħaddim tal-iskema. Ir-regolatur mhux qiegħed hemm biex imexxi [...]

Verita u Ġustizzja: Julian Delia

By
2018-12-18T07:21:32+01:00Tue, 18th Dec '18, 07:21|

https://youtu.be/hemM-4GlvmA L-għanqbuta tal-għasel, B’għan u skop li jgħaġġbek. Nirreklamaw il-pajjiż qisu ġenna fl-art, Nispekulaw bla qies, art il-ħela u l-iskart. Jiġu, jiġu biex ifittxu ħajja aħjar, Mingħalihom li ħa jsibu l-ġid, forsi jduqu l-kavjar; Mur fehmom li l-liġi taqdi biss lil kbar. Mur spjegalhom li fejn ġew probabbli agħar, Daħħala f’rashom li għandhom ħajjithom bid-dejn, [...]

Sit tal-aħbarijiet Taljan ta’ kontra l-Mafja jsejjaħ il-vjolenza kontra attivisti bħala “attakk fuq id-demokrazija”

By
2018-12-19T10:53:37+01:00Mon, 17th Dec '18, 18:03|

Antimafia Duemila, sit tal-aħbarijiet tal-fondazzjoni li kienet saret bħala tifkira ta' Giovanni Falcone u Paolo Borsellino, illum tkellem dwar l-attakk vjolenti li sar minn partitarji tal-gvern fuq attivisti ta' #occupyjustice li kienu qed iqiegħdu l-fjuri u x-xemgħat fil-Belt Valletta. F'dan l-attakk, li seħħ f'Misraħ l-Assedju l-Kbir, kien hemm żewġ persuni li refgħu jdejhom fuq marti [...]

Chris Cardona jerħilha lejn Liverpool

By
2018-12-17T17:34:03+01:00Mon, 17th Dec '18, 10:19|

Din l-istorja m'hix dwar xi żjara li għamel Chris Cardona f'Velbert. Għalkemm, m'għandniex xi ngħidu, Alla biss jaf fejn reħielha. Siefer biex isegwi partita futbol flimkien ma' sieħbu tal-kabinett Chris Agius, li jsibuħ bħala l-Wefi, u ma' oħrajn. Magħhom kien hemm Silvan u Matthew Fenech, kuġini ta' Yorgen Fenech tal-famuża 17 Black u wlied is-sidien [...]

Il-ħmura fil-Facebook wall ta’ Walls tiggarantixxi l-ġustizzja?

By
2018-12-17T17:32:57+01:00Mon, 17th Dec '18, 09:38|

Il-Kummissjoni ta' Venezja għamlet riferenza għan-numru kbir ta' tribunali li għandna f'Malta li huma presjeduti minn ġudikanti - li m'humiex imħallfin jew maġistrati - u li għandhom is-setgħa li jaqtgħu is-sentenzi. Iżda li dawn il-ġudikanti ma jħabblu rashom xejn dwar id-dmir tagħhom mhux biss li jkunu iżda li wkoll jidhru li huma imparzjali. Wieħed minn [...]

Meta jitkellmu x-“shit holes”

By
2018-12-17T17:30:45+01:00Sun, 16th Dec '18, 08:34|

Dawk li l-gvern għajjarhom "biased assholes" — jew inkella, skond il-burdata, "shit holes" — ma jistgħux jifhmu b'mod oġġettiv il-għala l-gvern qed jirrifjuta li jniedi nkjesta indipendenti dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia.  Fil-frattemp, it-trolls tal-Labour qed jibqgħu jirrepetu d-diska li tliet persuni qed jistennew biex igħaddu ġuri b'rabta mal-qtil tagħha. U li din għandha [...]

#Reżistenza: Il-Korruzzjoni Toqtol

By
2018-12-15T08:25:22+01:00Sat, 15th Dec '18, 08:20|

Stqarrija ta' #Reżistenza: Malta hi infestata bil-korruzzjoni Il-Maltin kollha jaqblu li l-korruzzjoni tolqot kull aspett tal-ħajja soċjali u amministrattiva ta’ pajjiżna, iżda ftit huma dawk li jikkundannawha u jimpenjaw ruħhom kontra dan l-abbuż. Anzi, bosta huma tal-fehma li l-korruzzjoni ddawwar ir-rota ta’ l-ekonomija u timla’ il-bwiet ta’ kulħadd. Infakkru lill-politiċi kollha li huma qaddejja tagħna. [...]

Kisrulu drittijietu lil Konrad miskin.

By
2018-12-17T17:28:32+01:00Fri, 14th Dec '18, 18:10|

Konrad Mizzi lmenta li kisrulu drittijietu. Naqta' rasi li issa se joħorġu jgħidu li Konrad Mizzi huwa ċittadin ukoll u li għandu dritt jirrikorri għall-qorti daqs ħaddieħor. Hekk kienu qalu meta, flimkien ma' sħabu tal-klikka tal-Panama, appella minn sentenza tal-qorti li kienet iddeċidiet li għandha tibda' investigazzjoni dwar ir-reati kriminali li wettqu. M'għandiex xi ngħidu, [...]

Mit-tgħajjir ngħaddu għas-swat

By
2018-12-15T08:35:03+01:00Fri, 14th Dec '18, 09:26|

Wara l-inċident li seħħ il-bieraħ, tant kont għajjien li lanqas kelli l-enerġija naħseb u mteddejt norqod. Il-mara li tidher tgħajjat u titkellem ħażin f'dak il-video kienet qed tgħajjat u tkellem ħażin lill marti Clemence li dakinhar daħlet il-Belt Valletta ma' binha biex tixtrili rigal tal-Milied. Inzertat waqfet quddiem il-Mafkar biex tgħid kelma ma' wħud mill-attivisti [...]

Attivisti msawwta fi Triq ir-Reppublika llum

By
2018-12-13T15:26:24+01:00Thu, 13th Dec '18, 15:26|

Stqarrija ta' Repubblika Illum wara nofsinhar, grupp ta’ persuni nġabru quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir jgħajtu u jheddu numru t’attivisti li kienu qed jipprotestaw b’mod għal kollox paċifiku billi jqiegħdu fjuri u xemgħat quddiem il-Monument. F’ħin minnhom żewġ persuni sawwtu waħda minn dawk li kienu qed jipprotestaw, tajjrulha l-mobajl minn idejha, sabbtuh mal-art u kissruh. Dwar [...]

F’Jum ir-Repubblika

By
2018-12-13T12:04:58+01:00Thu, 13th Dec '18, 12:02|

Stqarrija ta' Repubblika: F’Jum ir-Repubblika ntennu x-xewqa tagħna li naraw riformi mhux biss politiċi u istituzzjonali, iżda wkoll kulturali fejn iċ-ċittadini jkunu konxji mid-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom ta’ ċitaddini responsabbli. Repubblika hi mħassba b’polarizzazzjoni politika estrema, distakk bejn il-ġenerazzjonijiet, politika ridotta għal transazzjoni, korruzzjoni istituzzjonalizzata, informazzjoni kkontrollata mill-gvern u kultura ta’ biża. Iżda Repubblika hi [...]

Joe Brincat se jagħmel kawża kontra l-gvern talli għattielu mafkar tant għal qalbu

By
2018-12-15T08:31:24+01:00Wed, 12th Dec '18, 08:56|

Wara dak il-patrijottiżmu falz u l-kliem ta' tifħir fil-konfront ta' mafkar, wara dik ix-xmara ta' dmugħ tal-kukkudrilli li qabżitilhom dwar il-fjuri u x-xemgħat li, skonthom, kienu qed jiddesakraw il-memorja tal-vittmi tal-gwerer, wara dak l-isteriżmu kollu li qabadhom dwar il-ħtieġa urġenti ta' restawr għall-kapolavur ta' Sciortino li biss jafu bih għax l-istampa tiegħu kienet tidher qabel [...]

F’ġieħ is-sewwa, fejn hu Neville Gafà?

By
2018-12-15T08:28:51+01:00Tue, 11th Dec '18, 17:10|

Chris Fearne keċċieħ. Imbagħad Joseph Muscat qal li qed jagħmel xogħol siewi u li ma kienx tkeċċa iżda kien ingħata transfer. Illum fil-Parlament Claudette Buttigieg lil tliet Ministri staqsiethom jekk Neville Gafà jaħdimx ma' Chris Fearne, ma' Carmelo Abela jew ma' Joseph Muscat. Ilkoll wieġbu fin-negattiv. Għalkemm jista' jkollna fehma differenti minn dik li għandu [...]

Go to Top